Julio Baghy
Julio Baghy | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Szeged, 13 Jannar 1891 |
Nazzjonalità | Ungerija |
L-ewwel lingwa | Ungeriż |
Mewt | Budapest, 18 Marzu 1967 |
Post tad-dfin | Fiumei Street Cemetery (en) |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (mard) |
Familja | |
Missier | Gyula Baghy |
Omm | Mária Bodrogi |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Esperanto Ungeriż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
attur rumanzier poeta pubblikatur Esperantista kittieb |
Premjijiet | |
Sħubija | Academy of Esperanto (en) |
Moviment artistiku | poeżija lirika |
Julio Baghy (twieled fit-13 ta' Jannar 1891 f'Szeged – miet fit-18 ta' Marzu 1967 f'Budapest; bl-Ungeriż: Baghy Gyula) kien attur Ungeriż u wieħed mill-awturi ewlenin tal-moviment tal-Esperanto. Huwa l-awtur ta' diversi rumanzi famużi iżda huwa partikolarment fil-qasam tal-poeżija li ħareġ fid-dieher li ħakma li kellu tal-Esperanto.
Ħajja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Baghy twieled f'familja teatrali — missieru kien attur, u ommu kienet suġġeritriċi tal-palk. Huwa beda jitgħallem l-Esperanto fl-1911. Huwa beda jaħdem bħala attur u maniġer teatrali, iżda mbagħad faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija u b'hekk telaq minn pajjiż twelidu għal sitt snin.
Huwa nħataf u nżamm bħala priġunier tal-gwerra fis-Siberja. Kien magtul dak iż-żmien li beda jaħdem għall-moviment tal-Esperanto, jikteb il-poeżiji u jgħallem il-lingwa lill-priġunieri sħabu.
Xogħlijiet letterarji
[immodifika | immodifika s-sors]Kotba
[immodifika | immodifika s-sors]Baghy kiteb żewġ kotba dwar id-detenzjoni fis-Siberja: Viktimoj (Vittmi, 1925), u Sur Sanga Tero (Fuq Art Imdemmija, 1933), li ġew ippubblikati mill-ġdid bħala volum uniku fl-1971. Ir-rumanz satiriku tiegħu Hura! (1930) kien kemxejn inqas ta' suċċess. Ir-rumanz ta' warajh Insulo de Espero (Gżira ta' Tama) intilef matul il-gwerra.
L-iżjed rumanz famuż tiegħu Printempo en Aŭtuno (Rebbiegħa fil-Ħarifa) inkiteb fl-1931.
Poeżija
[immodifika | immodifika s-sors]Madankollu, Baghy baqa' magħruf l-iktar għall-poeżija tieg. L-ewwel poeżiji tiegħu nkitbu fi żmien li nżamm fis-Siberja. Flimkien ma' dawk il-poeti, bħal Zamenhof, li kien kiteb bl-Esperanto, kienu limitati mi-lingwa li kienet għadha lingwa żagħżugħa, u apparti Antoni Grabowski, l-ebda poeta ma kien irnexiellu jkollu impatt fuq il-lingwa.
Baghy's most significant collections of poems was his first: Preter la Vivo (Beyond Life, published in 1922). Among his more notable collection of poems are Pilgrimo (Pilgrim, 1926) and Vagabondo Kantas (The Vagabond Sings, 1933).
Fl-1966 huwa pproduċa Ĉielarko (Qawsalla), fejn żamm il-ġrajjiet folkloristiċi ta' 12-il nazzjon different. L-aħħar kollezzjoni ta' poeżiji, Aŭtunaj folioj (Weraq tal-Ħarifa), ġiet ippubblikata wara mextu fl-1970.
Moviment tal-Esperanto
[immodifika | immodifika s-sors]Meta reġa' lura l-Ungerija wara l-gwerra, huwa sar wieħed mill-għalliema prinċipali tal-moviment tal-Esperanto, u organizza grupp ta' dibattiti u letterarju f'pajjiżi bħall-Estonja, il-Latvja, in-Netherlands u Franza.
Huwa kien wieħed mill-kittieba prinċipali għar-rieżami letterarju tal-Esperanto Literatura Mondo sal-1933.
Ix-xogħlijiet tiegħu jirriflettu slogan tiegħu jsostni: Amo kreas pacon, Paco konservas homecon, Homeco estas plej alta idealismo (L-imħabba toħloq il-paċi, il-paċi tippreserva l-umanità, u l-umanità hija l-ogħla ideal.)
Ħafna mix-xogħlijiet tiegħu ngħataw xi premjijiet mill-Akkademja tal-Esperanto, u għadd mir-rumanzi tiegħu ġew tradotti għal diversi lingwi.
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- M. Boulton, Poeto fajrakora. La verkaro de Julio Baghy, Saarbrücken: Artur E. Iltis, 1983. p. 144.
- Clelia Conterno, Baghy tra la tempo, f'Literatura Foiro n. 43–44, 1977, pp. 10-11.
- G. Silfer, La leginda Baghy, f'Literatura Foiro n. 65, 1981, pp. 4-5.