Gerard Piqué
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Isem sħiħ | Gerard Piqué Bernabeu | ||
| Twelid | 2 ta' Frar 1987 Barċellona |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.93 m | ||
| Rwol | Difensur | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | |||
| Numru | 3 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| 2001–2004 | |||
| 2004–2005 | |||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2004–2008 | 12 | (0) | |
| 2006–2007 | 22 | (2) | |
| 2008– | 128 | (10) | |
| Tim nazzjonali | |||
| 2009– | 49 | (4) | |
| 2004– | 4 | (0) | |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: —Acmilanmalta1 (d) 1:27, 2 ta' Marzu 2013 (UTC) |
|||
Gerard Piqué Bernabeu (Barċellona, 2 ta' Frar 1987) huwa plejer tal-futbol Spanjol li jilgħab mal-klabb ta' FC Barcelona bħala difensur ċentrali.
Werrej |
Karriera [editja]
Bidu tal-karriera [editja]
Piqué beda l-karriera tiegħu mat-timijiet ġovanili ta' FC Barcelona, imma qabel ma iffirma l-ewwel kuntratt professjonali mal-klabb iddeċieda li jingħaqad ma' Manchester United. It-tim mill-Premiership ma ħallas l-ebda somma ta' flus minħabba li Piqué kien għadu wisq żgħir biex ikollu kuntratt professjonali.
Manchester United [editja]
Id-debutt ma' Manchester United wasal fis-26 ta' Ottubru 2004, kontra Crewe Alexandra. Id-debutt mill-ewwel minuta wasal fid-29 ta' Marzu 2006 kontra West Ham United fejn f'Old Trafford lagħab fuq il-faxxa leminija fl-assenza tal-imweġġa' Gary Neville.
Il-prestazzjoni tiegħu, speċjalment mat-tim tar-riservi, tatu kuntratt ġdid li b'hekk kien se jżomm lil Piqué ma' Manchester United sas-sajf tal-2009. Fl-4 ta' Awwissu 2006, Piqué ġie misluf lit-tim Spanjol ta' Real Zaragoza. Fost il-kundizzjonijiet tas-self kien hemm li Piqué kellu jilgħab minimu ta' 20 logħba, u fil-fatt irnexxielu jagħmel 22 dehra u fihom jiskorja darbtejn.
Fil-5 ta' Mejju 2007, ġie mħabbar li Piqué kien se jibqa' f'Old Trafford staġun ieħor. Sir Alex Ferguson kellu jattendi għal logħba li fiha Piqué kien se jilgħab biex b'hekk jiddiskuti mal-plejer dwar il-futur ma' United, imma dan ma seħħx minħabba problemi fit-titjira.[1]
Lura ma' Manchester United, hu skorja fid-debutt tiegħu fiċ-Champions League fejn skorja l-ewwel gowl minn erba' fir-rebħa ta' 4–0 li United għamlu kontra Dynamo Kiev nhar is-7 ta' Novembru 2007. B'dan il-gowl, hu sar l-450 plejer ta' Manchester United li skorja tal-anqas gowl għall-klabb.[2] Wara dan il-gowl, wasal it-tieni wieħed personali f'din il-kompetizzjoni, din id-darba fil-konfront barra minn darhom kontra AS Roma fit-12 ta' Diċembru.
Barcelona [editja]
Fis-27 ta' Mejju 2008, Piqué iffirma kuntratt ta' erba' snin ma' FC Barcelona. Hu rappurtat li Barcelona ħallsu mal-madwar €7 miljun għall-akwist ta' Piqué.[3]. L-ewwel gowl tiegħu ma' Barcelona wasal fir-rebħa ta' 5–2 li Barcelona għamlu kontra Sporting CP fil-UEFA Champions League nhar is-26 ta' Novembru 2008. L-ewwel gowl domestiku għall-klabb wasal xahrejn wara, fid-29 ta' Jannar 2009, fil-konfront kontra r-rivali lokali Espanyol mill-kompetizzjoni tat-Tazza tar-Re. Il-gowl tiegħu fis-57 minuta, kien il-gowl rebbieħ fir-rebħa ta' 3–2 għal Barcelona.
L-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat Spanjol għal Barcelona wasal fit-2 ta' Mejju 2009, fir-rebħa kbira ta' 6–2 li l-Katalani għamlu fuq ir-rivali eterni Real Madrid, fl-El Clásico. Nhar it-13 ta' Mejju 2009, wasal l-ewwel trofew tiegħu fil-karriera tiegħu ma' Barcelona hekk kif għen lit-tim jirbaħ 4–1 kontra Athletic Bilbao fil-finali tat-Tazza tar-Re. Tliet ijiem wara, Barcelona kisbu wkoll il-kampjonat b'żewġ ġranet għal tmiem l-istaġun.
L-istaġun pożittiv tiegħu u ta' Barcelona kompla meta fil-finali tal-UEFA Champions League kontra l-klabb preċedenti tiegħu, Manchester United, Barcelona rebħu 2–0. Hu sar it-tielet plejer li rebaħ it-Tazza taċ-Ċampjins jew il-UEFA Champions League b'mod konsekuttiv ma' żewġ klabbs differenti, flimkien ma' Marcel Desailly u Paulo Sousa. Nhar is-26 ta' Frar 2010, Piqué iffirma estensjoni tal-kuntratt li se jżommu mal-klabb ta' Barcelona sas-sajf tal-2015. Fit-28 ta' April 2010, hu skorja l-uniku gowl tat-tim fir-rebħa kontra Inter tal-Italja mit-tieni leg tas-semifinali tal-UEFA Champions League, minkejja li ma kienx biżżejjed biex Barcelona jiġu eliminati bl-iskor ta' 3–2.[4]
Internazzjonali [editja]
Nhar is-6 ta' Frar 2009, Piqué ġie msejjaħ fit-tim tal-kbar ta' Spanja għal-logħba ta' ħbiberija kontra l-Ingilterra. Hu lagħab il-logħba kollha fir-rebħa ta' 2–0, logħba li ntlagħbet f'Sevilla.[5] F'Marzu tal-2009, Piqué skorja l-uniku gowl ta' Spanja u l-ewwel wieħed fuq livell personali kontra t-Turkija ġewwa Madrid, partita valida għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. Erbat ijiem wara, hu żamm postu mal-ewwel ħdax fir-rebħa ġewwa Istanbul ta' 2–1, partita wkoll mill-fażi tal-gruppi. Piqué ġie magħżul mal-iskwadra Spanjola li lagħbet fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2010, fejn lagħab is-seba' logħbiet tat-tornew, tornew li ntrebaħ mill-istess Spanja 1–0 fuq l-Olanda.
Ħajja personali [editja]
Il-fatt li l-kunjom ta' Piqué huwa 'Bernabeu' ġabet konfużjoni minħabba l-oriġini tiegħu, hekk kif dan jixbah l-isem tal-Istadju Santiago Bernabéu, il-grawnd ta' Real Madrid. Din id-diskrepanza ħarġet mill-fatt li l-grawnd ta' Real Madrid huwa msemmi wara president tal-klabb bl-isem ta' Santiago Bernabéu. L-isem Bernabeu huwa isem komuni wkoll f'Barċellona, Piqué kellu nannuh li kien il-viċi-president ta' Barcelona (Amador Bernabeu).
Attwalment, Piqué jinsab f'relazzjoni mal-kantanta Kolombjana Shakira, li ltaqa' magħha matul is-sajf tal-2010 ġewwa l-Afrika t'Isfel fejn il-kantanta kienet qed tagħmel kunċerti tagħha fl-okkażjoni tat-Tazza tad-Dinja.
Statistika [editja]
- Korretti sat-3 ta' Mejju 2011[6]
| Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Ewropa | Oħrajn[7] | Total | ||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
| Manchester United | 2004–05 | 0 | 0 | 1 | 0 | 1 | 0 | 1 | 0 | 0 | 0 | 3 | 0 |
| 2005–06 | 3 | 0 | 2 | 0 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 7 | 0 | |
| 2006–07 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | |
| Real Zaragoza (self) | 2006–07 | 22 | 2 | 4 | 1 | – | 0 | 0 | 0 | 0 | 26 | 3 | |
| Manchester United | 2007–08 | 9 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 3 | 2 | 0 | 0 | 13 | 2 |
| Total | 12 | 0 | 3 | 0 | 4 | 0 | 4 | 2 | 0 | 0 | 23 | 2 | |
| Barcelona | 2008–09 | 25 | 1 | 6 | 1 | – | 14 | 1 | 0 | 0 | 45 | 3 | |
| 2009–10 | 32 | 2 | 1 | 0 | – | 11 | 2 | 5 | 0 | 49 | 4 | ||
| 2010–11 | 29 | 2 | 7 | 0 | – | 11 | 1 | 1 | 0 | 48 | 3 | ||
| 2011–12 | 22 | 2 | 8 | 0 | – | 5 | 0 | 3 | 0 | 38 | 2 | ||
| 2012–13 | 18 | 2 | 3 | 1 | – | 5 | 0 | 2 | 0 | 28 | 3 | ||
| Total | 128 | 10 | 25 | 2 | – | 47 | 4 | 11 | 0 | 211 | 16 | ||
| Total tal-karriera | 162 | 12 | 34 | 3 | 4 | 0 | 51 | 6 | 11 | 0 | 262 | 21 | |
Unuri [editja]
Klabb [editja]
- Premier League: 2007–08 (applikazzjoni speċjali)[8]
- UEFA Champions League: 2007–08
- Football League Cup: 2006
- La Liga: 2008–09, 2009–10
- Copa del Rey: 2008–09
- Supercopa de España: 2009, 2010
- UEFA Champions League: 2008–09
- Super Cup Ewropea: 2009
- Tazza tad-Dinja tal-Klabbs: 2009
Nazzjonal [editja]
- Tazza tad-Dinja: 2010
Individwali [editja]
- FIFA World XI: 2010
- Tim tas-Sena tal-UEFA: 2010
Referenzi [editja]
- ^ Ben Hibbs. (Ingliż) Pique set for OT return. ManUtd.com, 05-04-2005. Aċċess tal-URL: 18-05-2008.
- ^ (Ingliż) All Goalscorers In All Competitive Matches, p. 5 minn 5. StretfordEnd.co.uk. Aċċess tal-URL: 08-11-2007.
- ^ (Ingliż) Man Utd defender Pique to join Barcelona. AFP, 27-05-2008
- ^ (Ingliż) Barcelona 1 - 0 Internazionale. ESPN Soccernet, 28-04-2010
- ^ (Spanjol) Lista de convocados para el amistoso ante Inglaterra. Real Federación Española de Fútbol, 06-02-2009. Aċċess tal-URL: 05-04-2009.
- ^ (Ingliż) Statistics 2008-09 - Gerard Piqué Bernabeu. FCBarcelona.cat. Aċċess tal-URL: 14-03-2009.
- ^ Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħrajn, fejn tinkludi l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
- ^ (Ingliż) Bumper Go Figure: Season In Numbers. Football365.com, 12-05-2008. Aċċess tal-URL: 25-05-2008.
Ħoloq esterni [editja]
- Statistika fuq Soccerbase.com
- Profil fuq fcbarcelona.com
|
|||||