Daniele Bonera
![]() | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Daniele Bonera | ||
Twelid | 31 ta' Mejju 1981 Brescia, Italja | ||
Tul | 1.83 m | ||
Rwol | Difensur | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Milan | ||
Numru | 25 | ||
Mixtliet | |||
1995-1999 | Brescia | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1999–2002 | Brescia | ||
2002–2006 | Parma | ||
2006- | Milan | ||
Tim nazzjonali | |||
2001–2004 | Italy U21 | ||
2004 | Italy Olympic | ||
2001-2008 | Italy |
Daniele Bonera, imwieled fil-31 Mejju 1981) huwa plejer professjonali tal-futbol Taljan li jilgħab bħala difensur mal-klabb ta' Milan u mat-tim nazzjonali Taljan.
Karatteristici teknici[immodifika | immodifika s-sors]
Bonera huwa difensur ċcentrali, b'abbilta li jilgħab kemm bħala difensur mal-lemin kif ukoll max-xellug.
Karriera[immodifika | immodifika s-sors]
Brescia[immodifika | immodifika s-sors]
Bonera iffirma kuntratt ma' Brescia fis-sena 1995 u lagħab ma' l-akkademja ta' Brescia sa l-istaġunkemm 1998–99, fejn għamel id-debbut tiegħu ma' l-ewwel tim ta' Brescia fl-istaġun 1999–00. Bonera lagħab 72 logħoba fi tliett staħuni ma' Brescia.
Parma[immodifika | immodifika s-sors]
Bonera iffirma kuntratt ma' Parma f'Lulju tas-sena 2002 minn ma' Brescia, u lagħab 32 logħoba u skorja gowl wieħed matul l-ewwel staġun tiegħu ma' Parma fl-2002–03 tas-Serje A. Fit-tliett staġuni ta' wara ma' Parma, Bonera lagħab 98 logħoba li 82 minnhom kienu fil-kampjonat tas-Serje A. Fit-28 ta' Lulju 2006, Bonera ingħaqad ma' Milan.
Milan[immodifika | immodifika s-sors]
Id-debbutt ta' Bonera fil-UEFA Champions League kien kontra Anderlecht, fiż-17 ta'Ottubru 2006, fejn kien imkeċċi wara li kien muri darbtejn il-karta s-safra. Wara li saba' diffiċli jilgħab bħala difensuri lemini huwa beda jilgħab difensur ċentrali, anki minħabba li Milan kellhom ħafna difensuri ċentrali imweġġgħin u wara li akkwistaw lil Massimo Oddo minn ma' S.S. Lazio fit-trasferimenti ta' Jannar. Bonera kellu prestazzjonijiet ferm konvinċenti bħala difensur ċentrali u għalhekk kien wieħed mill-aħjar plejers għall-Milan.F'Settembru 2009, huwa ġġedded il-kuntratt tiegħu ma' Milan sa' April 2013.
Wara li kien imweġġa għal 10 xhur, Bonera għal ritorn tajjeb ħafna meta lagħab 45 minuta kontra Novara fl-logħoba mill-Coppa Italja fit-13 ta' Jannar 2010. Minħabba li Milan kellhom lil Alessandro Nesta u lil Thiago Silva jilgħabu bħala difensuri ċentrali, Bonera rega' beda jilgħab bħala difensur fuq in-naħa tal-lemin. Bonera din id-darba kellu prestazzjonijiet tajbin anki fuq in-naħa tal-lemin. Huwa kien sar jilgħab titolari sakemm Gianluca Zambrotta, Luca Antonini u Massimo Oddo irritornaw mill-'ijuries' taħhom, biex ftit wara rega tilef postu minn mat-titolari. Meta aktar tard Alessandro Nesta rega' safa l-kowċ Leonardo għażel lil Bonera biex joħodlu postu.
Fit-23 ta' Mejju 2013, kien hemm spekulazzjonijiet li seta jmur jilgħab ma' Juventus, pero' Bonera rega ġġedded il-kuntratt tiegħu ma' Milan sat-30 ta'Ġunju 2015.
Karriera Nazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]
Bonera kellu preżenzi mat-tim Taljan ta' taħt il-21 sena fil-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena fis-sena 2002 u fis-sena 2004. Huwa lagħab ukoll fit-Toulon Tournament fis-sena 2000. Bonera lagħab 34 logħoba fil-livell U-21.
Huwa lagħab 16 il-darba mat-Tim Nazzjonali Taljan. Id-debbutt tiegħu kien fil-5 ta' Settembru 2001 meta' kellu 20 sena fil-logħoba kontra l-Marokk.
Fl-2006 kien magħzul min Marcello Lippi fil-lista proviżorja ta' qabel it-Tazza tad-Dina 2006 bħala wieħed mill-erbgha riservi. Huwa kien eskluż mill-lista ta' l-aħħar 23 plejer.
Wara li kien ingħaqad ma' Milan, mis-sena 2006, huwa dejjem kien parti mill-grupp tat-Tim Nazzjonai taħt il-kowcis Donadoni u Lippi, imma mhux dejjem kien jiġi magħzul għal logħob minħabba problemi fisiċi.