Aqbeż għall-kontentut

Fruntieri Rumani Ġermaniċi t'Isfel

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Mappa tal-Fruntieri Rumani Ġermaniċi t'Isfel.

Il-Fruntieri Rumani Ġermaniċi t'Isfel (bil-Latin: limes ad Germaniam inferiorem, bl-Olandiż: Neder-Germaanse Limes, bil-Ġermaniż: Niedergermanischer Limes) huma l-eks fruntiera bejn il-provinċja Rumana ta' Germania Inferior u Germania Magna. Dawn il-fruntieri kienu jisseparaw dik il-parti tar-Rheinland fix-xellug tax-xmara Renu fil-Ġermanja kif ukoll in-Netherlands, li kienu parti mill-Imperu Ruman, mir-reġjuni inqas ikkontrollati strettament fil-Lvant tar-Renu.

Ir-rotta tal-fruntieri Rumani jew limes kienet tibda qrib l-estwarju tal-Oude Rijn fil-Baħar tat-Tramuntana. Imbagħad kienet issegwi l-fluss tar-Renu u kienet tintemm fil-Vinxtbach, illum il-ġurnata Niederbreisig, kwartier fir-raħal ta' Bad Breisig, il-fruntiera mal-provinċja ta' Germania Superior. Il-Fruntieri Rumani Ġermaniċi ta' Fuq imbagħad kienu jibdew fuq in-naħa opposta, fil-lemin tar-Renu bil-kamp Ruman ta' Rheinbrohl.

Il-Fruntieri Rumani Ġermaniċi t'Isfel ma kinux limes iffortifikati b'bastjuni, bi ħniedaq, b'puntali jew bi swar u b'torrijiet tal-għassa, iżda kienu fruntiera tax-xmara (bil-Latin: ripa), simili għal-limites mad-Danubju u mal-Ewfrate. Il-Linja tar-Renu kienet mgħassa b'katina ta' castra għat-truppi awżiljarji. Kienet stabbilita parzjalment minn Awgustu u minn ibnu tar-rispett, il-kmandant militari Drusus, li beda jsaħħaħ il-konfini naturali tar-Renu mill-15 W.K. Id-deċiżjoni li ma jiġux ikkonkwistati r-reġjuni fil-Lvant tar-Renu fis-16 W.K. wasslet biex ir-Renu jsir fruntiera fissa tal-Imperu Ruman. Sabiex din il-fruntiera tiġi protetta ġew stabbiliti bosta vilel rustiċi (villae rusticae) u insedjamenti (vici). L-ismijiet u l-pożizzjonijiet ta' diversi siti ġew ittrasferiti, l-iktar permezz tat-Tabula Peutingeriana u l-Itinerarium Antonini.[1]

Flimkien mal-Fruntieri Rumani Ġermaniċi ta' Fuq, il-Fruntieri Rumani Ġermaniċi t'Isfel jiffurmaw parti mil-Limes Germanicus. Fl-2021[2], il-Fruntieri Rumani Ġermaniċi t'Isfel tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO bħala sit separat mill-Fruntieri tal-Imperu Ruman[3] u mill-Fruntieri Rumani tad-Danubju.[4]

Sezzjoni tan-Nofsinhar tal-Fruntieri Rumani Ġermaniċi t'Isfel (bejn VLPIA NOVIOMAGVS BATAVORVM u RIGOMAGVS) fuq it-Tabula Peutingeriana.

Peress li jimxu tul ir-Renu, il-Fruntieri Rumani Ġermaniċi t'Isfel jgħaddu minn erba' pajsaġġi b'topografija differenti u b'karattru naturali differenti. L-iżjed parti fin-Nofsinhar u l-iżgħar parti, bejn il-Vinxtbach u l-inħawi madwar Bonn għadha tagħmel parti mill-Katina Muntanjuża tar-Renu, u minnha x-xmara tgħaddi minn wied relattivament dejjaq bejn l-għoljiet muntanjużi tal-Westerwald u tal-Muntanji Eifel. Bejn wieħed u ieħor mill-inħawi ta' Bonn, il-wied tar-Renu jiftaħ lejn il-Bajja ta' Köln, li hija kkonfinata mill-Bergisches Land, li tibqa' sejra tul ix-xmara fuq in-naħa tal-lemin, u l-Muntanji Eifel u l- Fens Superjuri lejn ix-Xlokk u l-Lvant. Il-Bajja ta' Köln għandha raba' għammiel tal-loess u hija kkaratterizzata minn klima miti ħafna. Għaldaqstant mhux kumbinazzjoni li l-biċċa l-kbira tal-vici u tal-villae rusticae fil-Germania Inferior ġew stabbiliti f'dawn l-inħawi fi żmien ir-Rumani. Qrib il-kamp militari ta' Novaesium, il-Bajja ta' Köln testendi iktar lejn il-Pjanura tar-Renu t'Isfel, b'pajsaġġ imtarraġ tax-xmara. Ftit lejn il-Punent tal-fruntiera attwali bejn il-Ġermanja u n-Netherlands, kważi fl-inħawi tal-kamp tal-leġjun ta' Noviomagus, il-Pjanura tar-Renu t'Isfel tgħaddi minn tranżizzjoni u tinbidel f'art bassasa bl-ilma ffurmata mir-Renu u mill-Meuse, u li finalment tintemm fil-Baħar tat-Tramuntana fid-delta tar-Renu, tal-Meuse u tax-Scheldt.[5]

Id-delta tar-Renu u l-Meuse bil-parti t'isfel tar-Renu fl-isfond.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Fruntieri Rumani Ġermaniċi T'Isfel ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Tilmann Bechert, Willem J. H. Willems: Die römische Reichsgrenze von der Mosel bis zur Nordseeküste. Stuttgart, 1995, ISBN 3-8062-1189-2; Margot Klee: Grenzen des Imperiums. Leben am römischen Limes. Konrad Theiss Verlag, Stuttgart, 2006, ISBN 3-8053-3429-X, pp. 33-40.
  • Ariw J. Kalis, Sabine Karg, Jutta Meurers-Balke, H. Teunissen-Van Oorschot: Mensch und Vegetation am Unteren Niederrhein während der Eisen- Und Römerzeit. In: Martin Müller, Hans-Joachim Schalles, Norbert Zieling (eds.): Colonia Ulpia Traiana. Xanten und sein Umland in römischer Zeit. Zabern, Mainz, 2008, ISBN 978-3-8053-3953-7, pp. 31–48; Renate Gerlach, Thomas Becker, Jutta Meurers-Balke, Irmela Herzog: Das Rhein-Limes-Projekt. Wo lag der Rhein zur Römerzeit? In: Andreas Thiel (ed.): Neue Forschungen am Limes. 4. Fachkolloquium der Deutschen Limeskommission 27/28 February 2007 in Osterburken. Theiss, Stuttgart, 2008, ISBN 978-3-8062-2251-7, (= entries on the World Heritage Site of the Limes, 3), pp. 9-17; Tilmann Bechert, Willem J. H. Willems: Die römische Reichsgrenze von der Mosel bis zur Nordseeküste. Stuttgart, 1995, ISBN 3-8062-1189-2.
  • Tilmann Bechert: Germania inferior. Eine Provinz an der Nordgrenze des Römischen Reichs. Zabern, Mainz, 2007, ISBN 978-3-8053-2400-7.
  • Tilmann Bechert, Willem J. H. Willems: Die römische Reichsgrenze von der Mosel bis zur Nordseeküste. Stuttgart, 1995, ISBN 3-8062-1189-2.
  • Tilmann Bechert: Römisches Germanien zwischen Rhein und Maas. Die Provinz Germania inferior. (Edition Antike Welt, 4). Hirmer, Munich, 1982, ISBN 3-7774-3440-X.
  • Julianus Egidius Bogaers, Christoph B. Rüger (eds.): Der niedergermanische Limes. Materialien zu seiner Geschichte. Rheinland Verlag, Cologne, 1974, ISBN 3-7927-0194-4.
  • Michael Gechter: Die Anfänge des Niedergermanischen Limes. In: Bonner Jahrbücher. 179, 1979, pp. 1-129.
  • Michael Gechter: Early Roman military installations and Ubian settlements in the Lower Rhine. In: T. Blagg, M. Millett (eds.): The early Roman empire in the West. 2. Auflage. Oxford Books 2002, ISBN 1-84217-069-4, S. 97-102.
  • Michael Gechter: Die Militärgeschichte am Niederrhein von Caesar bis Tiberius. Eine Skizze. In: T. Grünewald, S. Seibel (eds.): Kontinuität und Diskontinuität. Die Germania inferior am Beginn und am Ende der römischen Herrschaft, Beiträge des deutsch-niederländischen Kolloquiums in der Katholieke Universiteit Nijmegen, 27. bis 30.6.2001. De Gruyter, Berlin, 2003, pp. 147-159 (Reallexikon der germanischen Altertumskunde, Ergänzungsband 35).
  • Heinz Günter Horn (ed.): Die Römer in Nordrhein-Westfalen. Theiss, Stuttgart 1987; Lizenzausgabe. Nikol, Hamburg, 2002, ISBN 3-933203-59-7.
  • Anne Johnson: Römische Kastelle des 1. und 2. Jahrhunderts n. Chr. in Britannien und in den germanischen Provinzen des Römerreiches. Zabern, Mainz, 1987, ISBN 3-8053-0868-X (Kulturgeschichte der antiken Welt, Vol. 37).
  • Margot Klee: Grenzen des Imperiums. Leben am römischen Limes. Konrad Theiss Verlag, Stuttgart, 2006. ISBN 3-8062-2015-8. pp. 33-40.
  • Hans Schönberger: Die römischen Truppenlager der frühen und mittleren Kaiserzeit zwischen Nordsee und Inn. In: Bericht der Römisch-Germanischen Kommission. 66, 1985, pp. 321-495.
  1. ^ Tilmann Bechert, Willem J. H. Willems: Die römische Reichsgrenze von der Mosel bis zur Nordseeküste. Stuttgart, 1995, ISBN 3-8062-1189-2; Margot Klee: Grenzen des Imperiums. Leben am römischen Limes. Konrad Theiss Verlag, Stuttgart, 2006, ISBN 3-8053-3429-X, pp. 33-40.
  2. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Frontiers of the Roman Empire – The Lower German Limes". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-04.
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Frontiers of the Roman Empire". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-04.
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Frontiers of the Roman Empire – The Danube Limes (Western Segment)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-05-04.
  5. ^ Ariw J. Kalis, Sabine Karg, Jutta Meurers-Balke, H. Teunissen-Van Oorschot: Mensch und Vegetation am Unteren Niederrhein während der Eisen- Und Römerzeit. In: Martin Müller, Hans-Joachim Schalles, Norbert Zieling (eds.): Colonia Ulpia Traiana. Xanten und sein Umland in römischer Zeit. Zabern, Mainz, 2008, ISBN 978-3-8053-3953-7, pp. 31–48; Renate Gerlach, Thomas Becker, Jutta Meurers-Balke, Irmela Herzog: Das Rhein-Limes-Projekt. Wo lag der Rhein zur Römerzeit? In: Andreas Thiel (ed.): Neue Forschungen am Limes. 4. Fachkolloquium der Deutschen Limeskommission 27/28 February 2007 in Osterburken. Theiss, Stuttgart, 2008, ISBN 978-3-8062-2251-7, (= entries on the World Heritage Site of the Limes, 3), pp. 9–17; Tilmann Bechert, Willem J. H. Willems: Die römische Reichsgrenze von der Mosel bis zur Nordseeküste. Stuttgart, 1995, ISBN 3-8062-1189-2.