Ateni: Differenza bejn il-verżjonijiet
No edit summary |
No edit summary |
||
Linja 1: | Linja 1: | ||
{{stub|ġeografija}} |
{{stub|ġeografija}} |
||
[[Stampa:Athens |
[[Stampa:Athens Montage 2.jpg|thumb|Veduti mill-belt ta' Ateni: (Mix-xellug fuq) L-[[Akropoli]], Il-Parlament Grieg, Iż-''Zappeion'', Il-Mużew tal-[[Akropoli]], Il-Pjazza Monastiraki, veduta lejn il-baħar]] |
||
'''Ateni''' hija l-[[belt kapitali|kapitali]] u l-ikbar belt tal-[[Greċja]], u tiddomina l-periferija ta' [[Attika]]. Ateni hija waħda mill-eqdem ibliet fid-dinja, bl-istorja tagħha tmur lura għal madwar 3,400 sena ilu. |
'''Ateni''' hija l-[[belt kapitali|kapitali]] u l-ikbar belt tal-[[Greċja]], u tiddomina l-periferija ta' [[Attika]]. Ateni hija waħda mill-eqdem ibliet fid-dinja, bl-istorja tagħha tmur lura għal madwar 3,400 sena ilu. |
||
Reviżjoni ta' 16:42, 19 Marzu 2013
Dan l-artiklu dwar il-ġeografija huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Ateni hija l-kapitali u l-ikbar belt tal-Greċja, u tiddomina l-periferija ta' Attika. Ateni hija waħda mill-eqdem ibliet fid-dinja, bl-istorja tagħha tmur lura għal madwar 3,400 sena ilu.
Il-kapitali Griega għandha popolazzjoni ta' 745,514 (fl-2001) fiċ-ċentru amministrattiv tagħha. Iż-żona urbana testendi 'l barra mil-limiti amministrattivi tal-istess belt, b'popolazzjoni ta' 3,130,841 (fl-2001). Ateni hija ċ-ċentru ekonomiku, finanzjarju, industrijali u kulturali tal-Greċja, u fuq livell Ewropew u globali din għandha importanza notevoli.
Ateni hi l-aktar imfakkra fuq il-kotba tal-istorja bħala l-post fejn twieldet id-demokrazija, li kienet is-seded tal-akkademja ta' Platun u l-liċew ta' Aristotile, u kif ukoll il-post tat-twelid ta' Sokrate, Perikle, Sofokle u filosfi u persunaġġi oħra importanti tal-antik. Barra minn hekk, kienet polis prosperuża u hi kkunsidrata bħala l-benniena taċ-ċiviltà tal-Punent.
Tradizzjonalment, il-protettriċi tal-belt hija l-alla Atena, li tidher kemm fl-emblema tal-belt kif ukoll fil-bandiera.