Ludovico Carracci
| Ludovico Carracci | |
|---|---|
|
| |
| Ħajja | |
| Twelid | Bolonja, 1555, April 1555 |
| Nazzjonalità | Stati Papali |
| Mewt | Bolonja, 13 Novembru 1619 |
| Familja | |
| Aħwa |
uri |
| Edukazzjoni | |
| Lingwi | Taljan |
| Għalliema |
Prospero Fontana Tintoretto |
| Studenti |
uri |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni |
pittur inċiżur artist grafiku tipografu disinjatur pittur tal-affreski artist viżiv |
| Post tax-xogħol |
Bolonja Firenze Parma Venezja |
| Xogħlijiet importanti |
Il-Viżjoni ta' San Franġisk t'Assisi Madonna bil-Bambin u San Giacinto Madonna bil-Bambin Mocking of Christ (en) The Lamentation (en) Annunciation (en) Birth of John the Baptist (en) Conversion of Saint Paul (en) Martyrdom of Saint Ursula (en) Paintings in Oratory of San Colombano, Bologna (en) Transfiguration of Jesus Christ (en) |
| Influwenzat minn | Annibale Carracci |
| Sħubija | Akkademja ta' San Luqa |
| Moviment | Barokk |
| Moviment artistiku | pittura storika |
Ludovico (jew Lodovico) Carracci (twieled fil-21 ta' April 1555 – miet fit-13 ta' Novembru 1619) kien pittur, inċiżur u tipografu Taljan tal-Barokk bikri li twieled f'Bologna. Ix-xogħlijiet tiegħu huma kkaratterizzati minn burdata li tispikka u li hija invokata minn ġesti mifruxa u dawl iteptep li joħolqu emozzjoni spiritwali u li huma kkreditati li reġgħu taw ħajja ġdida lill-arti Taljana, speċjalment l-arti tal-affreski, li ngħatat il-ġenb bil-Manjeriżmu formalistiku. Huwa miet f'Bologna fl-1619.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]
Ludovico kien apprendist ta' Prospero Fontana f'Bologna u vvjaġġa lejn Firenze, Parma u Venezja, qabel ma reġa' lura lejn belt twelidu. Flimkien mal-kuġini tiegħu Annibale u Agostino Carracci, Ludovico ħadem f'Bologna fuq iċ-ċikli ta' affreski tal-Ġrajjiet ta' Giasone u Medea (1584) f'Palazzo Fava, u l-Ġrajjiet ta' Romolu u Remu (1590-1592) f'Palazzo Magnani. Il-kontributi individwali tagħhom għal dawn ix-xogħlijiet mhumiex ċari, għalkemm Annibale, li kien iżgħar minn Ludovico b'ħames snin kien kiseb il-fama bħala l-aqwa wieħed minnhom it-tlieta. Dan wassal għall-kummissjoni famuża ta' Annibale tal-Maħbubin tal-Allat f'Palazzo Farnese f'Ruma. Agostino ngħaqad ma' Annibale hemmhekk għal żmien qasir.

Filwaqt li Ludovico baqa' f'Bologna, dan ma jfissirx li kien inqas influwenti. Il-bijografija ta' Lanzi tiddikjara li għall-ħabta tal-1585, Ludovico u l-kuġini tiegħu stabbilew l-hekk imsejħa Akkademja Ekklettika tal-pittura (imsejħa wkoll Accademia degli Incamminati). Skont teoriji iktar reċenti ma kien hemm l-ebda Akkademja b'kurrikulu, mentri Ludovico għamilha ta' tutur għal bosta pitturi fl-istudjo tiegħu.
Madankollu, dan l-istudjo wassal biex għadd ta' artisti tal-Emilia jsiru prominenti f'Ruma u f'inħawi oħra, u wassal biex iħeġġeġ l-hekk imsejħa Skola ta' Bologna tal-aħħar tas-seklu 16, li kienet tinkludi lil Albani, Guercino, Sacchi, Reni, Lanfranco u Domenichino. Il-familja Carracci kienu jordnaw lill-apprendisti tagħhom ipinġu studji ffukati fuq l-osservazzjoni tan-natura u l-pożi naturali, u jużaw skala imponenti fit-tpinġija tal-figuri. Żewġ studenti ta' Ludovico kienu Giacomo Cavedone u Francesco Camullo.[1]
Restituzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2009 il-pittura ta' San Ġlormu (tal-ħabta tal-1595) ta' Carracci ntraddet lura lill-werrieta tagħha ta' Dr. Max Stern, kummerċjant tal-arti Lhudi Ġermaniż li kien ġie ppersegwitat u misruq min-Nażisti.[2][3]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Lodovico Carracci | Italian painter | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-21.
- ↑ "Restitution". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-06-01. Miġbur 2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ↑ "Restituzzjoni tas-seba' pittura ta' Carracci". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-11-24. Miġbur 2022-04-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)