Aqbeż għall-kontentut

Karmenu Vella

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Karmenu Vella
European Commissioner for the Environment (en) Translate

1 Novembru 2014 - 30 Novembru 2019
Janez Potočnik (en) Translate, Maria Damanaki (en) Translate - Virginijus Sinkevičius (en) Translate
Membru tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta

Ħajja
Twelid Żurrieq, 19 Ġunju 1950 (74 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Sheffield Hallam University (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni arkitett
politiku

Karmenu Vella (twieled fid-19 ta' Ġunju 1950) huwa perit u politiku Malti li serva kemm fil-Parlament Malti kif ukoll fil-Kummissjoni Ewropea bħala Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, is-Sajd u l-Affarijiet marittimi bejn l-2014 u l-2019. Huwa kien Ministru taħt tliet Prim Ministri fi gvernijiet immexxija mill-Partit Laburista.

Huwa studja għal perit fl-Università ta' Malta u kiseb Masters fit-Turiżmu mill-Università ta' Sheffield.

Bħala żagħżugħ minn dejjem kien attiv ħafna fost iż-żgħażagħ u kien parteċipattiv ħafna speċjalment fost l-għaqdiet sportivi.

Minn dejjem ħadem u stinka b'risq il-Partit Laburista. Fl-1968 daħal membru fil-Kumitat taż-Żgħażagħ fil-lokal taż-Żurrieq u wara kien inħatar membru fuq l-Ezekuttiv Nazzjonali taż-Żgħażagħ tal-PL. Fl-1976 kien ikkontesta għall-ewwel darba l-Elezzjonijiet Ġenerali u ġie elett bħala l-iżgħar Membru Parlamentari. Minn dakinhar baqa’ jiġi elett fl-elezzjonijiet kollha ta' wara.

F'intervista li ta fl-2013, mistoqsi dwar ir-raġuni li għaliha ddeċieda li jikkontesta l-elezzjoni ġenerali lura fl-1976, Vella jgħid li bħala żagħżugħ minn dejjem kien midħla tal-għaqdiet taż-Żurrieq. "Kont niffrekwenta socjetajiet tal-baned, ghaqdiet sportivi, bosta hwienet fejn konna inqattghu l-hinijiet ta' rikreazzjoni taghna bhala zghazagh, u filghaxijiet konna spiss niltaqghu c-Centru Laburista. Qatt ma kelli ambizzjonijiet politici, imma shabi dejjem jimbuttawni biex nippartecipa f'kumitati sportivi u politici." Jiftakar li l-ewwel elezzjoni li kkontesta kienet dik tal-Kunsill Civiku taz-Zurrieq meta kien ghadu kif ghalaq it-tmintax-il sena. Dak iz-zmien kien membru fl-Ghaqda Zghazagh Laburista Zurrieq u Membru tal-Ezekuttiv Nazzjonali tal-Ghaqda Zghazagh Laburisti.

Wara li ggradwa beda jahdem fid-distrett bhala perit u beda jsir jaf hafna familji mill-irhula tal-vicin. Dwar il-fatt li ghazel il-Partit Laburista, Vella jgħid li dan kien l-uniku partit li kien jipprattika l-gustizzja soċjali. "Kien il-Partit li verament ihares l-interess ta' Malta u jgib dejjem fuq quddiem lil dawk li kienu verament fil-bzonn. Kien il-partit li kellu vizjoni ghal Malta. Vizjoni ekonomika, finanzjarja u fuq kollox socjali."

Fi Gvernijiet Laburisti kien serva bħala Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi, u Ministru għall-Industrija fil-gvernijiet ta' Dom Mintoff, u Ministru għat-Turiżmu fil-gvern ta' Alfred Sant u Joseph Muscat.

Fis-27 ta' Ottubru 2014, huwa rriżenja mill-Parlament Malti wara 38 sena, biex ftit jiem wara beda jwettaq il-ħidma tiegħu ta' Kummissarju Ewropew għall-ambjent, is-sajd u l-affarijiet marittimi.

Direttur u Chairman ta' Kumpaniji

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa kien jokkupa diversi karigi, fosthom Direttur tal-MidMed Bank, Managing Director tal-Libyan Maltese Holding Company, Chairman tal-Corinthia Hotels International, Chairman tal-Maltese Turkish Business Council, Chairman tal-Orange Cruises Ltd., Board Director tal-Betfair Ltd., u membru fuq il-Vodafone Malta Foundation.

Ħajja Personali

[immodifika | immodifika s-sors]

Miżżewweġ lil Marianne, għandhom żewġt’ itfal John u Philip, u meta jkun Malta joqgħod Birżebbuġa.

L-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli hija miżżewġa lil John, bin Karmenu Vella.