Ċensu Tabone
Ċensu Tabone | |||||||||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
4 April 1989 - 4 April 1994 ← Agatha Barbara - Ugo Mifsud Bonnici →
12 Mejju 1987 - 16 Marzu 1989 ← Alex Sceberras Trigona - Eddie Fenech Adami →
22 April 1985 - 1 Ottubru 1987
11 Mejju 1981 - 26 April 1982
21 April 1975 - 21 April 1980
| |||||||||||||
Ħajja | |||||||||||||
Twelid | Rabat, 30 Marzu 1913 | ||||||||||||
Nazzjonalità | Malta | ||||||||||||
Mewt | San Ġiljan, 14 Marzu 2012 | ||||||||||||
Edukazzjoni | |||||||||||||
Alma mater |
Università ta' Malta Kulleġġ ta' San Alwiġi | ||||||||||||
Okkupazzjoni | |||||||||||||
Okkupazzjoni |
oftalmologu għalliem fl-università politiku | ||||||||||||
Premjijiet | |||||||||||||
Sħubija | Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa |
Ċensu Tabone (Rabat, Għawdex 30 ta' Marzu 1913 - San Ġiljan, 14 ta' Marzu 2012) huwa figura politika Maltija fejn serva bħala r-raba' President ta' Malta mill-1989 sal-1994.
Tfulija
[immodifika | immodifika s-sors]Ċensu Tabone twieled fil-belt Għawdxija tar-Rabat. Iben Niccolò Tabone u Elisa née Calleja. Huwa kien l-iżgħar fost għaxar ulied. Missieru kien l-ewwel tabib Malti li studja fl-Ingilterra u serva bħala tabib distrettwali f'Għawdex. Miet għall-għarrieda fl-età ta' 59 sena. Sentejn wara, meta kellu 11-il sena, Ċensu Tabone niżel Malta biex jieħu l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ San Alwiġi.
Tabib
[immodifika | immodifika s-sors]Mill-Università ta' Malta, fl-1933 iggradwa bħala spiżjar u tabib tal-mediċina fl-1937. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija Ċensu Tabone serva ta' Uffiċjal Mediku mar-Royal Malta Artillery. Fl-ewwel jiem tal-gwerra huwa ħelisha mill-mewt meta bomba tal-għadu splodiet u waqqgħet parti mill-kwartieri tal-armata. Fl-1946 huwa kiseb diploma fl-oftalmoloġija mill-Università ta' Oxford. Ftit wara kiseb ukoll diploma fil-mediċina oftalmoloġika mir-Royal College of Surgeons tal-Ingilterra. Ħadem ukoll fil-Moorfields Eye Hospital ta' Londra.
Fl-1948, Tabone tqabbad jissuperviżjonizza l-kampanja kontra t-trakoma. Bl-isforzi tiegħu, din il-marda nqerdet għal kollox minn Għawdex. Huwa tqabbad mill-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) jorganizza kampanji simili fit-Tajwan, l-Indonesja u l-Iraq. Kien membru u konsulent tal-panel internazzjonali ta' esperti dwar it-trakoma tad-WHO. Bejn is-snin 1957 u 1960 huwa serva fuq il-Kunsill tal-Università ta' Malta. Qatta' wkoll xi żmien jien jgħallem ukoll fl-istess università. Huwa għen biex fl-1954 titwaqqaf l-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta, li wara sar il-president onorarju tagħha.
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]Ċensu Tabone ma daħalx żgħir fil-politika, u fil-fatt ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali meta kellu 50 sena, fl-1962. Għal ħafna snin kien membru parlamentari f'isem il-Partit Nazzjonalista. Hu ħaddan diversi karigi f'dan il-partit, fosthom membru tal-Kumitat Eżekuttiv, Segretarju Ġenerali u Deputat Mexxej tal-Partit. Kien Ministru tax-Xogħol fis-snin sittin u Ministru tal-Affarijiet Barranin fis-snin tmenin. Kien membru ta' diversi kumitati tal-Kunsill tal-Ewropa. Huwa waqqaf l-Akkademja għall-Iżvilupp tal-Ambjent Demokratiku (AŻAD), li taghha kien President bejn l-1976 u l-1988.
Barra minn xtutna, l-inizjattivi tiegħu wasslu sabiex in-Nazzjonijiet Magħquda welldet il-Pjan ta' Vjenna għal Azzjoni favur l-Anzjani. L-istess organizzazzjoni stabilixxiet il-Klima bħala Wirt Komuni tal-Umanità. Huwa kien ressaq mozzjoni quddiem in-Nazzjonijiet Magħquda bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin, biex din tiddikjara l-klima tad-dinja bħala patrimonju komuni tal-umanità.
President
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-16 ta' Marzu, 1989, Ċensu Tabone irriżenja minn Ministru tal-Affarijiet Barranin u minn membru parlamentari, biex fl-4 ta' April tal-istess sena nħatar President ta' Malta. Waħda minn uliedu, Helen, tgħid li “Bejn l-1987 u l-1989 kien Ministru tal-Affarijiet Barranin u kien rwol li vera kien iħobb. Kien għal qalbu ħafna f'din il-pożizzjoni u għalhekk għall-ewwel kien ħadha ftit bi kbira. Kien xtaq jagħmel aktar f'din il-pożizzjoni."
Iżda Eddie Fenech Adami, li nnominah għall-kariga, jgħid li ma kien hemm l-ebda reżistenza min-naħa ta' Tabone. “Ċensu kien diġà jidher bħala 'father figure' kemm fil-partit kif ukoll fil-pajjiż, u kien magħruf mhux biss bħala politiku imma wkoll bħala tabib u President tal-union tat-tobba. Kien għażla naturali għall-kariga ta' President tar-Reppublika, u għalhekk il-fatt li ntgħażel la kienet sorpriża għalih u lanqas għall-pajjiż.”.
Bħala President, Tabone serva sal-1994. Meta ġie biex jispiċċa, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alfred Sant kien ried li tinbidel il-Kostituzzjoni biex Tabone jkun jista' jservi terminu ieħor.
Familja
[immodifika | immodifika s-sors]Ċensu Tabone żżewweġ lil Maria Wirth fit-23 ta' Novembru 1941. L-attur Malti ta' Hollywood Joseph Calleia kien prim kuġin tiegħu.
Monument
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-4 ta' Diċembru 2014, il-Prim Ministru Joseph Muscat kixef monument f'ġieħu fil-Balluta, San Ġiljan, fejn għex għal ħafna żmien. F'dan id-diskors, huwa ħalla l-karti biex għamel apoloġija lill-familja ta' Ċensu Tabone għall-bojkott li l-Partit Laburista kien għamel lill-Presidenza ta' Tabone fl-1989.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Predeċessur Paul Xuereb (aġent) |
President ta' Malta 1989–1994 |
Suċċessur |