Antonio Nocerino

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Antonio Nocerino
Informazzjoni personali
Twelid9 ta' April 1985 (1985-04-09) (38 sena)
NapliItalja
Tul1.75 m
RwolMidfilder
Mixtliet
1997–2003Juventus
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2004Juventus
2003–2004Avellino (self)
2004–2006Genoa
2005Catanzaro (self)
2005Crotone (self)
2006Messina (self)
2006–2007Piacenza
2007–2008Juventus
2008–2011Palermo
2011–2016Milan
2014West Ham United (self)
2014Torino (self)
2015Parma (self)
2016–2017Orlando City
2018Benevento
Tim nazzjonali
2006–2007Italja U-21
2007–2012Italja

Antonio Nocerino (Napli, 9 ta' April 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Taljan.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Antonio Nocerino twieled Napli, fid-9 ta' April 1985 iben Ciro u Giovanna.

Fit-3 ta' Lulju 2010, huwa żżewweġ lil Federica, li kien ilu jafa miż-żminijiet tal-iskola u li kienu għarajjes għal tmien snin. Huma kellhom tifel, Francesco, imwieled fis-6 ta' Mejju 2009. Fil-5 ta' Ottubru kellhom it-tieni wild tagħhom bl-isem ta' Cecilia. Huwa għandu diploma fil-kontabilità.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Bidu[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa beda jilgħab fl-età ta' 5 snin ma' klabb żgħir immexxi minn missieru fil-lokal tiegħu. Meta kellu 13-il sena ingħaqad ma Juventus. Matul il-karriera tiegħu huwa lagħab ukoll ma' Avellino, Genoa, Catanzaro , Crotone , Messina u Piacenza . Huwa għamel id-debutt tiegħu mal-professjonisti fis-Serie B ma' Avellino fil-11 ta' Settembru 2003 fil-partita Avellino-Palermo (0-0). Fi tliet staġuni u nofs fis-Serie B, Nocerino laghab 111-il loghba. Id-debutt fis-Serie A wasal fit-12 ta' Frar 2006 fil-partita Messina-Sampdoria (4-2). L-ewwel gowl tiegħu fis-Serie A skurjaħ fis-7 Mejju 2006 mal-flokk ta' Messina fil-partita kontra Empoli , iżda il-gowl gie ikkanċellat lilu minhabba li l-logħba kienet eventwalment abbandunata.

Piacenza u Juventus[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-istaġun 2006-2007, ma' Piacenza, laghab regolarment 37 logħoba u skorja 6 gowls.

Fis-sajf ta' l'2007, Juventus, xtraw nofs l'iehor tal-propjeta ta' Nocerino minnghand Piacenza għal 3.7 miljun ewro.

Huwa għamel id-debutt uffiċjali tiegħu ma Juventus meta beda il-loghba ma' l'ewwel 11 fl-ewwel jum tal-ftuħ ta' Serie A fil-logħba Juventus-Livorno (5-1). Wara din il-loghba kowċ Ranieri baqa jilghabu regolari mat-tim ta' Juventus. Madankollu fit-tieni rawnd, bil-wasla ta Sissoko f'Turin, ma bediex jintuża kontinwament, imma xorta spiċċa b'mod pożittiv l'esperjenza tieghu ma' Juventus b'32 prezenza fil- kampjonat u 4 fil-Coppa Italia.

Palermo[immodifika | immodifika s-sors]

Nocerino ma' Palermo fl'4 ta' Novembru 2010

Fit-30 ta' Mejju 2008 ingħaqad għal kollox mat-tim ta' Palermo bit-trasferiment tal-plejer Amauri ma' Juventus. Lagħab l'ewwel logħoba ma' Palermo fit-13 ta' Settembru 2008 fir-rebħa kontra Roma 3-1. Nocerino irnexxielu jilgħab titolari għal kwazi l'istagun kollu, pero spicca l'aħħar ftit ta' l'istagun bħala riseva. B'kollox lagħab 33 loghoba (kollħa fil-kampjonat) mingħajar ma skurja; ħdejn Mark Bresciano , li huwa aktar offensiv minn Nocerino, li xogħolu dejjem kien li jiddefendi u jkisser l'attakki ta' l'avversajri.

Fl'istaġun 2009-2010 ma' Palermo Walter Zenga , reġa beda jilgħab titolari, imma f'qasir żmien reġa spiċċa riserva. Skorja l'ewwel gowl tiegħu kemm fis-Serje A u kemm bil-flokk ta' Palermo fil-ħames ġurnata tal-kampjonat fil-ġrawnd Barbera kontra Roma, li spiċċat 3-3. Bid-dħul ta' Delio Rossi bħala kowċ minflok Zenga, reġa sar plejer titolari u ġie fdat xogħol ta' finalizzazjoni u jakkumpanja l'attakk ta' Palermo. B'hekk il-fażi difensiva ġiet fdata lil Giulio Migliaccio. Għalaq it-tieni staġun tiegħu ma' Palermo b'35 presenza u 2 gowls fil-kampjonat u 3 presenzi fil- Coppa Italia.

Fl-istaġun 2010-2011 halla in-numru 9 lil Abel Hernández, u ghazel 23, il-gurnata li miet Padre Pio, li Nocerino huwa devot tieghu. Laghab l'ewwel darba ma Palermo fl'Europa League kontra Maribor. Lahaq il-100 presenza tieghu fis-Serje A (89 presenzi), Coppa Italia (5) u Europa League (6) fil-kwarti ta' finali fil-Coppa Italia b'rebha kontra Parma. Fit-3 ta' Frar 2011, fil-loghoba bejn Palermo-Fiorentina (2-4), skurja it-3 gowl tieghu fil-kampjonat. Fl'10 April fil-loghoba bejn Palermo-Cesena (2-2), laghab il-mitt partita tieghu fis-Serje A ma Palermo. Ghalaq posittivament l'istagun b'49 presenza u 4 gowls fil-kampjonat, Coppa Italia u Europa League. B'hekk Nocerino spicca l'aktar plejer utilizzat mit-tim kollu.

Fil-bidu ta' l-istaġun 2011-2012, wara li lagħab iż-żewg logħobiet tat-tielet preliminari ta' l'Europa League kontra l-isvizzeri ta' Thun, telaq lit-tim sqalli wara li lagħab 122 darba u skurja 6 gowls.

Milan[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li spiċcalu l'kuntratt ma' Palermo, fil-31 ta' Awwissu 2011, fl-aħħar ġurnata tat-trasferimenti, inagħaqad definittivament ma' AC Milan ghas-somma ta' 500.000 euro. Ma AC Milan iffirma kuntratt ta' ħames snin.

2011–2012[immodifika | immodifika s-sors]

Nocerino u Ignazio Abate qabel il-loghoba A.C. Milan u Real Madrid

Nocerino kien mitlub hafna minn Massimiliano Allegri . Lagħab l'ewwel logħoba tiegħu bil-flokk aħmar u iswed fid-9 ta' Settembru 2011 fil-loghoba tal-kampjonat kontra Lazio li spiċcat bir-riżultat ta' 2-2 meta dahla jilgħab minflok Alberto Aquilani fit-68 minuta. Erbgha t'ijiem wara fit-13 ta' Settembru 2011, lagħab l'ewwel logħoba fic-Champions League, kontra Barcellona li spiċcat 2-2. Nocerino lagħab il-loghoba kollha. Skurja l-ewwel gowl tiegħu ma' Milan fil-15 ta' Ottubru f'San Siro fil-partita mirbuħa 3-0 kontra l'ex tim tieghu Palermo, fid-39 minuta minn passaġġ ta' Alberto Aquilani.

Fis-26 ta' Ottubru fil-loghoba Milan-Parma (4-1) fid-9 gurnata tal'kampjonat skorja l'ewwel 'hatrick' tal-karriera tiegħu, b'hekk laħaq ir-rekord personali ta' 4 gowls fis-Serje A li kellu fl-istagun ta' qabel Palermo. Fit-2 ta' Dicembru ssupera dan il-primat billi skurja fir-rebha kontra Genoa, 0-2: dan kienet infatti il-ħames gowl fis-Serje A fi stagun wiehed. Fis-17 ta' Diċembru 2011, fil-logħoba mirbuħa 2-0 kontra Siena, skorja is-6 gowl staġunali; b'dan il-gowl laħaq ir-rekord personali tiegħu b'6 gowls fi staġun wieħed meta kien jilgħab fis-Serje B ma Piacenza fl-2006 - 2007.

Fid-29 ta' Jannar 2012 rega ssupera dan ir-rekord billi skurja fl-20 gurnata tal-kamjonat kontra Cagliari f'San Siro, li spiċċat bir-rizultat ta' 3-0, b'hekk lahaq ir-rekord ta' gowls staġunali minn 'midfielders' bil-flokk ta' Milan, li kien għand Romeo Benetti. Fis-26 ta' Frar 2012, skorja it-8 gowl f'San Siro kontra Juventus li spiccat 1-1. Fit-3 ta' April skorja l-ewwel gowl tieghu fiċ-Champions League fil-kwarti tal-finali kontra Barcelona, li Milan tilfu 3-1.

Ghalaq l-ewwel stagun tieghu ma' AC Milan b'35 presenza fil-kampjonat, 3 fil-Coppa Italia u 10 fic-Champions League u skorja 11 il-gowl.

2012–2013[immodifika | immodifika s-sors]

Nocerino ma' Milan

Fis-sajf ta' l'2012, Nocerino biddel in-numru tal-flokk tieghu ghan numru 8, dan war li Gennaro Gattuso halla lil klabb biex jinghaqad mat-tim Svizzeru ta' Sion.[1] Nocerino qal li huwa unur ghalih li ser ikollu n-numru 8 wara Gennaro Gattuso.

Fis-16 ta'Dicembru, 2012, Nocerino skorja wara biss 35 seekonda fil-loghoba li Milan rebhu kontra Pescara. Wara l-loghoba, Nocerino qal lil gurnalisti li l'gowl li skorja kien qieghed jiddedikah lil vittmi ta Sandy Hook Elementary School. Nocerino qal, "... dak kollu li ghamilt illum huwa ghalihom biss." [2]

2013–2014[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-sajf ta' l'2013, Nocerino biddel in-numru tal-flokk tieghu ghan numru 23 wara Massimo Ambrosini telaq lil klabb ta' Milan biex imur jilghab ma Fiorentina.[1]

West Ham[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-25 ta' Jannar 2014 Nocerino inghaqad mal-klabb ingliz tal-Premier League, West Ham.[3] Nocerino iddebbutta bil-flokk ta' West Ham fid-29 ta' Jannar meta daħal jilgħab fit-80 minuta. Huwa għazel in-numru 47.

Karriera Nazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Nocerino fl-azzjoni ma' l'Italja fil-loghoba tal-kwarti tal-finali kontra l'Ingilterra UEFA Euro 2012

Fit-13 ta' Mejju ġie maghżul mil-kowċ taljan Cesare Prandelli fil-lista ta' 32 plejer għal fażi ta' preparazzjoni għal kampjonat Ewropew 2012 (Euro 2012) biex fid-29 ta' Mejju gie nkluż definittivament fil-lista għal loghob finali.

Fl-10 ta' Ĝunju 2012 daħal bħala sostitut fid-90 minuta minflok Thiago Motta fl'ewwel logħoba minn grupp C kontra Spanja li ntemmet bir-riżultat ta' 1-1 b'gowls ta' Di Natale għal l'Italja u Fabregas għal Spanja.

It-tieni preżenza tieghu kienet fl-24 ta' Ĝunju 2012 meta daħal bhala sostitut ta' De Rossi fit-80 minuta fil-logħba mill-kwarti tal-finali kontra l'Ingilterra. Fil-115 il-minuta kellu gowl annullat minhabba 'offside' minn passaġġ ta' Diamanti. Il-loghoba intemmet 4-2 bil-'penalties' favur l'Italja fejn Nocerino skorja ir-raba' wiehed.

Statistika[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Prestazzjoni tal-Klabb Kampjonat Tazza Ewropa Oħrajn Total
Klabb Kampjonat Staġun Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Avellino Serie B 2003–04 34 0 0 0 34 0
Total 34 0 0 0 34 0
Genoa Serie B 2004–05 5 0 0 0 5 0
Total 5 0 0 0 5 0
Catanzaro Serie B 2004–05 21 0 0 0 21 0
Total 21 0 0 0 21 0
Crotone Serie B 2005–06 15 0 0 0 15 0
Total 15 0 0 0 15 0
Messina Serie A 2005–06 11 0 0 0 11 0
Total 11 1 0 0 11 1
Piacenza Serie B 2006–07 37 6 2 0 39 6
Total 37 6 2 0 39 6
Juventus Serie A 2007–08 32 0 4 0 36 0
Total 32 0 4 0 36 0
Palermo Serie A 2008–09 33 0 0 0 33 0
2009–10 35 2 3 0 38 2
2010–11 38 4 5 0 6 0 49 4
2011–12 0 0 0 0 2 0 2 0
Total 106 6 8 0 8 0 122 6
Milan Serie A 2011–12 35 10 3 0 10 1 48 11
2012–13 26 2 0 0 3 0 29 2
2013–14 11 0 3 0 3 0 16 0
Total 72 22 5 0 16 1 93 13
Karriera totali 333 24 19 0 24 1 376 25

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b Coerts, Stefan (2012-08-04). "Nocerino proud to wear Gattuso's No.8 jersey" (bl-Ingliż). Goal.com.
  2. ^ "Nocerino pays Tribute to Newton Victims" (bl-Ingliż). ESPN FC. 2012-12-16. Miġbur 2012-12-16.
  3. ^ "Hammers net Nocerino" (bl-Ingliż). West Ham United FC. 2014-01-25. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-01-26. Miġbur 2014-01-25.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]