Aqbeż għall-kontentut

Miriam Dalli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Miriam Dalli
Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża

30 Marzu 2022 -
Ministru għall-Ambjent, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli

21 Novembru 2020 - 30 Marzu 2022
Membru tal-Parlament Ewropew

2 Lulju 2019 - 18 Ottubru 2020 - Cyrus Engerer (en) Translate
District: Malta
Election: Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2019
Membru tal-Parlament Ewropew

1 Lulju 2014 - 1 Lulju 2019
District: Malta
Election: Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014
Ħajja
Twelid San Ġiljan, 19 Mejju 1976 (48 sena)
Nazzjonalità Malta
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Malta
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
ġurnalist
Post tax-xogħol Strasburgu
Brussell
Valletta

Miriam Dalli (imwielda fid-19 ta' Mejju 1976) hija politu Malti tal-Partit Laburista u eks-ġurnalista li ilha sservi bħala membru tal-Parlament ta' Malta mill-2020. Qabel dan kienet Membru tal-Parlament Ewropew (MEP) mill-2014 sal-2020.

Dalli iggradwat b'Baċellerat tal-Liġi mill-Università ta’ Malta. Aktar tard iggradwat b'Baċellerat fil-Komunikazzjoni (1998), temmet il-master's tagħha fl-Istudji Ewropej fl-2003), wara oħra fl-Amministrazzjoni tan-Negozju fl-2001.

Karriera fil-ġurnaliżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

Dalli bdiet il-karriera tagħha fil-ġurnaliżmu waqt l-istudji tagħha, u ħadmet għal aktar minn 15-il sena fis-settur tal-komunikazzjoni. Hija pproduċiet u ppreżentat programmi tal-affarijiet kurrenti, bħal Trip, Team, u TX fuq ONE TV f'Malta. Fl-2007, hija ġiet rikonoxxuta bħala l-aqwa qarrej tal-aħbarijiet, l-aqwa preżentatur tal-programmi, u għall-aqwa programm ta’ ġrajjiet kurrenti fil-premju nazzjonali tat-television f'Malta.[1]

Bejn l-2005 u l-2009, Dalli serviet bħala editur tal-aħbarijiet għal ONE TV u ONE Radio, u saret l-ewwel mara Maltija maħtura editur tal-aħbarijiet fuq it-TV.[2]

Konsulent tal-Gvern

[immodifika | immodifika s-sors]

Dalli inħatret politikament bħala konsulent fi ħdan il-Ministeru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma, meta kienet responsabbli mill-Komunikazzjoni, ir-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva u l-Immaniġġjar tal-Istakeholders.[bżonn referenza]

Karriera politika

[immodifika | immodifika s-sors]

Membru tal-Parlament Ewropew, 2014–2020

Fl-ewwel ħidma politika tagħha, Dalli kkontestat b’suċċess l-Elezzjonijiet Ewropej tal-2014 f’Malta. Hi għamlet kampanja fuq il-slogan ta’ Prijorità Malta, u mexxiet l-impenn tagħha li tiffoka fuq kwistjonijiet ta’ importanza kbira għall-pajjiż bħal opportunitajiet ta’ xogħol, immigrazzjoni irregolari, enerġija affordabbli, finanzjament mill-UE, żgħażagħ u tnaqqis fil-burokrazija għan-negozji. Il-kandidatura tagħha ġiet approvata mill-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, li qal li l-Partit Laburista għandu bżonn MEPs dedikati.[3]

Fl-elezzjoni tal-UE, Dalli irċiviet madwar 23,500 vot tal-ewwel preferenza, u b’hekk għamlitha t-tielet kandidata bl-aktar voti f'dik l-elezzjoni u l-aktar kandidat preferut minn sitt siġġijiet eliġibbli.[bżonn referenza]

Hija saret l-ewwel MEP mara Laburista li ġiet eletta direttament fil-Parlament Ewropew, wara li s-sena ta’ qabel rat tliet MEP nisa eletti permezz ta’ elezzjoni każwali.

Fil-parlament, Dalli qagħdet bħala membru fil-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sigurtà fl-Ikel (ENVI) u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (PETI). Dalli ntgħażlet biex isservi fil-Kumitat ta’ Inkjesta dwar il-Kejl tal-Emissjonijiet fis-Settur Awtomatiku, wara li ġie żvelat l-iskandlu tal-emissjonijiet tal-Volkswagen. Fl-2020, ingħaqdet mal-Kumitat Speċjali dwar il-Kanċer. Minbarra l-inkarigi tagħha fil-kumitati, hija kienet parti mid-delegazzjoni tal-parlament għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Magreb.[4]

Dalli kienet ukoll membru sostitut fil-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE), il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Affarijiet Interni (LIBE), u Delegazzjoni għall-Kooperazzjoni Parlamentari UE-Armenja, UE-Ażerbajġan u UE-Ġeorġja.[5]

F’Ottubru 2016 Dalli ntgħażlet bħala l-Koordinatur fil-kumitat ENVI, f’isem is-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew, minflok l-MEP Ġermaniż Matthias Groote. Hija ġiet eletta mill-ġdid f’Jannar 2017. Dan wassal biex il-VoteWatch.eu tqis lil Dalli bħala waħda mir-rebbieħa fir-reshuffle ta’ nofs it-terminu tal-Parlament Ewropew, u żiedet li wriet kapaċitajiet biex tinnegozja bejn iż-żewġ partiti ewlenin fil-Parlament Ewropew. Hija rrappreżentat lill-Parlament Ewropew fil-Konferenza dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) li saret f'Pariġi f'Diċembru 2015.

Wara l-elezzjonijiet tal-2019, Dalli ġiet eletta viċi-president tal-Grupp S&D, taħt it-tmexxija taċ-chairwoman Iratxe García.

Membru tal-Parlament ta’ Malta, 2020–preżent

F'Ottubru 2020, Dalli daħlet bħala membru tal-Parlament ta' Malta, wara Etienne Grech. F’Novembru 2020, Dalli inħatret Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. Wara l-elezzjonijiet ġenerali tal-2022, Dalli inħatret Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża.[6][7]

Rikonoxximenti

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2015. Dalli issemmiet bħala wieħed mill-aqwa ħames MEPs ġodda minn The Parliament Magazine. F'Marzu 2016, hija ntgħażlet bħala l-'MEP tas-Sena' fis-settur tal-Enerġija.[bżonn referenza]

Fl-2017, Dalli kienet nominata f’żewġ kategoriji differenti fl-MEP Awards: Saħħa Pubblika u Ambjent. Hija rebħet il-premju tas-Saħħa Pubblika, li rrikonoxxa il-ħidma tagħha fuq kwistjonijiet bħas-saħħa mentali, l-awtiżmu, u l-kanċer fit-tfal.[bżonn referenza]

F’Marzu 2017, Dalli kklassifikat bħala t-tieni l-aktar MEP influwenti f’termini ta’ politika ambjentali minn VoteWatch Europe. Flimkien mal-MEPs Gerben-Jan Gerbrandy u Bas Eickhout, Dalli kienet iddikjarata bħala mexxejja tal-politiki ambjentali għall-progress fl-UE.[8]

  1. ^ Malta, Times of (2002-11-20). "Broadcasting Authority programme awards". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-03.
  2. ^ "Is The glass ceiling in Maltese journalism starting to crack? - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2024-12-03.
  3. ^ "Muscat: Labour needs MEPs in the Miriam Dalli mould". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-03.
  4. ^ Parlament tal-Ewropa (9 Lulju 2020). "Conference of Presidents" (PDF). europarl.europa.eu (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-01-11. Miġbur 2024-12-04.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ "Miriam Dalli confirmed as S&D Coordinator for the Environment and Public Health Committee - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2024-12-03.
  6. ^ Newsroom, T. V. M. (2024-11-18). "Minister Miriam Dalli to lead negotiations for EU climate adaptation during COP29" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-03.
  7. ^ Diacono, Tim (2022-03-30). "Breaking: Here's The Full List Of Robert Abela's New Cabinet After Election" (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-03.
  8. ^ Malta, Times of (2015-02-05). "Miriam Dalli named as one of the best new MEPs - magazine". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2024-12-03.