Aqbeż għall-kontentut

Mike Bongiorno

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mike Bongiorno
Ħajja
Isem propju Michael Nicholas Salvatore Bongiorno Carello
Twelid Belt ta' New York, 26 Mejju 1924
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Italja
Renju tal-Italja
L-ewwel lingwa Ingliż Amerikan
Ingliż
Mewt Monaco, 8 Settembru 2009
Post tad-dfin ċimiterju ta' Dagnente
Matterhorn
Kawża tal-mewt kawżi naturali (infart tal-mijokardju)
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż Amerikan
Taljan
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur
preżentatur televiżiv
ġurnalist
personalità tar-radju
liriċista
partiġjan
Premjijiet

Michael Nicholas Salvatore Bongiorno (twieled fis-26 ta' Mejju 1924 – miet fit-8 ta' Settembru 2009) kien wieħed mill-iktar preżentaturi televiżi Taljani popolari, tant li t-Taljani jsejħulu "il re della televisione".

Bongiorno twieled fil-Belt ta' New York New York fis-26 ta' Mejju 1924 minn omm Taljana minn Turin u missier Italo-Amerikan. Wara d-divorzju tal-ġenituri tiegħu, iċ-ċkejken Mike mar Turin flimkien ma' ommu. F'Turin huwa ħa l-edukazzjoni tiegħu sal-Liċeo Klassiku. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija kellu jieqaf mill-istudji ħabba l-invażjoni tal-Ġermaniżi u ngħaqad mal-Partiġġjani, fejn grazzi għall-Ingliż li kien tgħallem impjegawh sabiex jikkomunika mal-Alleati. In-Nazisti qabduh u Mike għamel seba' xhur f'ħabs f'San Vittore u wara ġie trasferit fil-kamp ta' konċentrament ta' Bolzano u mbagħad dak ta' Mauthausen, u fl-aħħar fil-lager ta' Spitter minn fejn ġie salvat permezz ta' tpartit ta' priġunieri bejn il-Ġermanja u l-Istati Uniti.

Missier it-Televiżjoni Taljan

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-1946 beda jaħdem New York mar-radju u seba' snin wara irritorna l-Italja. Ta' tletin sena beda jaħdem mat-TV Taljan mill-ewwel ġurnata li beda jxandar r-RAI, jiġifieri fit-3 ta' Jannar 1954, bil-programm Arrivi e Partenze. Mill-1955 sal-1959 ippreżenta wieħed mill-iktar kwizis magħrufin fuq it-TV Taljan Lascia o Raddoppia, li kien ukoll l-ewwel kwizz fuq it-TV Taljan. Tant kien popolari li nhar ta' Ħamis iċ-ċinema kienu jagħlqu għax in-nies kienu jkunu mwaħħlin quddiem is-settijiet tat-TV biex jaraw dal-kwizz. Huwa għen biex dan il-mass medium ġdid tat-TV jidħol fid-djar Taljani u fil-kultura popolari ta' wara l-Gwerra l-Kbira. Fl-era tat-TV black and white ppreżenta programmi ta' suċċess bħal Campanile sera (1960), Rischiatutto (1970) li fih intużaw l-effetti speċjali fit-TV għall-ewwel darba u La fiera dei sogni.

Mill-1963 sal-1997 ippreżenta ħdax-il edizzjoni tal-Festival ta' Sanremo.

Mal-istazzjonijiet ta' Berlusconi

[immodifika | immodifika s-sors]

Baqa' jaħdem mar-RAI sakemm fl-1980 beda jippreżenta I sogni nel cassetto fuq Tele Milano (li mbagħad sar Canale 5), wieħed mill-ewwel stazzjonijiet kummerċjali fl-Italja, propjeta ta' Silvio Berlusconi. Fl-1982 beda jippreżenta fuq l-istazzjonijiet ta' Berlusconi Superflash u fl-1987 Telemike. Mill-1989 sal-2003 ippreżenta l-verżjoni Taljana ta' Wheel of Fortune (La Ruota della Fortuna). L-aħħar programmi li ppreżenta fuq l-istazzjonijiet Mediaset kienu Genius, kwizz għat-tfal ta' bejn 12 u 14-il sena, u Il Migliore sal-2007.

Impatt fuq il-Kultura

[immodifika | immodifika s-sors]

L-impatt tiegħu fuq il-kultura Taljana kien esplorat mill-filosofu Umberto Eco, awtur tal-‘bestseller' “The Name of the Rose” (1980), f'teżi famuża tal-1963 bl-isem “Il-Fenomenoloġija ta' Mike Buongiorno”.

Il-preżentatur, li fl-2007 ingħata degree onorarju, mill-Università ta' Milan, kien ilu ma jkollu programm televiżiv sa mit-tmiem tal-kuntratt tiegħu mal-Mediaset, apparti reklami ta' kumpanija ċellulari flimkien mal-preżentatur ukoll popolari Fiorello, li għandu nofs l-età tiegħu. Fil-fatt din is-serje ta' reklami ssoktat fil-ġimgħa stess li fiha Mike miet. Reklam ġdid, li xxandar biss lejlet mewtu, juri lil Fiorello waħdu fil-bidu u ironikament jantiċipa lit-telespettaturi milli jistaqsu għaliex Bongiorno mhux hemmhekk miegħu. Imma eżatt wara, Mike jitfaċċa.

Mike Bongiorno miet ħabta u sabta b'attakk ta' qalb li tah f'ħotel f'Montecarlo fejn kien għal vaganza qasira, fl-età ta' 85 sena, nhar it-8 ta' Settembru 2009. SKY Italia, ftit qabel miet, kien beda jxandar reklam għall-programm “Riskytutto”, li kellu jimmarka r-ritorn ta' Bongiorno fix-xena televiżiva. Il-Gvern Taljan tah funeral statali li sar fil-Katidral ta' Milan erbat ijiem wara mewtu, fil-preżenza tal-Priministru Silvio Berlusconi, ħabib antik ta' Bongiorno, diversi personalitajiet tat-televiżjoni Taljana bħal Pippo Baudo, Sandra Mondaini, Renzo Arbore, Gerry Scotti, Fiorello u iktar minn ħmistax-il elf ruħ li mlew il-Katidral u l-pjazza ta' quddiemu.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]