Didier de Saint-Jaille
| Didier de Saint-Jaille | |||||
|---|---|---|---|---|---|
|
| |||||
22 Novembru 1535 - 26 Settembru 1536 ← Piero de Ponte - Juan de Homedes →
1523 - 1535 | |||||
| Ħajja | |||||
| Twelid |
Sainte-Jalle (mul) | ||||
| Nazzjonalità | Renju ta' Franza | ||||
| Mewt | Montpellier, 26 Settembru 1536 | ||||
| Post tad-dfin |
Saint-Gilles (mul) | ||||
| Edukazzjoni | |||||
| Lingwi | Franċiż | ||||
| Okkupazzjoni | |||||
| Okkupazzjoni |
patri ġellied reliġjuż bniedem militari | ||||
Didier de Saint-Jaille (miet fis-26 ta' Settembru 1536) kien is-46 Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann bejn l-1535 u l-1536.
De Saint-Jaille kien nobbli Franċiż li daħal mal-Kavallieri Ospitaller bħala parti mil-Langue ta' Franza. Kien partikolarment magħruf għall-prudenza kbira tiegħu, u ġie elett bħala Gran Mastru wara l-mewt ta’ Piero de Ponte. Dak iż-żmien kien qiegħed Franza, u għalkemm lesta biex imur Malta marad f'Montpellier u miet fis-26 ta’ Settembru 1536 qabel ma wasal fil-gżira.
Kien l-uniku Gran Mastru ta’ Malta li ma mietx u ma kienx midfun f’Malta stess, apparti Ferdinand von Hompesch zu Bolheim, li ħalla l-gżejjer mat-tkeċċija tal-Ordni fl-1798. B’kumbinazzjoni, kemm Didier de Saint-Jaille kif ukoll Hompesch huma midfuna f’Montpellier.
Waqt li kien 'il bogħod minn Malta, il-kavallier Jacques Pelliquen serva bħala Logutenent tal-Gran Mastru, u matul il-ħakma tiegħu suldati Maltin u Kalabriżi qerdu t-Torri El Haid li kien qrib Tripli, li f'dak iż-żmien kienet fil-pussess tal-Ordni.[1]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Didier De Saint Jaille : 1535-1536". The Knights of Malta. San Andrea School. Arkivjat minn l-oriġinal fl-5 June 2014. Miġbur 30 September 2014.
| Predeċessur Piero de Ponte |
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann 1535–1536 |
Suċċessur |