Aqbeż għall-kontentut

Saverju Cassar

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Saverju Cassar
Ħajja
Twelid Għajnsielem (en) Translate, 29 Diċembru 1746
Grupp etniku Maltin
Mewt Għawdex, 16 Diċembru 1805
Post tad-dfin Knisja Katidrali ta' Għawdex
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Saverju Cassar (29 ta' Diċembru 1746 - 16 ta' Diċembru 1805) kien saċerdot u patrijott Għawdxi, li kien Gvernatur Ġenerali ta' Għawdex indipendenti mill-1798 sal-1801.

Cassar twieled Għajnsielem, fil-parroċċa tan-Nadur, Għawdex fid-29 ta' Diċembru 1746. Studja Ruma u ġie ordnat saċerdot fit-30 ta’ Marzu 1771. Ġie nnominat arċipriet tal-Matriċi ta' Għawdex fl-1773, u sar Provikarju ta’ Għawdex fl-1775.[1]

Fit-3 ta’ Settembru 1798, l-Għawdxin irribellaw kontra l-okkupanti Franċiżi, u fit-18 ta’ Settembru Cassar inħatar kap tal-Gvern u Supretendent tal-Gżira Għawdxija. Il-gwarniġjoni Franċiżi fiċ-Ċittadella u l-Forti Chambray ċedew lill-Ingliżi fit-28 u d-29 ta’ Ottubru, u l-Ingliżi ħallew il-gżira f'idejn Cassar. Wara mexxa lil Għawdex bħala stat indipendenti, u għaraf lil Ferdinandu III ta' Sqallija bħala r-re.[1] Cassar għamel petizzjoni wkoll biex Għawdex jiġi stabbilit bħala djoċesi separata (id-Djoċesi Kattolika Rumana ta’ Għawdex eventwalment inħolqot fl-1864).[2]

Il-Kungress Malti tal-Imdina ma qabilx mal-azzjonijiet ta’ Cassar, u fl-20 ta’ Awwissu 1801 l-Ingliżi ħatru lil Emmanuele Vitale bħala Gvernatur ta’ Għawdex minflok Cassar.[1]

Cassar miet fis-16 ta' Diċembru 1805 fl-età ta' 58 sena.[1]

  1. ^ a b ċ d Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies A-F. Malta, Pubblikazzjonijiet Indipendenza. pp. 533–534. ISBN 9789993291329
  2. ^ http://gozodiocese.org/about-us/historical-note/