Anna Seghers

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Anna Seghers
Anna Seghers (Bundesarchiv-Bild 183-F0114-0204-003) – retouched by Carschten.jpg
Ħajja
Isem propju Netty Reiling
Twelid Mainz, 19 Novembru 1900
Nazzjonalità Ġermanja
Ġermanja tal-Lvant
Ungerija
Residenza Berlin
Pariġi
Messiku
L-ewwel lingwa Ġermaniż
Mewt East Berlin (en) Translateu Berlin, 1 Ġunju 1983
Post tad-dfin Dorotheenstadt cemetery (en) Translate
Familja
Konjuga/i Johann Lorenz Schmidt  (1925 -
Ulied
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Heidelberg 1922)
University of Cologne (en) Translate 1920s)
Lingwi Ġermaniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
rumanzier
Xogħlijiet importanti The Seventh Cross (en) Translate
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[Premju Nobel għal-Letteratura]]
    (1959)
Sħubija Academy of Arts of the GDR (en) Translate
Moviment artistiku rumanz
science fiction (en) Translate

Anna Seghers ([ˈana ˈzeːɡɛʁs]; imwielda Anna Reiling, twieldet fid-19 ta' Novembru 1900 – mietet fl-1 ta' Ġunju 1983), huwa l-psewdonimu ta' kittieba Ġermaniża magħrufa għall-esplorazzjoni u għar-rakkonti tal-esperjenza morali tat-Tieni Gwerra Dinjija. Anna Seghers twieldet f'familja Lhudija u żżewġet lil Komunista Ungeriż, u ħarbet mit-territorju kkontrollat min-Nażisti fi Franza fi żmien il-gwerra. Hija ngħatat viża u kisbet il-permess li tirkeb fuq vapur sal-Messiku, fejn għexet fil-Belt tal-Messiku mill-1941 sal-1947.

Seghers reġgħet lura fl-Ewropa wara l-gwerra, u għexet fil-Punent ta' Berlin mill-1947 sal-1950, li dak iż-żmien kienet okkupat mill-Forzi Alleati. Eventwalment baqgħet tgħix fir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, fejn ħadmet fl-oqsma kulturali u tal-paċi. Hija rċeviet bosta premjijiet u fl-1967 ġiet innominata għall-Premju Nobel mir-Repubblika Demokratika Ġermaniża. Hija mietet u ndifnet fl-1983 f'Berlin.

Jingħad li bbażat il-psewdonimu tagħha, Anna Seghers, fuq il-kunjom tal-pittur u l-litografu Olandiż Hercules Pieterszoon Seghers jew Segers (1589–1638).

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Seghers ġiet imwielda bħala Anna Reiling f'Mainz fl-1900 f'familja Lhudija. Hija kienet tissejjaħ "Netty". Missierha, Isidor Reiling, kien negozjant tal-antikitajiet u tal-artefatti kulturali. F'Köln u f'Heidelberg studjat l-istorja, l-istorja tal-arti, u ċ-Ċiniż.[1]

Fl-1925 iżżewġet lil László Radványi, magħruf ukoll bħala Johann Lorenz Schmidt, Komunista Ungeriż, u b'hekk kisbet iċ-ċittadinanza Ungeriża.

Hija ssieħbet fil-Partit Komunista tal-Ġermanja fl-1928, fi żmien meta r-Repubblika ta' Weimar kienet waslet fl-aħħar u kienet waslet biex tiġi ssostitwita. Ir-rumanz tagħha tal-1932, Die Gefährten, kien twissija profetika tal-perikli tan-Nażiżmu, u minħabba fih ġiet arrestata mill-Gestapo. Fl-1932, hija telqet formalment mill-komunità Lhudija.[1] Sal-1934 kienet emigrat, minn Zurich, sa Pariġi. Wara li t-truppi Ġermaniżi invadew it-Tielet Repubblika Franċiża fl-1940, ħarbet lejn Marsilja, biex tipprova taħrab mill-Ewropa.

Sena wara, hija ngħatat viża biex tidħol fil-Messiku bil-baħar. Hija marret tgħix fil-Belt tal-Messiku, u stabbiliet il-Klabb ta' Heinrich Heine li kien kontra l-Faxxiżmu, u li ssemma għall-poeta Lhudi Ġermaniż Heinrich Heine. Hija waqqfet ukoll il-Freies Deutschland (Ġermanja Ħielsa), li kien ġurnal akkademiku.

Meta kienet għadha f'Pariġi, fl-1939, hija kienet kitbet The Seventh Cross. Ir-rumanz huwa stabbilit fl-1936 u jiddeskrievi l-ħarba ta' seba' priġunieri minn kamp ta' konċentrament. Ġie ppubblikat bl-Ingliż fl-Istati Uniti fl-1942 u malajr ġie adattat għal film Amerikan bl-istess isem. Dan ġie maħruġ fl-1944 minn MGM u fih ħadem Spencer Tracy. The Seventh Cross kien wieħed mill-ftit rumanzi dwar kampijiet ta' konċentrament Nażisti, kemm fil-letteratura kif ukoll fiċ-ċinema, matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1947 Seghers ingħatat il-Premju Georg Büchner għal dan ir-rumanz.

L-iktar novella magħrufa ta' Seghers, The Outing of the Dead Girls (1946), inkitbet fil-Messiku. Kienet parzjalment awtobijografika, u ġiet imsawra mill-esperjenza u mill-immaġinazzjoni tagħha ta' ġita tal-klassi fuq ix-xmara Renu qabel l-Ewwel Gwerra Dinjija. Fiha tesplora l-azzjonijiet tal-membri tal-klassi tal-protagonista fid-dawl tad-deċiżjonijiet tagħhom u d-destin aħħari tagħhom matul iż-żewġ gwerer dinjin. Fid-deskrizzjoni tal-kampanja Ġermaniża u ta' raħal twelida Mainz, li ħesrem ġew meqruda fit-Tieni Gwerra Dinjija, Seghers tesprimi l-innoċenza mitlufa u tixtarr kemm huma bla sens l-inġustizzji tal-gwerra. Hija turi li ma hemmx mod kif wieħed jaħrab minn tali telf, kemm jekk ikun issimpatizza mal-NSDAP u kif ukoll jekk le. Rumanzi notevoli oħra ta' Seghers jinkludu Sagen von Artemis (1938) u The Ship of the Argonauts (1953), it-tnejn li huma bbażati fuq ħrejjef.

Fl-1947, Seghers reġgħet lura l-Ġermanja, u marret tgħix fil-Punent ta' Berlin, ġo insedjament interkjuż fi ħdan il-Lvant tal-Ġermanja kkontrollat mis-Sovjetiċi (ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża). Hija ssieħbet mal-Partit tal-Unità Soċjalista tal-Ġermanja (SED) fiż-żona okkupata mis-Sovjetiċi. Dik is-sena ngħatat ukoll il-Premju Georg Büchner għar-rumanz tagħha Transit, miktub bil-Ġermaniż, u li ġie ppubblikat bl-Ingliż fl-1944.

Fl-1950, Seghers marret tgħix fil-Lvant ta' Berlin, fejn waqqfet b'mod konġunt l-Akkademja tal-Arti tar-Repubblika Demokratika Ġermaniża, u saret membru tal-Kunsill Dinji għall-Paċi.

Unuri u premjijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1951, Seghers irċeviet l-ewwel Nationalpreis der DDR u l-Premju Stalin għall-Paċi. Hija ngħatat dottorat onorarju mill-Università ta' Jena fl-1959. Seghers ġiet innominata għall-Premju Nobel għal-Letteratura tal-1967 mill-Akkademja Ġermaniża tal-Arti.[2] Fl-1981, saret ċittadina onorarja ta' raħal twelida Mainz. Hija mietet u ndifnet f'Berlin fl-1 ta' Ġunju 1983.[3][4]

Rappreżentazzjoni f'midja oħra[immodifika | immodifika s-sors]

  • The Seventh Cross (1944) adattat bl-Ingliż mir-rumanz tagħha tal-1942 bl-istess isem u nħareġ minn MGM, u fih ħadem ukoll Spencer Tracy.
  • Anna Seghers tissemma fil-film Ġermaniż Good Bye Lenin! (2003), dirett minn Wolfgang Becker.
  • Ir-rumanz tagħha ppubblikat bħala Transit (1944) bl-Ingliż, u stabbilit f'Marsilja, ġie adattat għal film tal-2018 bl-istess isem mid-direttur Ġermaniż Christian Petzold. Ġie stabbilit f'Marsilja kontemporanja, mill-ġdid ċentru tar-refuġjati.

Għażla ta' xogħlijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Ix-xogħlijiet bikrin ta' Anna Seghers tipikament jiġu attribwiti lill-moviment tal-Oġġettività l-Ġdida. Hija għamlet ukoll għadd ta' kontributi importanti għall-Exilliteratur, inkluż ir-rumanzi tagħha Transit u The Seventh Cross. Ir-rumanzi tagħha li kitbet iktar 'il quddiem, li ġew ippubblikati fir-Repubblika Demokratika Ġermaniża, spiss jiġu assoċjati mar-Realiżmu Soċjali. Għadd ta' rumanzi tagħha ġew adattati f'films fil-Ġermanja.

  • 1928 – Aufstand der Fischer von St. Barbara – Revolt of the Fishermen of Santa Barbara (rumanz)
  • 1933 – Der Kopflohn – A Price on His Head (rumanz)
  • 1939 – Das siebte Kreuz – The Seventh Cross (rumanz)
  • 1943 – Der Ausflug der toten Mädchen – "The Excursion of the Dead Girls" (storja) (f'German Women Writers of the Twentieth Century, Pergamon Press, 1978)
  • 1944 - Transit – Transit Visa (rumanz)
  • 1946 - Die Saboteure – The Saboteurs (1946)[5]
  • 1949 - Die Toten bleiben jung – The Dead Stay Young (rumanz)
  • 1949 - "Die Hochzeit von Haiti" (novella) "The Wedding from Haiti"
  • 1950 - Die Linie
  • 1950 - Der Kesselflicker – "The Tinker" (novella)
  • 1951 - Crisanta (novella)
  • 1951 - Die Kinder
  • 1952 - Der Mann und sein Name (novella)
  • 1953 - Der Bienenstock "The Beehive" (novella)
  • 1954 - Gedanken zur DDR. In Aufsätze ... 1980, estratt minn Andreas Lixl-Purcell (ed.): Erinnerungen deutsch-jüdischer Frauen 1900–1990.
  • 1958 - Brot und Salz – "Bread and Salt" (novella)
  • 1959 - Die Entscheidung – "The Decision" (rumanz)
  • 1961 - Das Licht auf dem Galgen "The Light on the Gallows" (novella)
  • 1963 - Über Tolstoi. Über Dostojewski.
  • 1965 - Die Kraft der Schwachen – The Power of the Weak (rumanz)
  • 1967 - Das wirkliche Blau. Eine Geschichte aus Mexiko. – "The Real Blue" (novella)
  • 1968 - Das Vertrauen Trust (rumanz)
  • 1969 - Glauben an Irdisches (saġġi)
  • 1970 - Briefe an Leser
  • 1970 - Über Kunstwerk und Wirklichkeit
  • 1971 - Überfahrt. Eine Liebesgeschichte. – "Crossing: A Love Story" (Diálogos Books, 2016)
  • 1972 - Sonderbare Begegnungen Strange Encounters (novelli)
  • 1973 - Der proceß der Jeanne d'Arc zu Rouen 1431 The Trial of Joan of Arc in Rouen (radjudramm, adattat iktar 'il quddiem minn Berthold Brecht)
  • 1973 – Benito's Blue and Nine Other Stories
  • 1977 - Steinzeit. "Stone Age" – Wiederbegegnung "Reencounter" (novelli)
  • 1980 - Drei Frauen aus Haiti – Three Women from Haiti (novelli)
  • 1990 - Der gerechte Richter – The Righteous Judge (novelli)

Iktar qari[immodifika | immodifika s-sors]

  • Anna Seghers: Eine Biographie in Bildern, editjat minn Frank Wagner, Ursula Emmerich, Ruth Radvanyi; b'saġġ ta' Christa Wolf, Berlin: Aufbau, 2000
  • Helen Fehervary, Anna Seghers: The Mythic Dimension. Ann Arbor: University of Michigan Press, 2001.
  • Anna Seghers: The Challenge of History, edited by Helen Fehervary, Christiane Zehl Romero, Amy Kepple Strawser. Boston: Brill, 2020.
  • Writers on the Left in an Age of Extremes: Edgell Rickword, Anna Seghers, Carlo Levo, ta' Greta Sykes u David Morgan. Londra: Socialist History Society, 2021.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b "Anna Seghers". Jewish Women's Archive (bl-Ingliż). Miġbur 2021-11-19.
  2. ^ ""Forteckning over forslag till 1967 ars Nobelpris i litteratur" (PDF). Swedish Academy (Svenska akademien)" (PDF).
  3. ^ "Anna Seghers". web.archive.org. 2007-05-19. Miġbur 2021-11-19.
  4. ^ "Universität Potsdam - Die Anna-Seghers-Home-Page". web.archive.org. 2007-06-23. Miġbur 2021-11-19.
  5. ^ "German Literature - Seghers". sites.google.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-11-19.