Samuel Deguara

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Samuel Deguara
Ħajja
Twelid Tal-Pietà, 21 Ġunju 1991 (32 sena)
Nazzjonalità Malta
Italja
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni plejer tal-basketball
Mudell:Infobox biography/sport/basketball
Pożizzjoni jew speċjalità ċentrali
Piż 132 kg
Għoli 230 cm

Samuel Deguara (twieled fil-21 ta' Ġunju 1991) huwa plejer professjonali Malti tal-basketball li jilgħab mat-Tainan TSG GhostHawks fit-T1 League.[1][2] Huwa l-itwal raġel fl-Italja u f'Malta.[3] B'tul ta' seba' piedi u seba' pulzieri (2.31 metri), Deguara attwalment huwa t-tielet l-itwal plejer attiv tal-basketball fid-dinja, flimkien mal-Montenegrin Slavko Vraneš, u huma itwal minnhom biss Sun Ming Ming li huwa twil seba' piedi u disa' pulzieri (2.36 metri) u Paul Sturgess li huwa kemxejn itwal minn 7 piedi u seba' pulzieri (2.31 metri).

Karriera professjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Bidu fl-Italja[immodifika | immodifika s-sors]

Deguara beda l-karriera professjonali tiegħu wara li ffirma kuntratt ta' disa' snin ma' Benetton Treviso, wara li kiber min-nursery tal-klabb. Wara tliet snin, Deguara ġie misluf lit-timijiet Taljani BVO Caorle u CUS Bari Pallacanestro tul is-sentejn ta' wara. Fl-istaġun suċċessiv huwa lagħab ma' Pallacanestro Reggiana fis-Serie A, u lagħab logħba waħda biss kontra Armani Milano.

Malta[immodifika | immodifika s-sors]

Wara l-martirju ta' korrimenti sportivi fl-Italja, Deguara ddeċieda li jirritorna lejn art twelidu Malta, u ffirma ma' BUPA Luxol għall-istaġun 2013-2014. Deguara għamel suċċess hemmhekk, b'medja ta' 29.5 punt u 21.4 rebound kull logħba.

Spanja[immodifika | immodifika s-sors]

Wara l-perjodu li fih lagħab Malta, Deguara kompla l-karriera tal-basketball tiegħu fi Spanja. L-ewwel lagħba ma' Viten Getafe, fejn skurja ħames punti u għamel sitt rebounds f'għaxar minuti logħob.[4] Wara l-Getafe, Deguara kompla jilgħab fi Spanja ma' Fuenlabrada kif ukoll mat-tim tar-riżervi tagħhom. Deguara lagħab ukoll ma' Ferrol, fejn skurja 17-il punt u għamel 17-il rebound u tliet blocks fid-debutt tiegħu, b'medja ta' 15-il punt u 11-il rebound kull logħba.

Amerka ta' Fuq[immodifika | immodifika s-sors]

Deguara kompla l-karriera tal-basketball tiegħu fl-Amerka, fejn intgħażel bħala 98 plejer inġenerali fis-sitt rawnd mill-Erie Bayhawks fl-NBA Development League Draft tal-2015. Madankollu, Deguara ma lagħabx logħba waħda mal-BayHawks.

Deguara mbagħad iffirma kuntratt il-Kanada mat-tim il-ġdid fl-NBL tal-Kanada, Niagara River Lions.[5] Minkejja l-iffirmar b'ħafna għagħa u reklamar mal-klabb Kanadiż, kien prattikament assenti għall-biċċa l-kbira tad-debutt tat-tim fl-NBLC, u lagħab fi tliet logħbiet biss, b'total ta' seba' minuti, fejn skurja żewġ punti biss fil-logħbiet kollha.[6]

Litwanja[immodifika | immodifika s-sors]

Deguara ffirma kuntratt mat-tim Litwan BC Šilutė, fit-tieni diviżjoni Litwana tal-NKL.[7]

Lura Malta[immodifika | immodifika s-sors]

Deguara reġa' lura Malta għat-tieni darba, u reġa' lagħab mal-BUPA Luxol, fejn għen lill-klabb jirbaħ it-13-il kampjonat Malti tiegħu, u kaxkru lill-klabb Malti tal-Furjana MCP Car Parks f'sensiela ta' ħames logħbiet.[8]

Xlokk tal-Asja[immodifika | immodifika s-sors]

Deguara mar jilgħab l-Asja għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu, fejn iffirma mat-tim Malażjan tal-NBL, Farmcochem, fejn rebaħ it-titlu tal-Pro League tal-Malażja fl-unika staġun tiegħu mal-klabb, u skurja 24 punt u għamel 24 rebound fil-logħba tal-kampjonat kontra l-KL Dragons.[9]

Ftit wara s-soġġorn tiegħu fil-Malażja, Deguara ffirma ma' klabb ieħor tax-Xlokk tal-Asja, PEA, fit-Tajlandja.

F'Jannar 2018, Deguara ffirma ma' klabb Tajlandiż ieħor tal-ASEAN Basketball League, Mono Vampire, fejn lagħab bħala sostitut ta' Reggie Johnson, li telaq mit-tim minħabba raġunijiet personali.[10][11]

Deguara reġa' lagħab fil-league tax-Xlokk tal-Asja mas-San Miguel Alab Pilipinas, fejn lagħab bħala sostitut ta' Adrian Forbes bħala t-tielet plejer barrani tat-tim.

Tajwan[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-21 ta' Marzu 2022, Deguara ffirma mat-TaiwanBeer HeroBears li jilgħab fit-T1 League.[12] Fid-9 ta' Awwissu 2022, Deguara ffirma mat-Tainan TSG GhostHawks fit-T1 League.[13]

Karriera mat-tim nazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Deguara huwa l-itwal plejer fit-tim nazzjonali Malti tal-basketball, u ilu jilgħab mat-tim nazzjonali minn mindu kellu 14-il sena. Deguara kien parti wkoll mit-tim nazzjonali Malti li rebaħ id-Diviżjoni Ċ tal-Kampjonat Ewropew tal-FIBA tal-Under-18 li sar f'Malta fl-2009, fejn għamel medja ta' 27.2 punt u 23.8 rebound kull logħba. Deguara lagħab ukoll mat-timijiet Maltin rebbieħa tal-medalji fil-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-2010, tal-2012 u tal-2014, fejn rebaħ żewġ medalji tal-bronż u medalja tal-fidda.

Fl-2018 huwa għen lil Malta tirbaħ it-tornew u kiseb it-titlu tal-iżjed plejer ivvutat, minkejja li lanqas beda logħba waħda fit-tornew.

Stil ta' logħob[immodifika | immodifika s-sors]

Minkejja l-istatura imponenti u d-daqs immens tiegħu, huwa jitqies bħala rebounder tajjeb u bħala plejer effettiv għat-tqassim minn postu.

Ħajja personali[immodifika | immodifika s-sors]

Deguara jilbes il-qies Amerikan 24 (43 cm) taż-żraben (il-qies 60 fl-UE). Deguara huwa multilingwi, u jitkellem it-Taljan, l-Ingliż u l-Malti b'mod mexxej.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Giant boost as Alab signs 7-foot-6 Sam Deguara as new import". Spin.ph (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-05.
  2. ^ "Basketball News, Scores, Stats, Analysis, Standings". www.eurobasket.com. Miġbur 2023-06-05.
  3. ^ Riches, Sam (2016-02-08). "Samuel Deguara is 7'5, Unemployed, And Looking For A Basketball Home" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-05.
  4. ^ S.L, Indalweb Internet. "Federación de Baloncesto de Madrid". Federación de Baloncesto de Madrid (bl-Ispanjol). Miġbur 2023-06-05.
  5. ^ "7-foot-5 Maltese basketball player hopes Canadian experience pays off". Yahoo Sports (bl-Ingliż). 2016-01-06. Miġbur 2023-06-05.
  6. ^ "Samuel Deguara Player Profile, Niagara River Lions - RealGM". basketball.realgm.com. Miġbur 2023-06-05.
  7. ^ "Basketball News, Scores, Stats, Analysis, Standings". www.eurobasket.com. Miġbur 2023-06-05.
  8. ^ https://netnews.com.mt/author/stewartsaid (2017-04-23). "BUPA Luxol Champions għat-13-il darba" (bil-Malti). Miġbur 2023-06-05.
  9. ^ GUAN, KNG ZHENG. "Farmco's Guga and Ban Sin snuff out Dragons' fire in MPL final". The Star (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-05.
  10. ^ "Asian Basketball News, Scores, Stats, Analysis, Standings". www.asia-basket.com. Miġbur 2023-06-05.
  11. ^ "Asian Basketball | asian basketballleague.com". ABL (bl-Ingliż). Miġbur 2023-06-05.
  12. ^ NOWnews今日新聞 (2022-03-21). "T1/史上最高巨獸德古拉離開PLG勇士 轉戰台啤英熊 | PLG | 運動". NOWnews今日新聞 (biċ-Ċiniż). Miġbur 2023-06-05.
  13. ^ 自由時報電子報 (2022-08-09). "T1》230公分德古拉又回來了!加盟台南獵鷹捍衛禁區 - 自由體育". 自由時報電子報. Miġbur 2023-06-05.