Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/1 ta' Mejju
Dehra
1 ta' Mejju:
- 1886 – Beda l-istrajk ġenerali li wassal għall-ksib tal-ġurnata tax-xogħol ta' tmien sigħat fl-Istati Uniti. Din il-ġrajja illum titfakkar bħala L-Ewwel ta' Mejju jew Il-Festa tal-Ħaddiema fil-parti l-kbira tal-pajjiżi industrijalizzati.
- 1940 – Il-Logħob Olimpiku tas-sajf ġie ikkanċellat minħabba l-gwerra.
- 2004 – Il-Polonja, is-Slovenja, l-Ungerija, Malta, Ċipru, il-Litwanja, l-Estonja, il-Litwanja, ir-Repubblika Ċeka u s-Slovakkja daħlu jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1852 – Santiago Ramón y Cajal, newroxjenzat Spanjol, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Mediċina (m. 1934)
- 1881 – Pierre Teilhard de Chardin, palaeontologu u filosfu Franċiż (m. 1955)
- 1908 – Giovanni Guareschi, ġurnalista u kittieb Taljan (m. 1968)
Mietu f'dan il-jum...
- 1873 – David Livingstone, esploratur u missjunarju Skoċċiż (t. 1813)
- 1904 – Antonín Dvořák (stampa), kompożitur Ċek (t. 1841)
- 2008 – Anthony Mamo, l-ewwel president ta' Malta (t. 1909)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Ġużepp Ħaddiem u San Rikkardu Pampuri.