Albert Einstein
Dan l-artiklu dwar ix-xjenza huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Albert Einstein (Ġermaniż: [ˈalbɛʁt ˈʔaɪnʃtaɪn]) imwieled fl-14 ta’ Marzu 1879 f’Ulm (Ġermanja) u miet fit-18 ta’ April, 1955 fi Princeton (Stati Uniti) kien fiżiku teoretiku mwieled Ġermanjż (aktar tard naturalizzat Amerikan), rikonoxxut b’mod wiesa’ bħala wieħed mill-akbar fiżiċi ta’ kull żmien. Einstein huwa magħruf l-aktar għall-iżvilupp tat-teorija tar-relattività, iżda għamel ukoll kontributi importanti għall-iżvilupp tat-teorija tal-mekkanika kwantistika. Ir-relattività u l-mekkanika kwantistika huma flimkien iż-żewġ pilastri tal-fiżika moderna. Il-formula tiegħu tal-ekwivalenza tal-massa-enerġija , li tirriżulta mit-teorija tar-relattività, ġiet imsejħa "l-aktar ekwazzjoni famuża tad-dinja".
Huwa rċieva l-Premju Nobel għall-Fiżika fl-1921 "għas-servizzi tiegħu lejn il-Fiżika Teorika, u speċjalment għall-iskopera tal-liġi tal-effett fotoelettriku".