Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Kenja
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Kenja rratifikat il-Konvenzjoni fil-5 ta' Ġunju 1991, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
L-ewwel Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu mill-Kenja kienu l-Parks Nazzjonali tal-Lag ta' Turkana u l-Park Nazzjonali/Foresta Naturali tal-Muntanja tal-Kenja fl-1997. Mill-2024, il-Kenja b'kollox għandha tmien Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, ħamsa kulturali u tlieta naturali.
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Forti ta' Ġesù, Mombasa | Mombasa | kulturali:
(i), (iv) |
161,485 (399,040) | 2011 | Il-Forti ta' Ġesù huwa forti Portugiż li nbena mill-1593 sal-1596 fuq il-Gżira ta' Mombasa biex jiddefendi l-port antik ta' Mombasa, il-Kenja. Il-konfigurazzjoni tas-sit issegwi l-ideal Rinaxximentali li l-ġisem tal-bniedem huwa perfettament proporzjonat.[5] | |
Sistema tal-Lagi tal-Kenja fil-Wied tal-Fondoq il-Kbir | Provinċja tal-Wied tal-Fondoq | naturali:
(viii), (x) |
161,485 (399,040) | 2011 | Is-sit jinsab fil-Wied tal-Fondoq il-Kbir, il-Kenja, u jinkludi tliet lagi: il-Lag ta' Bogoria, il-Lag ta' Nakuru u l-Lag ta' Elementaita. Popolazzjoni kbira b'diversità kbira ta' għasafar, inkluż tlettax-il speċi mhedda, jgħixu fl-inħawi.[6] | |
Parks Nazzjonali tal-Lag ta' Turkana | Lag ta' Turkana | naturali:
(viii), (x) |
161,485 (399,040) | 1997 | Il-Lag ta' Turkana, l-ikbar lag salmastru fl-Afrika, huwa żona importanti għall-istudju tal-fawna u tal-flora. Fih jitnisslu l-kukkudrilli tan-Nil, l-ippopotami u diversi sriep velenużi. Is-sit tqiegħed fil-lista tas-siti fil-periklu fl-2018, primarjament minħabba l-impatt potenzjali tad-Diga ta' Gilgel Gibe III fl-Etjopja.[7] | |
Ċentru Storiku ta' Lamu | Lamu | kulturali:
(ii), (iv), (vi) |
16 (40) | 2001 | Ir-raħal huwa l-eqdem insedjament tas-Swaħili, u nbena bil-ġebel tal-qroll u bl-injam tal-mangrovji. Jinkludi btieħi interni, verandi u bibien elaborati tal-injam.[8] | |
Park Nazzjonali/Foresta Naturali tal-Muntanja tal-Kenja | Provinċja Ċentrali u Provinċja tal-Lvant | naturali:
(vii), (ix) |
142,020 (350,900) | 1997 | Il-park jinkludi l-inħawi ta' madwar il-Muntanja tal-Kenja għolja 5,199 metru (17,057 pied) u fih tnax-il glaċier.[9] | |
Foresti Sagri ta' Kaya tal-Mijikenda | Provinċja tal-Kosta | kulturali:
(iii), (v), (vi) |
1,538 (3,800) | 2008 | Is-sit jinkludi ħdax-il foresta mifruxa fuq 200 kilometru (120 mil) tul il-kosta tal-KenjaThe site comprises eleven forests spread. Fihom hemm il-fdalijiet ta' villaġġi li nbnew matul is-seklu 16 mill-Mijikenda, u li issa jitqiesu bħala siti sagri.[10] | |
Sit Arkeoloġiku ta' Thimlich Ohinga | Kontea ta' Migori | kulturali:
(iii), (iv), (v) |
21 (52) | 2018 | L-insedjament imdawwar b'ħitan tas-sejjieħ imur lura għas-seklu 16 W.K. u huwa l-ikbar wieħed u l-iżjed wieħed ippreservat tax-xorta tiegħu.[11] | |
Raħal Storiku u Sit Arkeoloġiku ta' Gedi | Kontea ta' Kilifi 3°18′11″S 40°01′01″E / 3.303°S 40.017°E
|
kulturali: (ii), (iii), (iv) | 20.81 (51.42) | 2024 | Is-sit jinkludi l-fdalijiet ta' ċentru kummerċjali kostali Swahili tas-seklu 15. Ir-raħal kellu swar interni u interni; ġew skavati wkoll oqbra, palazz u moskea kbira. Il-fdalijiet tal-binjiet huma magħmula mill-qroll mill-Oċean Indjan.[12] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kenya - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Fort Jesus, Mombasa". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kenya Lake System in the Great Rift Valley". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Lake Turkana National Parks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Lamu Old Town". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mount Kenya National Park/Natural Forest". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sacred Mijikenda Kaya Forests". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Thimlich Ohinga Archaeological Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-08.
- ^ "The Historic Town and Archaeological Site of Gedi". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-29.