John van den Brom

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
John van den Brom
Informazzjoni personali
Isem sħiħJoseph Anthonius van den Brom
Twelid4 ta' Ottubru 1966 (1966-10-04) (57 sena)
AmersfoortNetherlands
Tul1.91 m
RwolMidfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliGenk (kowċ)
Mixtliet
APWC
AFC Quick 1890
Karriera professjonali
SninKlabb
1986–1993Vitesse
1993–1995Ajax
1995–1996İstanbulspor
1996–2001Vitesse
2002–2003De Graafschap
Tim nazzjonali
1990–1993Netherlands
Timijiet ikkowċjati
2003–2004Bennekom
2004–2007Jong Ajax
2007–2010AGOVV
2010–2011ADO Den Haag
2011–2012Vitesse
2012–2014Anderlecht
2014–2019AZ
2019–2020Utrecht
2020–Genk

John van den Brom (twieled fl-4 ta' Ottubru 1966) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Olandiż.

Karriera tal-logħob[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Van den Brom beda l-karriera tiegħu mad-dilettanti APWC ġewwa Amersfoort qabel ma ffirma bħala plejer professjonali ma' Vitesse fl-1986. Wara seba' staġuni ma' Vitesse, fejn lagħab 225 logħba u skorja 80 gowl, ingħaqad mal-ġganti Olandiżi ta' Ajax fejn lagħab għal żewġ staġuni. Fl-1995, issieħeb mat-tim Tork ta' Istanbulspor.[1] Huwa rritorna lura ma' Vitesse wara staġun wieħed, u qatta' ħames staġuni oħra magħhom qabel ma ffirma ma' De Graafschap għall-istaġun finali tiegħu sabiex irtira mil-logħba fl-2003.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Van den Brom għamel żewġ dehriet mat-tim nazzjonali Olandiż, li kienu jinkludu r-rebħa ta' 8–0 kontra Malta u r-rebħa ta' 6-0 kontra San Marino, fejn skorja gowl kontra dawn tal-aħħar.

Karriera ta' kowċ[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel rwol tiegħu wara l-irtirar kien bħala kowċ tat-tim tad-dilettanti ta' Bennekom, qabel ma' sar kowċ tat-tim tar-riservi ta' Ajax fid-29 ta' April 2004. Mill-2007 sal-2010 serva bħala kowċ tal-klabb żgħir tal-Eerste Divisie AGOVV Apeldoorn u rnexxielu jirbaħ post fil-playoffs għall-promozzjoni fl-aħħar staġun tiegħu fil-kariga. F'Mejju tal-2010 ġie maħtur kowċ ta' ADO Den Haag,[2] li magħhom huwa kwalifika għall-Europa League 2011–12. F'Ġunju 2011, Van den Brom kien imsemmi bħala kowċ tal-klabb qadim tiegħu Vitesse, u għal darb'oħra rnexxielu jikkwalifika għall-Europa League.

Fid-29 ta' Mejju 2012 iffirma kuntratt bħala kowċ tat-tim Belġjan ta' Anderlecht.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Plejer[immodifika | immodifika s-sors]

Kowċ[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "John van den Brom" (bl-Olandiż). Voetbal International. Miġbur 2010-02-09.
  2. ^ "Van den Brom nieuwe hoofdtrainer" (bl-Olandiż). ADO Den Haag. 2010-05-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-20. Miġbur 2010-06-04.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]