Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009
Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009
| |
Pajjiż ospitu | Ċipru |
Pajjiżi parteċipanti | 8 |
Atleti parteċipanti | 1500 |
Avvenimenti | 12 |
Ċerimonja tal-ftuħ | 1 ta' Ġunju 2009 |
Ċerimonja tal-għeluq | 6 ta' Ġunju 2009 |
Uffiċjalment miftuħin minn | Dimitris Christofias |
Sit uffiċjali | cyprus2009.org.cy |
Il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa 2009 kienu t-13-il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li saru matul Ġunju 2009 fost il-pajjiżi parteċipanti fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Iċ-ċerimonja tal-ftuħ saret fl-1 ta' Ġunju ġewwa Nikosija, f'Ċipru, u dik tal-għeluq saret fis-6 ta' Ġunju. Ċipru ospita din il-manifestazzjoni għat-tieni darba fl-istorja,[1] u din l-edizzjoni tagħlaq għoxrin sena ta' storja ta' dawn il-logħob, bl-ewwel edizzjoni ta' dawn l-istess logħob tmur lura għall-1989.[2] Il-kumitat organizzattiv għandu stima li l-ispiża għal dawn l-avvenimenti hu ta' 1.5 miljun ewro.[3]
Parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]Progamm
[immodifika | immodifika s-sors]● | Ċerimonja tal-ftuħ | Kompetizzjonijiet | Finali | ● | Ċerimonja tal-għeluq |
Immaġini tal-logħob
[immodifika | immodifika s-sors]Logo
[immodifika | immodifika s-sors]Il-logo uffiċjali tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2009 jirrapreżenta l-vapur ta' Kyrenia stilizzat. Il-fdalijiet ta' dan il-ġifen huma forsi l-aktar antiki u l-aktar sejbiet arkeoloġiċi konservati ta' vapur kummerċjali. L-arkeoloġiċi skoprew dawn il-fdalijiet taħt il-baħar ta' Kyrenia fl-1965 u illum jinsabu konservati ġewwa l-Kastell ta' Kyrenia.
Dawn il-vapuri, permezz tat-trasportazzjoni ta' prodotti fil-Mediterran, mhux biss għenu għall-iżvilupp kummerċjali fi ħdan il-Mare Nostrum imma għenu wkoll għall-iskambji kulturali u ta' ideat bejn id-diversi popli li kienu jgħixu qrib il-kosta.
Dan is-simbolu ġie magħżul bħala rappreżentazzjoni tal-istorja, tal-kultura u tas-sens patrijottiku ta' Ċipru u hu wkoll rappreżentat fuq il-muniti tal-10, l-20, u l-50 ċenteżmu tal-ewro ta' Ċipru.
Maskot
[immodifika | immodifika s-sors]Il-maskot uffiċjali ta' dawn il-logħob huwa Tefkros, ħamiemu, li ġie imħabbar fuq is-sit uffiċjali tal-logħob nhar l-14 ta' Mejju, 2008.
Impjanti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-maġġoranza tal-avvenimenti sportivi saru f'impjanti ġewwa jew madwar il-belt kapitali Nikosija. Il-belt fin-naħa t'isfel ta' Limassol ospitat l-logħob tal-ġinnastika u sport akwatiku waqt li l-avvenimenti tal-mountain bike ġew miżmuma fil-Park Nazzjonali ta' Machairas, b'medja ta' altitudni ta' 700m.[4][5]
Dixxiplina sportiva | Impjanti | Belt/Lokalità |
---|---|---|
Atletika | Stadju GSP | Nikosija |
Baskitbol | Eleftheria Indoor Hall | Nikosija |
Beach volley | Sailing Centre | Limassol |
Ċikliżmu | Mountain Bike Track | Machairas |
Ġinnastika | Palais de Sport | Limassol |
Ġudo | Lefkotheo Indoor Hall | Nikosija |
Ibburdjar | Sailing Centre | Limassol |
Sparar | Olympic Shooting Range | Nikosija |
Għawm | Olympic Swimming Pool | Nikosija |
Table tennis | Evangelos Florakis Indoor Hall | Nikosija |
Tennis | National Tennis Centre | Nikosija |
Volibol | University of Cyprus Sports hall | Nikosija |
Ċerimonji tal-ftuħ u l-għeluq | Stadju GSP | Nikosija |
Tabella tal-midalji
[immodifika | immodifika s-sors]Poż. | Pajjiż | ||||
---|---|---|---|---|---|
1 | Ċipru | 59 | 47 | 33 | 139 |
2 | Iżlanda | 32 | 24 | 25 | 81 |
3 | Lussemburgu | 26 | 17 | 19 | 62 |
4 | Monako | 7 | 18 | 17 | 42 |
5 | San Marino | 4 | 9 | 16 | 29 |
6 | Malta | 3 | 5 | 13 | 21 |
7 | Liechtenstein | 2 | 4 | 12 | 18 |
8 | Andorra | 1 | 7 | 9 | 17 |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Cyprus to host small European states' games in 2009" (bl-Ingliż). People's Daily Online. 2007-06-05. Miġbur 2007-06-12.
- ^ "Monaco to host 2007 GSSE" (bl-Ingliż). Sports Business News. 2003-06-06.
- ^ "Cypriot organizers expect record high participation in games for small European states" (bl-Ingliż). People's Daily Online. 2009-02-17. Miġbur 2009-02-17.
- ^ "XIII Games of the Small States of Europe CYPRUS 2009" (bl-Ingliż). Kumitat Olimpiku Ċiprijott. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-02-03. Miġbur 2008-07-16.
- ^ "XIII Games of the Small States of Europe CYPRUS 2009, Venues" (bl-Ingliż). Kumitat Olimpiku Ċiprijott. Miġbur 2008-07-16.