Park Nazzjonali tal-Muntanja tal-Kenja
Il-Park Nazzjonali tal-Muntanja tal-Kenja ġie stabbilit fl-1949 biex tiġi protetta l-Muntanja tal-Kenja, l-organiżmi selvaġġi u l-ambjent tal-madwar, li tifforma ħabitat għall-annimali selvaġġi, kif ukoll taġixxi bħala żona ta' maqbad tal-ilma, għall-provvista tal-ilma tal-Kenja.[1][2]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Inizjalment, il-park kien riżerva ta' foresta, qabel ma tħabbar bħala park nazzjonali. Attwalment, il-park nazzjonali huwa mdawwar b'riżerva ta' foresta.[3] F'April 1978, l-inħawi ġew iddeżinjati bħala Riżerva ta' Bijosfera tal-UNESCO.[4] F'daqqa, il-park nazzjonali u r-riżerva ta' foresta saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[5][6]
Il-Gvern tal-Kenja kellu erba' raġunijiet biex joħloq park nazzjonali fil-Muntanja tal-Kenja u madwarha. Dawn kienu l-importanza tat-turiżmu għall-ekonomiji lokali u nazzjonali, il-preservazzjoni ta' żona ta' sbuħija xenika kbira, il-konservazzjoni tal-bijodiversità fi ħdan il-park, u l-preservazzjoni tal-maqbad tal-ilma għall-inħawi tal-madwar.[7]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Park Nazzjonali/Riżerva ta' Foresta tal-Muntanja tal-Kenja ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[5]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; u l-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar".[5]
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Il-park nazzjonali għandu erja ta' 715-il kilometru kwadru (276 mil kwadru), 'il biċċa l-kbira minnu f'għoli ta' 'l fuq minn 3,000 metru (9,800 pied). Ir-riżerva tal-foresta għandha erja ta' 705 kilometri kwadri (272 mil kwadru). F'daqqa, l-erja tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO hija ta' 1,420 kilometru kwadru (548 mil kwadru).
Is-sedimenti vulkaniċi fil-ħamrija tar-reġjun tal-madwar u l-volum kbir ta' ilma ħelu li joriġina mix-xaqlibiet tal-muntanja jwasslu biex l-inħawi jitqiesu bħala favorevoli ħafna għall-agrikoltura.[8]
Fawna
[immodifika | immodifika s-sors]Porzjon żgħir tal-fruntieri tal-park qrib fejn jgħixu popolazzjonijiet kbar għandhom ċnut elettrifikati biex l-iljunfanti ma jidħlux fir-raba' agrikolu tal-madwar. F'elevazzjonijiet iktar baxxi, ix-xadini colobus bojod u suwed, xadini oħra, kif ukoll il-bufli tal-Kap huma prevalenti. Fl-1993, iljun maskili kbir b'piż ta' 272 kilogramma (600 libbra) ġie maqtul b'tir ta' arma tan-nar qrib il-muntanja.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Visit Africa: Mount Kenya National Park, Kenya". visitafrica.site (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2024-01-17. Miġbur 2024-01-17.
- ^ "African Retreat Tours and Travels - Best Tours & Safaris in Kenya". www.africaretreat.com. Miġbur 2024-01-17.
- ^ "KWS | Mt. Kenya National Park". web.archive.org. 2010-01-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-01-25. Miġbur 2024-01-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNEP-WCMC Protected Areas Programme - Mount Kenya". web.archive.org. 2008-03-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-03-11. Miġbur 2024-01-17.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Mount Kenya National Park/Natural Forest". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-17.
- ^ "Mount Kenya National Park/Natural Forest - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2006-12-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2006-12-30. Miġbur 2024-01-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Gichuki, Francis Ndegwa (August 1999). "Threats and Opportunities for Mountain Area Development in Kenya". Ambio. Royal Swedish Academy of Sciences. 28 (5): 430–435.
- ^ Speck, Heinrich (1982). "Soils of the Mount Kenya Area: Their formation, ecology, and agricultural significance". Mountain Research and Development. International Mountain Society. 2 (2): 201–221.