Žatec

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Žatec
 Repubblika Ċeka
Amministrazzjoni
PajjiżRepubblika Ċeka
Region of the Czech RepublicReġjun ta' Ústí nad Labem
District of the Czech RepublicDistrett ta' Louny
Kap tal-Gvern Radim Laibl (en) Translate
Isem uffiċjali Saaz
Žatec
Ismijiet oriġinali Žatec
Kodiċi postali 438 01
Ġeografija
Koordinati 50°19′37″N 13°32′46″E / 50.327°N 13.546°E / 50.327; 13.546Koordinati: 50°19′37″N 13°32′46″E / 50.327°N 13.546°E / 50.327; 13.546
Žatec is located in Czech Republic
Žatec
Žatec
Žatec (Czech Republic)
Superfiċjenti 42.676571 kilometru kwadru
Għoli 233 m
Fruntieri ma' Měcholupy (en) Translate, Čeradice (en) Translate, Zálužice (en) Translate, Žiželice (en) Translate, Libočany (en) Translate, Staňkovice (en) Translate, Liběšice (en) Translate, Libořice (en) Translate, Podbořany (en) Translateu Holedeč (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 19,044 abitanti (1 Jannar 2023)
Informazzjoni oħra
bliet ġemellati Thum, Žalec (en) Translate, Krasnystaw (en) Translateu Poperinge (en) Translate
mesto-zatec.cz

Žatec (pronunzja biċ-Ċek: [ˈʒa.tɛt͡s]; bil-Ġermaniż: Saaz) huwa raħal fid-Distrett ta' Louny fir-Reġjun ta' Ústí nad Labem tar-Repubblika Ċeka. Għandu popolazzjoni ta' madwar 19,000 abitant.[1] Ir-raħal jinsab max-xmara Ohře. Žatec huwa famuż għat-tradizzjoni antika iktar minn 700 sena tat-tkabbir tal-ħops nobbli ta' Saaz li jintuża minn diversi birreriji. Žatec u l-Pajsaġġ tal-Ħops ta' Saaz ġew inklużi fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023.[2] Iċ-ċentru storiku tar-raħal huwa ppreservat sew u huwa protett bil-liġi bħala riżerva monumentali urbana u parzjalment ukoll bħala żona monumentali urbana.

Partijiet amministrattivi[immodifika | immodifika s-sors]

Il-villaġġi ta' Bezděkov, ta' Milčeves, ta' Radíčeves, ta' Trnovany, ta' Velichov u ta' Záhoří huma partijiet amministrattivi ta' Žatec.

Etimoloġija[immodifika | immodifika s-sors]

L-isem Žatec oriġina mill-kelma Ċeka antika záteč / zateč. Kien isem post fejn ix-xmara fejn kien jinġema' s-silġ f'kanal dejjaq.[3]

Ġeografija[immodifika | immodifika s-sors]

Žatec jinsab madwar 18-il kilometru (11-il mil) fil-Punent ta' Louny u 62 kilometru (39 mil) fil-Majjistral ta' Praga. Jinsab fi ħdan pajsaġġ agrikolu tal-Baċir ta' Most. L-ogħla punt huwa 337 metru (1,106 pied) 'il fuq mil-livell tal-baħar. Ix-xmara Ohře tgħaddi minn ġor-raħal. Il-konfluwenza tax-xmajjar Ohře u Blšanka tinsab fuq in-naħa tal-Lvant tal-fruntiera muniċipali.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel tismija bil-miktub ta' Žatec saret fil-kronaka bil-Latin ta' Thietmar ta' Merseburg fl-1004. Fl-1248, Žatec ingħata t-titlu ta' raħal. Fl-1265, ir-raħal ingħata l-privileġġi ta' raħal irjali mir-Re Ottokar II tal-Boemja.

Fis-seklu 16, Žatec kellu madwar 5,000 abitant u kien wieħed mill-iżjed irħula popolati fir-renju. Fl-1827 inbena pont bil-ktajjen fuq ix-xmara Ohře, li kien l-ewwel pont bil-ktajjen fil-Boemja.

Minn meta faqqgħu l-Gwerer Ussiti fl-1419 sal-Gwerra ta' Tletin Sena, ir-raħal kien Ussit jew Protestant, iżda wara l-Battalja tal-Muntanja l-Bajda fl-1620, il-biċċa l-kbira tal-abitanti Ċeki telqu mir-raħal. Ir-raħal baqa' Ġermaniż u Kattoliku Ruman sal-1945, meta l-abitanti li kienu jitkellmu bil-Ġermaniż tkeċċew lejn il-Ġermanja. Fit-3 ta' Ġunju 1945, madwar 5,000 abitant Ġermaniż inġabru fil-pjazza tar-raħal u mmarċjaw lejn Postoloprty, fejn inqatlu mill-inqas 763 ruħ, għalkemm hemm stimi li jvarjaw saħansitra sa 2,000 vittma maqtula mill-militar Ċekoslovakk f'Žatec u matul il-marċ.[4][5]

Demografija[immodifika | immodifika s-sors]

Popolazzjoni Storika
Sena Pop. ±%
1869 10,050 —    
1880 11,716 +16.6%
1890 14,590 +24.5%
1900 17,858 +22.4%
1910 18,745 +5.0%
Sena Pop. ±%
1921 17,761 −5.2%
1930 19,806 +11.5%
1950 14,088 −28.9%
1961 15,661 +11.2%
1970 16,525 +5.5%
Sena Pop. ±%
1980 19,145 +15.9%
1991 20,320 +6.1%
2001 19,919 −2.0%
2011 18,786 −5.7%
2021 18,467 −1.7%
Sors: Iċ-ċensimenti.[6]

Ekonomija[immodifika | immodifika s-sors]

Id-Daħla tal-Qassisin, parti mill-fdalijiet tal-fortifikazzjonijiet tar-raħal.

Žatec u l-madwar huma magħrufa għat-tradizzjoni tat-tkabbir tal-ħops ta' Saaz. Il-ħops ta' Saaz jew ta' Žatec għandu denominazzjoni tal-oriġini protetta.[7]

It-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-birra bdiet hawnhekk fl-1261. It-tkabbir tal-ħops ġie ddokumentat l-ewwel darba fl-1348. Fl-1800-1801, il-Birrerija ta' Žatec bdiet il-produzzjoni tagħha, u għadha operattiva sal-lum.[8]

Trasport[immodifika | immodifika s-sors]

Žatec jinsab fuq il-linja ferrovjarja bejn Plzeň u Most.

Kultura[immodifika | immodifika s-sors]

Žatec jospita d-Dočesná, li hija festa tal-ħsad tal-ħops. Din il-festa sseħħ fil-pjazza tar-raħal kull Settembru.[9]

Attrazzjonijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Pjazza ta' Hoš'álkovo bil-Knisja tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna.

Mill-1961, iċ-ċentru storiku ta' Žatec ġie protett bħala riżerva monumentali urbana. Iċ-ċentru jħaddan fih kollezzjoni ta' binjiet importanti u stili arkitettoniċi mill-perjodu Rumanesk sal-Art Nouveau.

Mill-2003, iż-żona fin-Nofsinhar taċ-ċentru storiku ġiet protetta bħala żona monumentali urbana. Hija importanti l-iktar għall-kostruzzjonijiet tekniċi marbuta mat-tkabbir tal-ħops.

Il-Knisja tat-Tlugħ is-Sema tal-Madonna hija waħda mill-iżjed monumenti sinifikanti. Oriġinarjament inbniet bl-istil Rumanesk u wħud mill-partijiet Rumaneski tagħha għadhom ippreservati. Fl-1724-1728 żdiedet il-Kappella ta' San Ġwann ta' Nepomuk. Għall-ħabta tal-1740, il-faċċata tal-Punent ġiet rikostruwita bl-istil Barokk.

It-tradizzjoni tat-tkabbir tal-ħops u tal-produzzjoni tal-birra tispikka fir-raħal. Hemm il-Mużew tal-Ħops u l-Mużew tal-Produzzjoni tal-Birra. It-Tempju tal-Ħops u tal-Birra huwa kumpless turistiku b'diversi attrazzjonijiet, fosthom torri ta' osservazzjoni u arloġġ astronomiku żgħir. Žatec u l-Pajsaġġ tal-Ħops ta' Saaz, inkluż il-villaġġ ta' Trnovany fi ħdan Žatec u l-villaġġ ta' Stekník, ġew inklużi fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023.[2]

Fil-kultura popolari[immodifika | immodifika s-sors]

Žatec intuża biex inġibdu bosta films u sensiliet televiżivi storiċi, fosthom Yentl (1983), The Young Indiana Jones Chronicles (1992), Les Misérables (1998), The Scarlet Pimpernel (1999), Oliver Twist (1999), Burning Bush (2013),[10] The Zookeeper's Wife (2016),[11] A Bag of Marbles (2017) u r-rebbieħ tal-Premju Oscar Jojo Rabbit (2019).[12]

Nies notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Ġemellaġġ[immodifika | immodifika s-sors]

Žatec huwa ġemellat ma':[13]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Population of Municipalities - 1 January 2023". Population of Municipalities - 1 January 2023 (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-05.
  2. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Žatec and the Landscape of Saaz Hops". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-05.
  3. ^ "jméno Žatecký — PSK". www.ptejteseknihovny.cz (biċ-Ċek). Miġbur 2023-10-05.
  4. ^ Žatec, město. "Město Žatec". www.mesto-zatec.cz (biċ-Ċek). Miġbur 2023-10-05.
  5. ^ Stoldt, Hans-Ulrich (2009-08-30). "Mord im Fasanengarten" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2023-10-05.
  6. ^ "Parameters selection VDB". vdb.czso.cz. Miġbur 2023-10-05.
  7. ^ "Žatecký chmel - Chráněné označení původu". www.zateckychmel.eu. Miġbur 2023-10-05.
  8. ^ "Historie | Žatecký Pivovar". www.zateckypivovar.cz. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-08-31. Miġbur 2023-10-05.
  9. ^ "Žatecká Dočesná". Dočesná (biċ-Ċek). Miġbur 2023-10-05.
  10. ^ Želinský, Libor (2012-05-29). "Režisérka dokončila natáčení filmu o Janu Palachovi" (biċ-Ċek). Miġbur 2023-10-05.
  11. ^ "Úkrytem v zoo projdou čeští herci i pražské exteriéry, svou průměrnost ale neschová". iROZHLAS (biċ-Ċek). 2017-03-29. Miġbur 2023-10-05.
  12. ^ "Žatec: Czech town providing perfect location for major productions including JoJo Rabbit". Radio Prague International (bl-Ingliż). 2020-02-27. Miġbur 2023-10-05.
  13. ^ Žatec, město. "Město Žatec". www.mesto-zatec.cz (biċ-Ċek). Miġbur 2023-10-05.