Aqbeż għall-kontentut

Kalifat Almohad

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Kalifat Almohad
ٱلْمُوَحِّدُونَ (Għarbi)
al-Muwaħħidūn
Kronoloġija tat-tfettiħ mill-Kalifat Almohad.
Belt kapitaliMarrakexx
Lingwi uffiċjali Għarbi
Lingwi reġjonali rikonoxxuti Lingwi Berberi, Możarabiku
Reliġjon Iżlam (Almoħadiżmu)

Il-Kalifat Almohad jew l-Imwaħħdin kien imperu Mislem Berberu tat-Tramuntana tal-Afrika mwaqqaf fis-seklu 12. Fl-eqqel tiegħu, kien jikkontrolla ħafna mill-Peniżola Iberika Iżlamika (l-Andalus) u t-Tramuntana tal-Afrika (il-Magreb).[1][2][3] Il-moviment Almohadi twaqqaf minn Iben Tumart fost it-tribujiet Masmuda tal-Berberi, iżda l-Kalifat tal-Almohadi u d-dinastija fit-tmun twaqqfu wara mewtu minn Għabd il-Mwemmen il-Gumi.[4][5][6][7] Madwar l-1120, Iben Tumart fl-ewwel stabbilixxa stat Berberu f'Tinmel fil-Muntanji Atlas.[1] Taħt Għabd il-Mwemmen (li rrenja mill-1130 sal-1163), il-moviment irnexxielu jwaqqa' d-dinastija Almoravid li kienet tiggverna l-Marokk fl-1147, meta rebaħ Marrakexx u ddikjara lilu nnifsu kaliff. Imbagħad estenda s-setgħa tiegħu fuq il-Magreb kollu sal-1159. L-Andalus malajr segwa u safa taħt il-ħakma tal-Almohadi sal-1172.[8]

Il-punt ta' bidla tal-preżenza tal-kalifat fil-Peniżola Iberika waslet fl-1212, meta l-Kalif Imħammed III in-Nasir (1199-1214) ġie megħlub fil-Battalja ta' Las Navas de Tolosa fis-Sierra Morena minn alleanza tal-forzi Kristjani mir-renji ta' Kastilja, ta' Aragona u ta' Navarra. Ħafna mit-territorji li kien fadal tal-Andalus intilfu fid-deċennji ta' wara, u l-bliet ta' Córdoba u ta' Sivilja waqgħu f'idejn l-Insara fl-1236 u fl-1248 rispettivament.

L-Almohadi komplew jaħkmu fl-Afrika sakemm it-telf frammentali tat-territorju permezz tar-rewwixta tat-tribujiet u d-distretti ppermettiet l-istabbiliment tal-għedewwa l-aktar effettivi tagħhom, il-Marinin, mit-Tramuntana tal-Marokk fl-1215. L-aħħar rappreżentant tad-dinastija, Idris il-Wietaq, ġie ridott għall-pussess ta' Marrakexx, fejn kien maqtul minn skjav fl-1269; il-Marinin ħatfu lil Marrakexx, u temmew id-dominazzjoni tal-Almohadi fil-Punent tal-Magreb.

Il-kalifat kiseb ismu mill-Għarbi خِلَافَةُ ٱلْمُوَحِّدِينَ (Kħilafat al-Muwaħħidīn), دَوْلَةُ ٱلْمُوَحِّدِينَ (ad-Dawlat al-Muwaħħidīn), u ٱلدَّوْلَةُ ٱلْمُوَحِّدِيَّةُ (ad-Dawlat al-Muwaħħidija), l-aħħar mill-aħħar mill-Għarbi ٱلْمُوَحِّدُونَ (al-Muwaħħidūn, litt. "il-Waħħadin, dawk li jwettqu t-tewħid ta' Alla", jew "dawk li jistqarru t-twemmin ta' Alla wieħed"[9][10])

Lista tal-kalifi Almohadi (1121-1269)

[immodifika | immodifika s-sors]

Ismijiethom fil-forom l-Għarbi b'ittri Latini:

  • Iben Tumart il-Mahdi ("l-Iggwidat"), 1121-1130
  • Għabd il-Mwemmen ("qaddej ta' Li Jagħti Twemmin, jiġifieri Alla"), 1130-1163
  • Bu Jagħqub Jusuf I, 1163–1184
  • Bu Jusuf Jagħqub il-Minsur ("il-Megħjun"), 1184–1199
  • Imħammed in-Naser ("ir-Rebbieħ"), 1199–1213
  • Bu Jagħqub Jusuf II il-Mistansar ("il-Fittiex tan-Nasar/tar-Rebħ"), 1213–1224
  • Bu Mħammed Għabd il-Wieħed I il-Maħlugħ ("l-Imneħħi"), 1224
  • Għabdalla l-Għadel ("il-Ġust"), 1224-1227
  • Jaħja l-Mistagħsem ("iż-Żammiem"), 1227-1229
  • Bu l-Għola Dris I il-Mimun ("l-Assigurat"), 1229-1232
  • Bu Mħammad Għabd il-Wieħed II ir-Riexed ("il-Lemieni"), 1232-1242
  • Bu l-Ħasan Għali s-Sgħid ("il-Ferħan"), 1242-1248
  • Bu Ħafs Għomar il-Mirteda ("il-Kontenut"), 1248-1266
  • Bu l-Għola Budebbus Idris II il-Wietaq ("il-Wettieq"), 1266-1269
  1. 1 2 https://www.britannica.com/topic/Almohads. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |access-date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |website= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |language= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna) Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid <ref> tag; name ":6" defined multiple times with different content.
  2. Bowering, Gerhard. (bl-Ingliż). Princeton University Press. ISBN 978-0-691-13484-0 https://books.google.com/books?id=q1I0pcrFFSUC&pg=PA34. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |page= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |year= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  3. https://www.oxfordbibliographies.com/view/document/obo-9780195390155/obo-9780195390155-0217.xml. Parametru mhux magħruf |title= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |access-date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |date= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |website= injorat (għajnuna); |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  4. Abun-Nasr, Jamil M. (1987). A History of the Maghrib in the Islamic Period (bl-Ingliż). Cambridge University Press. pp. 87, 94, and others. ISBN 978-0-521-33767-0.
  5. Hopkins, J.F.P. (1986) [1971]. "Ibn Tūmart". Encyclopaedia of Islam, Second Edition. 3. Brill. pp. 958–960. ISBN 978-90-04-16121-4.
  6. Lévi-Provençal, Évariste (1986) [1960]. "'Abd al- Mu'min". Encyclopaedia of Islam, Second Edition. 1. Brill. pp. 78–80. ISBN 978-90-04-16121-4.
  7. Adamson, Peter (2005). The Cambridge Companion to Arabic Philosophy (bl-Ingliż). Cambridge University Press. ISBN 978-0-521-52069-0.
  8. Buresi, Pascal; El Aallaoui, Hicham (2012). Governing the Empire: Provincial Administration in the Almohad Caliphate (1224–1269). Studies in the History and Society of the Maghrib. 3. Leiden: Brill. ISBN 978-90-04-23333-1.
  9. "Almohad definition and meaning | Collins English Dictionary". www.collinsdictionary.com. Miġbur 2021-01-09.
  10. Bennison, Amira K. (2016). Almoravid and Almohad Empires. Edinburgh University Press. pp. 299–300, 306. ISBN 978-0-7486-4682-1.