Barċellona

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Barċellona
 Spanja
Amministrazzjoni
Stat sovranSpanja
Autonomous community of SpainCatalonia (en) Translate
Provinċja ta' SpanjaBarcelona Province (en) Translate
Functional territorial areaÀmbit metropolità de Barcelona (en) Translate
Comarca of CataloniaBarcelonès (en) Translate
Kap tal-Gvern Jaume Collboni Cuadrado (en) Translate
Isem uffiċjali Barcelona
Ismijiet oriġinali Barcelona
Kodiċi postali 08001–08042
Ġeografija
Koordinati 41°22′57″N 2°10′37″E / 41.3825°N 2.1769°E / 41.3825; 2.1769Koordinati: 41°22′57″N 2°10′37″E / 41.3825°N 2.1769°E / 41.3825; 2.1769
Barċellona is located in Spain
Barċellona
Barċellona
Barċellona (Spain)
Superfiċjenti 101.30 kilometru kwadru
Għoli 9 mu 12 m
Fruntieri ma' Cerdanyola del Vallès (en) Translate, Molins de Rei (en) Translate, Montcada i Reixac (en) Translate, El Prat de Llobregat (en) Translate, Sant Feliu de Llobregat (en) Translate, Santa Coloma de Gramenet (en) Translate, Esplugues de Llobregat (en) Translate, L'Hospitalet de Llobregat (en) Translate, Sant Just Desvern (en) Translate, Sant Cugat del Vallès (en) Translateu Sant Adrià de Besòs (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 1,660,122 abitanti (2023)
Unitajiet domestiċi 664,476
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 93
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Boston, Kajr, Isfahan, Montpellier, Varna, Gaża, Dublin, Monzón, São Paulo, Montreal, Köln, San Pietruburgu, Buenos Aires, Ateni, Ħavana, Gdańsk, Alġiers, Perpignan, Rio de Janeiro, Shanghai, Sivilja, Sarajevo, Anversa, Busan, Tirana, Tel Aviv, Valparaíso, Santo Domingo, Barcellona Pozzo di Gotto (en) Translate, Medellín, Kōbe, Montevideo, Nizhny Novgorod, Istanbul, Perpignan Méditerranée Métropole, Wenzhou, Dubaj, Fes, Ho Chi Minh, Trujillo, Rosario, San Francisco, Monterreyu Kjiv
barcelona.cat

Barċellona hi belt Spanjola. Barċellona hi l-belt kapitali tar-reġjun ta' Katalunja, reġjun awtonomu fi Spanja. Hija l-belt bl-ikbar popolazzjoni f'dan ir-reġjun u t-tieni l-ikbar f'pajjiżha, b'1,605,600 ruħ fl-2006, filwaqt bl-inħawi metropolitani b'kollox fiha 3,161,000 ruħ.

Barċellona hi waħda mill-akbar ċentri kummerċjali fl-Ewropa, b'port u ajruport movimentati ferm. L-ekonomija tar-reġjun tiddependi ħafna fuq din il-belt, u fil-fatt għalhekk hi waħda b'saħħitha.

Barċellona bdiet bħala belt Rumana. Bi klima Mediterranja, din il-belt hi magħrufa għall-kultura unika tagħha, fejn hija ċentru tal-arti u tal-arkitettura, filwaqt li hija ukoll fejn il-lingwa Katalana ssib il-qofol tagħha. Ta' min isemmi xi postijiet bħall-Katidral iddedikat lill-Familja Sagra, il-Park u l-Bini Güell, kapulavuri ta' Antoni Gaudí, arkitett ta' fama dinjija.

Barċellona hi forsi l-aktar famuża għall-faċilitajiet sportivi tagħha, fejn saru l-Olimpjadi tas-Sajf tal-1992. Magħruf żgur ukoll hu l-Klabb tal-Futbol ta' Barċellona, FC Barcelona, anke jekk hemm klabb ieħor tal-futbol, dak ta' RCD Espanyol, il-Klabb Irjali Sportiv Spanjol, għaliex dan kien miftuħ minn nies Spanjoli biss, għad-differenza tal-klabb l-ieħor, li kellu Żvizzeru bħala l-ewwel President.