Diskussjoni:Kalifat Almohad
Dehra
Kaliffat tal-Almoħadin
[immodifika s-sors]@SidAlmoħadMuwaħħid Merħba fil-Wikipedija bil-Malti. Ara ftit il-qari tal-provi propost. L-użu tal-GĦ bil-Malti sar mingħajr ħoss u jkarkar il-vokali imma mhux f'kull każ. @ToniSant Nissuġġerixxi li t-titlu tal-artiklu jinbidel għal "Kaliffat tal-Almoħadin". Trigcly (d) 09:01, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Dan każ ta' rindirizz jew sempliċi bidla totali fl-isem? -- ToniSant (d) 09:16, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Nissuġġerixxi bidla peress li l-kelma Għarbija u ma tinstabx fid-dizzjunarju bil-Malti. Trigcly (d) 10:06, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- @Trigcly Grazzi talli qrajt il-kumment tiegħi! Naf naqra l-Għarbi (u ħerqan ħafna bl-etimoloġija tal-kelma Maltija) nista’ nbassar kif il-kliem Għarbi li ma jeżistix jidher fil-Malti. Imma jekk kelma hija komuni biżżejjed fil-Malti forsi aħjar nużaha, imma għall-kelma kaliffat jew kalifat ma stajtx insibha fuq kull xi dizzjunarju Malti online. Mela li għadni kif għamilt hu li nivvinta kelma bbażata fuq il-kelma eżatta Għarbija li tkun "Malti-sized" imma jiena miftuħ għal aktar diskussjonijiet. SidAlmoħadMuwaħħid (d) 09:17, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Bħala bażi nissuġġerixxi d-dizzjunarju ta' Joseph Aquilina iżda ma jeżistix online. Online forsi tista' tinqeda minn hawn: iate.europa.eu jew glosbe.com (għalkemm din tal-aħħar inqas affidabbli). Grazzi u ħerqan naqra iktar artikli interessanti min-naħa tiegħek! Trigcly (d) 10:05, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- @Trigcly Grazzi, jiena sibt il-kelma "kalifat" fi IATE, iżda ma sibtx il-kelma "caliph" (Għarbi: ħalifa) ħafna kelmiet għal xi termini Islamika (salah, għibada, żakat, haġġ, etc), allura nassumi li għandi l-libertà li nintroduċi dak il-kliem bil-Malti. (wkoll jiena naħseb li l-kelmiet "ħalifa" u "ħulafa" għal "caliph" u "caliphate" ħsejjes aħjar XD) SidAlmoħadMuwaħħid (d) 11:21, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- kif għidtlek, użahom bħala referenzi mhux Bibbja/Koran. Fil-IATE stess issib kaliff ukoll b'f doppja peress li varjant u fil-wiki u fl-aħbarijiet dak il-varjant jintuża l-iktar. Għal kliem bl-Għarbi tista' tuża l-italics biex turi lill-qarrej li hija kelma Għarbija. Imma fejn teżisti, ibqa' uża l-kelma Maltija biex idealment tinftiehem kemm jista' jkun. Anke tiftixa malajr fil-Wikipedija taf tkun biżżejjed, speċjalment għat-titli ta' artikli ġodda, qabel tibda l-artiklu. Trigcly (d) 11:54, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- @Trigcly sew fhimt SidAlmoħadMuwaħħid (d) 12:02, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- @Trigcly mistoqsija kurjuża, l-Almoħad jintuża aktar mill-Almohad? Għax il-kelma għerq mill-Ispanjol kultant tħalli barra l-"h" allura naħseb li "h" hija aktar adattata minn "ħ", imma nifhem li l-akbar kelma għerq mill-Għarbi tuża ح li hija aħjar miktuba bħala "ħ" SidAlmoħadMuwaħħid (d) 12:14, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- iva, bħall-isem tal-utent tiegħek u eżempji oħra bħal Muħammed fejn il-ħ titlissen bil-Malti. L-okkorrenzi ġodda fejn ma titlissinx, l-h titlaq għalkollox u jibqgħu l-vokali. Trigcly (d) 12:36, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- kif għidtlek, użahom bħala referenzi mhux Bibbja/Koran. Fil-IATE stess issib kaliff ukoll b'f doppja peress li varjant u fil-wiki u fl-aħbarijiet dak il-varjant jintuża l-iktar. Għal kliem bl-Għarbi tista' tuża l-italics biex turi lill-qarrej li hija kelma Għarbija. Imma fejn teżisti, ibqa' uża l-kelma Maltija biex idealment tinftiehem kemm jista' jkun. Anke tiftixa malajr fil-Wikipedija taf tkun biżżejjed, speċjalment għat-titli ta' artikli ġodda, qabel tibda l-artiklu. Trigcly (d) 11:54, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- @Trigcly Grazzi, jiena sibt il-kelma "kalifat" fi IATE, iżda ma sibtx il-kelma "caliph" (Għarbi: ħalifa) ħafna kelmiet għal xi termini Islamika (salah, għibada, żakat, haġġ, etc), allura nassumi li għandi l-libertà li nintroduċi dak il-kliem bil-Malti. (wkoll jiena naħseb li l-kelmiet "ħalifa" u "ħulafa" għal "caliph" u "caliphate" ħsejjes aħjar XD) SidAlmoħadMuwaħħid (d) 11:21, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Isem dan l-artiklu dalwaqt se jinbidel għal Kaliffat tal-Almoħadin u dan għandu jkun rifless ukoll fit-test prinċipali nnifsu. Għall-ewwel se jkun hemm rindirizz (għal benefiċċju tal-utent ġdid @SidAlmoħadMuwaħħid), iżda dan ir-rindirizz eventwalment se jitneħħu ukoll. Grazzi. -- ToniSant (d) 11:10, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Kif dwar Kalifat Almohad? SidAlmoħadMuwaħħid (d) 11:48, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Mhux nifhem il-mistoqsija tiegħek @SidAlmoħadMuwaħħid. L-isem tal-artiklu bil-Malti issa huwa Kaliffat tal-Almoħadin. L-isem li ħloqt int se jitneħħa imma għalissa għadu hemm bħala rindirizz biex ma taħsibx li l-artiklu li ħloqt int sparixxa. Tajjeb hekk? -- ToniSant (d) 12:52, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- @ToniSant Jiddispjaċini, iżda kont qed nistaqsi jekk l-isem jistax jinbidel għal Kaliffat Almohad, imma naħseb li huwa tajjeb issa SidAlmoħadMuwaħħid (d) 14:08, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Iva, jidher li qed niftehmu issa @SidAlmoħadMuwaħħid. :-) L-isem li ssuġġerixxa @Trigcly huwa Kaliffat tal-Almoħadin u dan issa attiv. Imma jekk taħseb li Kaliffat Almoħadin huwa isem aħjar bil-Malti allura għadna nistgħu nbiddluh. -- ToniSant (d) 14:38, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- naqbel ma' Kaliffat Almoħaddin u xejn xejn iqsar :) Trigcly (d) 14:49, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Almoħadin
- Trigcly (d) 14:49, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- @ToniSant fl-opinjoni tiegħi, "Kaliffat Almohad" (biex in-nies jistgħu jaraw istantanjament l-isem Almohad meta jfittxu) jew "Kaliffat Almohadin" jirriflettu l-aħjar il-verżjoni Maltija għal "Almohad Caliphate", l-ebda ħ għal Almohad, il-profil tal-utent tiegħi Almoħad b'ħ huwa biss gimmick għall-ħoss Għarbi SidAlmoħadMuwaħħid (d) 15:26, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Jiġifieri qed ngħidu li l-isem tal-artiklu jsir Kaliffat Almohadin u mhux Kaliffat Almoħadin? Nisma' mingħandkom it-tnejn (@SidAlmoħadMuwaħħid u @Trigcly) u mmexxu. Grazzi! -- ToniSant (d) 21:41, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Kif tippreferu. Skont ir-regoli tal-Malti, għal kliem li jintiret jew jitħalla kif inhu, jiġifieri "Almohad" jew la Maltija kompletament "Almoħadin". Ma nistgħux indaħħlu s-suffiss -in u nħallu l-h Ingliża/Spanjola. Trigcly (d) 07:11, 30 Awwissu 2023 (UTC)
- Peress li lħaqna xi ftehim (u huwa l-artiklu favorit tiegħi fil-lingwi kollha), ejja nċaqalqu t-titlu għal Kalifat Almohad imbagħad :D ~~ SidAlmoħadMuwaħħid (d) 16:30, 30 Awwissu 2023 (UTC)
- Issa sew! Jidher li għandna qbil dwar Almohad imma mhux dwar Kaliffat. :-) Mela, @Trigcly: Kalifat Almohad jew Kaliffat Almohad? -- ToniSant (d) 20:34, 30 Awwissu 2023 (UTC)
- la għidna kaliff, personalment nippreferi l-varjant kaliffat (x'aktarx abbażi tat-Taljan califfo-califfato) Trigcly (d) 04:51, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Jiena personalment nippreferi l-varjant li huwa qrib l-Għarbi, u l-kelma l-qrib dak li uża fl-aktar taż-żmien huwa "kalifa", "kalifat", imma irrid nara kelma ġodda dak li l-aktar qrib bl-Għarbi, forsi bħal "ħalifa", "ħilafa" għal "kalifa", "kalifat", bħal kif dawn it-termini l-aktar qrib bl-Għarbi ġew introdotti bl-Ingliż :D SidAlmoħadMuwaħħid (d) 06:32, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Jista' noħloq artiklu dwar ir-relazzjoni bejn l-Għarbi u l-Malti xi żmien jekk Alla jrid SidAlmoħadMuwaħħid (d) 06:39, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- @Trigcly: Aquilina jagħti "kalif" mhux "kaliff" aktarx isegwi l-Għarbi, kif qed jgħid @SidAlmoħadMuwaħħid hawn taħt. La aħna nsegwu lil Aquilina kemm jista' jkun, allura naħseb li l-isem ta' dan l-artiklu għandu jiġi Kalifat Almohad u hekk insegwu lil Aquilina u r-regoli għal kliem li jintiret biex jitħalla kif inhu. -- ToniSant (d) 11:20, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Pero stramba lil Aquilina jagħti kalif mill-Malti għall-Ingliż, u kaliff mill-Ingliż għall-Malti! Personalment naħseb li t-terminoloġija li torbot ma' aspetti ta' kultura Għarbija għandhom isegwu l-għerq semitiku aktar mill-influss rumanz, allura xorta ngħid/nikteb Kalifat Almohad jien kieku. -- ToniSant (d) 11:22, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- @ToniSant Iva naqbel totalment miegħek =b Jista’ wkoll li fi żmienu dawk it-termini Għarbi/Islamiċi ma jkunux standardizzati bl-Ingliż daqskemm inhu llum ~~ SidAlmoħadMuwaħħid (d) 11:27, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Naħseb eżempju wieħed għal dan huwa l-kelma "Koran" li kienet tkun mainstream bl-Ingliż ukoll, iżda llum il-ġurnata l-kelma "Quran" tintuża aktar kemm mill-Misilmin kif ukoll minn dawk li mhumiex. Għalhekk nemmen tassew li bil-kuntest tal-lum huwa aħjar li tuża l-kelma qrib l-aktar bil-oriġinalu, ukoll bħala mod tajjeb biex tintroduċi dawk it-termini kif kien jintuża fil-lingwa oriġinali tagħhom. Tassew naħseb li l-Malti jista’ faċilment jivvinta aktar termini Għarbi/Islamiċi, peress li ħafna minnhom diġà jeżistu fid-dizzjunarju, għalkemm arkajku u skadut, huwa faċli ħafna li wieħed ibassar ix-xejra morfoloġika tal-kliem mill-Għarbi Klassiku/Magħrebi li-Malti u li jadatta b'ttri Rumani Maltin għal termini Għarbi. Jiddispjaċini jekk dan huwa twil wisq jien passjonat wisq bil-lingwi :D SidAlmoħadMuwaħħid (d) 12:00, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Interessanti ħafna, però kemm jista' jkun, kieku nżomm f'moħħi li artiklu idealment jinqara minn firxa wiesgħa ta' nies, lingwisti u mhux, u midħla tas-suġġett u mhux. Pereżempju fil-każ personali tiegħi, minkejja li ninteressa ruħi ħafna fl-arti, fil-kultura u fl-arkitettura Iżlamika, ma kontx nifhem ħalifa/ħulafa x'inhi mingħajr verżjoni lingwistika oħra, jiġifieri taffettwa s-saff semantiku. Mentri kalifat/kaliffat hija iktar kwistjoni ortografika/etimoloġika u kulħadd xorta jifhem is-suġġett. Trigcly (d) 13:15, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Issa fil-każ ta' Malta ħafna mit-testi storiċi dwar l-Iżlam jew l-Ottomani spiss imorru lura għal żmien il-Kavallieri (fejn l-influwenza tal-lingwa Rumanzi kienet qalila), apparti li l-Għarbi ta' Malta kien l-Għarbi ta' żmien ir-Renju tas-Sqallijiet mhux l-Għarbi klassiku, jiġifieri minkejja li s-suġġett jaf ikun Semitiku/Għarbi, mhux neċessarjament it-terminoloġija ppreferuta għandha titnissel mis-Semitiku/mill-Għarbi (eż. fil-maġġoranza tal-każijiet insibu moskea mhux masġid, Alla mhux Allah, banjijiet mhux ħamam, minaret mhux manara, eċċ.). L-istess japplika bil-kontra għall-Kristjaneżmu f'Malta, fejn jaf għal raġunijiet storiċi ssib is-Semitiku iktar użat mir-Rumanz/mill-Ingliż, eż. ngħidu magħmudija iżda f'ċertu kuntesti iżolati issib battisterju jew Battista. Trigcly (d) 13:26, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- @Trigcly Jinftiehem, dak li qed nipprova ngħid huwa l-għażla tal-kliem huwa miftuħ għall-awtur iżda għat-titlu prinċipali u l-introduzzjoni forsi aħjar tuża t-termini li huma familjari mal-kelliema lokali, iżda hekk kif jaqraw aktar jiddaħħlu għall-varjanti l-oħra tat-termini dak qrib l-aktar lil-oriġinu iżda huwa l-preferenzi tal-awtur fl-aħħar. Għalija, jiena iktar minn kuntent li nintroduċi lill-qarrejja għal termini Għarbi aktar avvanzati jekk riedu jkunu jafu aktar mis-suġġett ~~ SidAlmoħadMuwaħħid (d) 13:36, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- naqblu :) Nieħu pjaċir naqra l-artikli tiegħek u nitgħallem kwalunkwe varjant possibbli. Merħba mill-ġdid! Trigcly (d) 13:49, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- @Trigcly Alla jbierek u grazzi tal-ospitalità :D ~~ SidAlmoħadMuwaħħid (d) 14:54, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Iżda jekk kitbiet tiegħi huwa ħafna issir diffiċli biex taqra, jew ħafna kumplessa, jekk jogħġbok agħti parir għal għażla aħjar tal-kliem. Se napprezzaha! SidAlmoħadMuwaħħid (d) 14:59, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- naqblu :) Nieħu pjaċir naqra l-artikli tiegħek u nitgħallem kwalunkwe varjant possibbli. Merħba mill-ġdid! Trigcly (d) 13:49, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Interessanti ħafna, però kemm jista' jkun, kieku nżomm f'moħħi li artiklu idealment jinqara minn firxa wiesgħa ta' nies, lingwisti u mhux, u midħla tas-suġġett u mhux. Pereżempju fil-każ personali tiegħi, minkejja li ninteressa ruħi ħafna fl-arti, fil-kultura u fl-arkitettura Iżlamika, ma kontx nifhem ħalifa/ħulafa x'inhi mingħajr verżjoni lingwistika oħra, jiġifieri taffettwa s-saff semantiku. Mentri kalifat/kaliffat hija iktar kwistjoni ortografika/etimoloġika u kulħadd xorta jifhem is-suġġett. Trigcly (d) 13:15, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Naħseb eżempju wieħed għal dan huwa l-kelma "Koran" li kienet tkun mainstream bl-Ingliż ukoll, iżda llum il-ġurnata l-kelma "Quran" tintuża aktar kemm mill-Misilmin kif ukoll minn dawk li mhumiex. Għalhekk nemmen tassew li bil-kuntest tal-lum huwa aħjar li tuża l-kelma qrib l-aktar bil-oriġinalu, ukoll bħala mod tajjeb biex tintroduċi dawk it-termini kif kien jintuża fil-lingwa oriġinali tagħhom. Tassew naħseb li l-Malti jista’ faċilment jivvinta aktar termini Għarbi/Islamiċi, peress li ħafna minnhom diġà jeżistu fid-dizzjunarju, għalkemm arkajku u skadut, huwa faċli ħafna li wieħed ibassar ix-xejra morfoloġika tal-kliem mill-Għarbi Klassiku/Magħrebi li-Malti u li jadatta b'ttri Rumani Maltin għal termini Għarbi. Jiddispjaċini jekk dan huwa twil wisq jien passjonat wisq bil-lingwi :D SidAlmoħadMuwaħħid (d) 12:00, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- @ToniSant Iva naqbel totalment miegħek =b Jista’ wkoll li fi żmienu dawk it-termini Għarbi/Islamiċi ma jkunux standardizzati bl-Ingliż daqskemm inhu llum ~~ SidAlmoħadMuwaħħid (d) 11:27, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Pero stramba lil Aquilina jagħti kalif mill-Malti għall-Ingliż, u kaliff mill-Ingliż għall-Malti! Personalment naħseb li t-terminoloġija li torbot ma' aspetti ta' kultura Għarbija għandhom isegwu l-għerq semitiku aktar mill-influss rumanz, allura xorta ngħid/nikteb Kalifat Almohad jien kieku. -- ToniSant (d) 11:22, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Jiena personalment nippreferi l-varjant li huwa qrib l-Għarbi, u l-kelma l-qrib dak li uża fl-aktar taż-żmien huwa "kalifa", "kalifat", imma irrid nara kelma ġodda dak li l-aktar qrib bl-Għarbi, forsi bħal "ħalifa", "ħilafa" għal "kalifa", "kalifat", bħal kif dawn it-termini l-aktar qrib bl-Għarbi ġew introdotti bl-Ingliż :D SidAlmoħadMuwaħħid (d) 06:32, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- la għidna kaliff, personalment nippreferi l-varjant kaliffat (x'aktarx abbażi tat-Taljan califfo-califfato) Trigcly (d) 04:51, 31 Awwissu 2023 (UTC)
- Issa sew! Jidher li għandna qbil dwar Almohad imma mhux dwar Kaliffat. :-) Mela, @Trigcly: Kalifat Almohad jew Kaliffat Almohad? -- ToniSant (d) 20:34, 30 Awwissu 2023 (UTC)
- Jiġifieri qed ngħidu li l-isem tal-artiklu jsir Kaliffat Almohadin u mhux Kaliffat Almoħadin? Nisma' mingħandkom it-tnejn (@SidAlmoħadMuwaħħid u @Trigcly) u mmexxu. Grazzi! -- ToniSant (d) 21:41, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Naħseb li Almohad u Almoravid biss (u kliem ieħor relatat mal-Andalus) huma l-kliem li jintirtu direttament minn għeruq Spanjoli sekondarji (u mbagħad bl-Ingliż), għalhekk dan l-isem tat-titlu għandu japplika biss għalihom, filwaqt li l-oħrajn se nirrekreka l- Ismijiet Għarbi fil-Malti (jekk ma jinstabu fl-ebda dizzjunarju) SidAlmoħadMuwaħħid (d) 15:33, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- naqbel ma' Kaliffat Almoħaddin u xejn xejn iqsar :) Trigcly (d) 14:49, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Iva, jidher li qed niftehmu issa @SidAlmoħadMuwaħħid. :-) L-isem li ssuġġerixxa @Trigcly huwa Kaliffat tal-Almoħadin u dan issa attiv. Imma jekk taħseb li Kaliffat Almoħadin huwa isem aħjar bil-Malti allura għadna nistgħu nbiddluh. -- ToniSant (d) 14:38, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- @ToniSant Jiddispjaċini, iżda kont qed nistaqsi jekk l-isem jistax jinbidel għal Kaliffat Almohad, imma naħseb li huwa tajjeb issa SidAlmoħadMuwaħħid (d) 14:08, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Mhux nifhem il-mistoqsija tiegħek @SidAlmoħadMuwaħħid. L-isem tal-artiklu bil-Malti issa huwa Kaliffat tal-Almoħadin. L-isem li ħloqt int se jitneħħa imma għalissa għadu hemm bħala rindirizz biex ma taħsibx li l-artiklu li ħloqt int sparixxa. Tajjeb hekk? -- ToniSant (d) 12:52, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Kif dwar Kalifat Almohad? SidAlmoħadMuwaħħid (d) 11:48, 29 Awwissu 2023 (UTC)
- Bħala bażi nissuġġerixxi d-dizzjunarju ta' Joseph Aquilina iżda ma jeżistix online. Online forsi tista' tinqeda minn hawn: iate.europa.eu jew glosbe.com (għalkemm din tal-aħħar inqas affidabbli). Grazzi u ħerqan naqra iktar artikli interessanti min-naħa tiegħek! Trigcly (d) 10:05, 29 Awwissu 2023 (UTC)
Issa: Kalifat Almohad
[immodifika s-sors]Il-paġna "Kaliffat tal-Almoħadin" tmexxiet lejn Kalifat Almohad u se jkollha rindirizz temporanju sa kemm inkunu ċerti li l-isem l-ieħor m'hemmx bżonnu aktar. Grazzi! -- ToniSant (d) 15:34, 31 Awwissu 2023 (UTC)