Aqbeż għall-kontentut

Thomas Vermaelen

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Vermaelen)
Thomas Vermaelen
Informazzjoni personali
Twelid14 ta' Novembru 1985 (1985-11-14) (40 sena)
Kapellen, Belġju
Tul1.83 m
RwolDifensur ċentrali
Numru25
Mixtliet
1991–1999Germinal Ekeren
1999–2000Germinal Beerschot
2000–2003Ajax
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2009Ajax
2004–2005RKC Waalwijk (self)
2009–2014Arsenal
2014–2019Barcelona
2016–2017Roma (self)
2019–2021Vissel Kobe
Tim nazzjonali
2006–2021Belġju

Thomas Vermaelen (twieled fl-14 ta' Novembru 1985) huwa eks-plejer tal-futbol Belġjan li attwalment huwa l-assistent tat-tim nazzjonali tal-Belġju.

Vermaelen beda l-karriera tiegħu ġewwa pajjiżu mat-tim ta' Germinal Ekeren, li aktar tard tbiddel l-isem tal-klabb għal Germinal Beerschot wara l-fużjoni.

Fis-sena 2000 ingħaqad mal-akkademja tal-klabb Olandiż ta' Ajax. Id-debutt mal-ewwel tim wasal fil-15 ta' Frar 2004, fir-rebħa barra minn darhom ta' 2–0 kontra Volendam. Madanakollu din kienet l-uniku partita tiegħu għal dak l-istaġun, staġun li ra lil Ajax jiġu nkurnati ċampjins Olandiżi. Għall-istaġun 2004–05 ġie msellef lil RKC Waalwijk, fejn għamel tlettax-il dehra u skorja żewġ gowls.

Ir-ritorn tiegħu ma' Ajax, żblokka l-opportunitajiet mal-ewwel tim fejn mal-klabb rebaħ it-Tazza Olandiża. Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh għal sejħa mat-tim nazzjonali Belġjan. Ajax rebħu l-Johan Cruijff Schaal u Tazza Olandiża oħra fl-istaġun ta' wara u fl-2007, reġgħu rebħu għat-tieni sena konsekuttiva t-Tazza Super Olandiża. Bit-tluq ta' Klaas-Jan Huntelaar, Vermaelen kiseb il-faxxa ta' kaptan għall-istaġun 2008–09.

Vermaelen iffirma mal-klabb Ingliż ta' Arsenal nhar id-19 ta' Ġunju 2009, għal somma inizzjali ta' €10 miljum, li tista' titla' sa' €12-il miljun skont l-inċentivi.[1] Fl-ewwel partita tiegħu fil-kampjonat Ingliż kontra Everton fil-15 ta' Awwissu 2009 hu skorja l-ewwel gowl tiegħu b'permezz ta' daqqa ta' ras minn frikik ta' Robin Van Persie. Nhar is-16 ta' Settembru 2009, Vermaelen sab ix-xibka għall-ewwel darba fiċ-Champions League mal-Arsenal—gowl tal-pari kontroversjali kontra l-klabb Belġjan ta' Standard Liège. Arsenal rebħu dan il-konfront 3–2. Nhar id-19 ta' Settembru 2009, Vermaelen skorja doppjetta fir-rebħa ta' 4–0 kontra Wigan Athletic ġewwa l-Emirates, u ta' dan ingħata l-unur tal-Plejer tal-Partita. Fi tmiem l-ewwel staġun tiegħu ġewwa l-Ingilterra hu ġie magħżul fit-Tim tas-Sena tal-PFA.[2]

(aġġornati sal-15 ta' Awwissu 2010)
Klabb Staġun Kampjonat Tazza[3] Ewropa Total
Preż Gowls Assists Preż Gowls Assists Preż Gowls Assists Preż Gowls Assists
Ajax 2003–04 100000000100
RKC Waalwijk (self) 2004–05 13300000001330
Ajax 2005–06 29200005003420
2006–07 24003007003400
2007–08 20100002002210
2008–09 31400009104050
Total 1181003002310144110
Arsenal 2009–10 337110011114582
2010–11 100000000100
2011–12 29614007014062
2012–13 24003107003410
Total 911338102512124155
Total tal-karriera 20323330204922282275
Ajax
Arsenal
Barcelona
  • Tim tas-Sena tal-Premier League tal-PFA: 2009–10
  1. "Thomas Vermaelen joins Arsenal" (bl-Ingliż). AFC Ajax. 2009-06-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-01-15. Miġbur 2009-06-19.
  2. "Wayne Rooney leads the charge as Manchester United dominate PFA Team of the Year" (bl-Ingliż). Daily Mail. 2010-04-27.
  3. Tinkludi l-FA Cup, il-League Cup u l-FA Community Shield.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]