Aqbeż għall-kontentut

Juan de Homedes

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Juan de Homedes y Coscon)
Juan de Homedes
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann ta' Ġerusalemm

1536 - 1553
Didier de Saint-Jaille - Claude de la Sengle
Ħajja
Isem propju Juan de Homedes y Coscón
Twelid Zaragoza, 1477
Nazzjonalità Renju t'Aragona
Mewt Malta, 6 Settembru 1553 (Gregorian)
Edukazzjoni
Lingwi Spanjol
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni patri ġellied
mexxej militari

Juan de Homedes y Coscón (c. 1477 – 6 ta' Settembru 1553) kien kavallier Spanjol ta' Aragona li serva bħala s-47 Gran Mastru tal-Ordni ta' San Gwann, bejn l-1536 u l-1553.

Ħajja bikrija

[immodifika | immodifika s-sors]

Ftit hu magħruf dwar il-ħajja bikrija ta’ de Homedes, ħlief li twieled Aragona madwar l-1477. Hu eventwalment ingħaqad mal-Ordni ta' San Ġwann f'Rodi, u ġġieled fl-assedju Ottoman tal-1522. Fl-1530 huwa mar jgħix f'Malta flimkien mal-kumplament tal-Ordni.

Mal-mewt ta’ Didier de Saint-Jaille fis-26 ta’ Settembru 1536, de Homedes kien elett bħala s-47 Granmastru tal-Ordni fl-20 ta’ Ottubru ta’ dik is-sena.

F'Lulju 1551, l-Ottomani ppruvaw jieħdu lil Malta iżda kienu mużmuma u għalhekk attakkaw il-gżira t'Għawdex minflok. Din ċediet wara xi jiem ta' ġlied qalil. Kważi l-popolazzjoni kollha ta' Għawdex ittieħdet bħala skjavi, inkluż il-gvernatur Gelatian de Sessa u kavallieri oħra. F'Awwissu ta' dik is-sena, l-Ordni sofriet daqqa oħra meta tilfet il-fortizza ta' Tripli fl-Afrika ta' Fuq. DIn waqgħet f'idejn il-forza Ottomana ikkmandata mill-mexxej magħruf Dragut u l-ammiral Sinan fl-Assedju ta' Tripli. De Homedes ħass li din it-telfa kienet tort tal-gvernatur militari ta' Tripli, Gaspard de Vallier, u għalhekk keċċieh mill-Ordni u ra li jintbagħat il-ħabs. Wara l-mewt ta' de Homedes, De Vallier ġie riabilitat mill-Gran Mastru Jean Parisot de Valette.

Wara dak li seħħ fl-1551, de Homedes beda programm biex tissaħħaħ id-difiża ta' Malta. L-ewwel ġebla għal forti ġdida, Forti San Mikiel, tpoġġiet fit-8 ta' Mejju 1552 fuq l-Isola, peniżola biswit il-kapitali tal-Ordni fil-Birgu. Sadattant beda jinbena ukoll il-Forti Sant'Iermu fuq il-peniżola ta’ Sciberras, peniżola ferm akbar li tħares kemm il-Birgu kif ukoll l-Isla. Fuq din il-peniżola eventwalment inbnew il-belt Valletta u l- Furjana minn Gran Mastri oħra.

De Homedes miet fis-6 ta’ Settembru 1553 u warajh laħaq Claude de la Sengle bħala Gran Mastru, li kompla x-xogħol ta’ fortifikazzjoni mibdi minn de Homedes.[1] Huwa ndifen fil-kripta tal-Kappella ta’ Sant’Anna fil-Forti Sant’Anġlu iżda l-fdalijiet tiegħu aktar tard tmexxew għall-kripta tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil- Belt Valletta.[2]

Rappreżentazzjoni letterarji

[immodifika | immodifika s-sors]

De Homedes huwa preżentat f'dawl xejn sabiħ fir-rumanz The Disorderly Knights ta' Dorothy Dunnett li ħareġ fl-1966. Dan ir-rumanz huwa ambjentat fl-1551 waqt l-invazzjoni ta' Dragut fuq Għawdex u l-waqgħa sussegwenti ta' Tripli. Fir-rumanz jil-Gran Mastru huwa ppreżentat bħala figura xħieħa, kattiv, partiġġjan lejn kavallieri Spanjoli oħra, nieqes mill-istrateġija, u estremament egoist.

Huwa ppreżentat ukoll bħala mexxej fqir u vendikattivfir-rumanz Eight Pointed Cross (2011) ta' Marthese Fenech li huwa ambjentat f'Malta u fl-Imperu Ottoman bejn l-1542 u l-1551. Eight Pointed Cross jittratta t-telfa ta’ Għawdex u Tripli lejn Dragut Raïs u Sinan Pasha, u n-nuqqas tal-Ordni li tgħin lill-aktar minn ħamest elef persuna ċivili maqbuda f'dawn l-assedji.

Fir-rumanz The Course of Fortune ta’ Tony Rothman (J. Bolyston, 2015), insibu lil De Homedes deskritt b'mod dettaljat fir-rwol tiegħu waqt l-ewwel assedju ta’ Malta (1551), l-invazzjoni ta’ Għawdex (1551) u l-prosekuzzjoni tal-kavallieri wara l-waqgħa ta’ Tripli huma deskritti fid-dettall.

  1. ^ Abela, Joe. "Juan d'Homedes (1494-1553)". Senglea Local Council. Miġbur 12 September 2014.
  2. ^ Mallia-Milanes, Victor (2008). The Military Orders: History and heritage. Aldershot: Ashgate Publishing Limited. p. 62. ISBN 9780754662907. Miġbur 5 October 2014.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
Predeċessur
Didier de Saint-Jaille
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann
1536–1553

Suċċessur
Claude de la Sengle