Aqbeż għall-kontentut

Agatha Barbara

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Agatha Barbara
3. President ta' Malta

15 Frar 1982 - 15 Frar 1987
Albert Hyzler - Pawlu Xuereb
Ministru tax-Xogħol

1974 - 1981
Ministru tax-Xogħol u l-Edukazzjoni

1971 - 1976
Ministru tax-Xogħol u l-Edukazzjoni

1955 - 1958
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Ħaż-Żabbar, 11 Marzu 1923
Nazzjonalità Malta
Mewt Ħaż-Żabbar, 4 Frar 2002
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
għalliem
Premjijiet

Agatha Barbara (Ħaż-Żabbar, 11 ta' Marzu, 1923 - 4 ta' Frar, 2002) kienet it-tielet President ta' Malta, l-ewwel membru parlamentari mara f'Malta, l-ewwel Ministru mara, l-ewwel Aġent-Priministru mara, u l-ewwel President mara. Imwielda Ħaż-Żabbar nhar il-11 ta’ Marzu 1923, ħadmet bħala għalliema qabel ma daħlet fil-politika.

Fl-1946 bdiet tinvolvi ruħha b’mod attiv fil-politika mal-Partit Laburista dak iż-żmien immexxi minn Pawlu Boffa, u sena wara saret l-ewwel membru parlamentari mara fil-Parlament wara li kkontestat għall-ewwel darba l-elezzjoni generali tal-1947 f’isem il-Partit Laburista.

Ministru tal-Edukazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Bejn l-1955 u l-1958 kif ukoll bejn l-1971 u l-1974 hija serviet bħala Ministru tal-Edukazzjoni fil-Gvern ta' Dom Mintoff. Malli ngħatat din il-kariga fl-1955 hija għamlitha obbligatorja li t-tfal imorru l-iskola sakemm ikollhom 14-il sena u ħadet hsieb il-bini jew it-tkabbir ta’ 44 skola fil-pajjiz. L-idea ta’ skola sa 14-il sena u mingħajr ħlas daħlet fis-seħħ fl-1955, ħames xhur biss wara li hija ngħatat ir-responsabbiltà tal-Edukazzjoni.

Kien taħtha wkoll li bdew jitqassmu kotba b’xejn u l-istudenti tal-kullegg bdew jingħataw dak li jissejjah “pocket money” waqt li nfethu l-ewwel skejjel speċjali, fosthom għal dawk neqsin mid-dawl, is-smiegħ u ohrajn bi problemi mentali. Hi ddeċidiet ukoll li l-istudenti bniet kellhom id-dritt jitgħallmu suggetti li qabel kienu meqjusin bhala tas-subien, bħax-xjenza.

Fl-1958 kienet ikkundannata għall-habs mill-qrati Maltin talli ħadet sehem fil-protesti kontra l-Ingliżi.

Fl-1971, għal darb’ohra bhala ministru responsabbli mill-edukazzjoni, hija żiedet l-età obbligatorja ta’ l-istudju minn 14-il sena għal 16-il sena. F’dan il-perjodu bdew jitwaqqfu l-iskejjel tas-snajja’ fosthom l-Iskola tal-Mużika u d-Drama u l-Felinberg, l-istitut għat-tagħlim tat-teknologija.

Bejn l-1974 u l-1981 kellha f’idejha l-kultura u l-qasam soċjali. Fil-qasam soċjali hija ħadmet biex in-nisa setgħu jibdew jingħataw paga daqs l-irgiel, biex jiehdu l-leave tal-maternità bi hlas, biex dawk bla xogħol setgħu jiehdu l-benefiċċji soċjali, biex il-genituri setgħu jiehdu ċ-“children’s allowance” u anke ħadmet fuq il-pensjoni taż-żewg terzi. Fir-rigward tal-kultura kien taħtha li twaqqfu l-Muzew ta’ l-Arkeologija, il-Mużew ta’ l-Istorja Nazzjonali, il-Mużew ta’ l-Arti u l-Mużew tal-Folklor.

Hija serviet ukoll bhala Agent Prim Ministru f’diversi okkażjonijiet bejn l-1971 u l-1981.

President ta' Malta

[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar is-16 ta’ Frar, 1982 inhatret bhala l-President tar-Repubblika biex kienet it-tielet president tal-pajjiż wara Sir Anthony Mamo u Anton Buttigieg.

Hija mietet fl-4 ta’ Frar, 2002 fl-età ta’ 78 sena.

Monument f'Ħaż-Żabbar

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-President Edward Fenech Adami kixef monument ad unur tagħha f'Ħaż-Żabbar fit-23 ta' April, 2006. Dakinhar Fenech Adami qal li Agatha Barbara kienet persuna li halliet il-marka tagħha fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna. Filwaqt li elenka d-diversi kisbiet li għamlet bhala mara u li permezz tagħhom ikkontribwiet biex issir l-istorja, huwa qal li dawn il-fatturi kollha jispjegaw ir-raġuni għalfejn jixirqilha li tingħata gieħ għall-kontribut kbir li tat lill-pajjiz.

 Agatha Barbara ddedikat hajjitha kollha kemm hi, sa minn zoghzitha, ghas-servizz tal-poplu Malti u b’mod partikolari ghaz-Zabbarin. Dahlet fil-politika b’entuzjazmu u b’dedikazzjoni kbira fi zmien difficli, ghax kien zmien ta’ bidla radikali li hi affrontatha billi offriet is-servizz taghha lill-poplu. M’ghandix dubju li hekk harset lejn il-politika, billi ddedikat ruhha b’qawwa kbira ghal dak li kienet temmen li kien l-ahjar ghal pajjizna. 

Filwaqt li żied isemmi diversi esperjenzi personali li kienu laqqgħuh mill-qrib ma’ Agatha Barbara sa mill-bidu tal-karriera politika tiegħu, il-President Fenech Adami rrimarka li l-akbar kuntatt li kellu magħha kien meta kien Kap tal-Oppożizzjoni wara li saret President tar-Repubblika fejn ħadmet bis-shih biex issolviet il-kriżi kostituzzjonali

Predeċessur
Anton Buttigieg
President ta' Malta
1982-1987

Suċċessur
Pawlu Xuereb

Predeċessur
Antonio Paris
Ministru tal-Edukazzjoni
19551958

Suċċessur
vakanti

Predeċessur
Pawlu Borg Olivier
Ministru tal-Edukazzjoni
19711976

Suċċessur
Philip Muscat