Aqbeż għall-kontentut

Fortizza Tas-Silġ

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Fortizza Tas-Silġ
forti
Data meta nħoloq1879 Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabMarsaxlokk Immodifika
Koordinati35°50′24″N 14°33′25″E Immodifika
PropjetarjuGvern ta' Malta Immodifika
Ikkummissjonat minnImperu Brittaniku Immodifika
Category for the view from the itemCategory:Views from Fort Tas-Silġ Immodifika
Map

Il-Fortizza Tas-Silġ[1] hija foti poligonali f'Marsaxlokk, Malta. Inbniet bejn l-1879 u l-1883 mill-Ingliżi fuq art għolja fit-tarf tax-xatt tal-ponta ta' Delimara, fuq il-Ħofra-ż-Żgħira. Il-funzjoni primarja tagħha kienet bħala punt ta’ kontroll għall-isparar tal-kanuni miġbura fil-Fortizza ta' Delimara taħtha.

Kienet parti minn katina ta’ fortifikazzjonijiet maħsuba biex jipproteġu l-Port ta’ Marsaxlokk, flimkien mal-Fortizza ta' Delimara li tħares lejn il-baħar tul il-ponta ta’ Delimara, il-ġenb tat-tramuntana tal-Bajja ta’ Marsaxlokk, il-Forti San Luċjan fuq il-ponta l-Kbira f’nofs il-bajja, il-Fortizza ta' Bengħisa fuq il-ponta ta' Bengħisa, u il-batteriji Pinto u Ferretti fuq ix-xtut tal-bajja.

Madwar 300 metru fit-tramuntana tal-Fortizza Tas-Silġ hemm il- Batterija ta’ San Pawl, fortifikazzjoni ta’ stil poligonali ħafna iżgħar, li tinsab f’kundizzjoni ferm agħar.

L-ewwel ġebla tal-Fortizza Tas-Silġ twaqqfet fl-1879 wara suġġeriment minn inġiniera militari Ingliżi, u tlestiet fl-1883.[2] Il-fortizza hija eżempju klassiku ta' forti poligonali, u kellha kwartieri u mħażen taħt l-art, u bitħa tal-parati spazjuża. Il-fortizza hija mdawwar b'foss, u d-daħla kienet protetta b'portijiet tal-kanuni fuq naħa waħda u pont li jwassal għall-bieb.

Id-disinn u l-post tal-forti kien ikkritikat minn numru ta’ inġiniera militari, u l-armament tagħha ta’ sitt kanuni RML 64 pounder 64 cwt inbidel numru ta’ drabi qabel ma tneħħa fl-1903.

Fis-snin 50, il-forti ntuża mill-RAF (100 Signals Unit). Matul dak iż-żmien il-maskot tal-kamp kien kelb jismu Dodger. Aktar tard, il-kelb Rusty u l-kelba Scrubber kienu jgħixu fuq il-post. Scrubber welldet 14-il ġeru, li kollha sabu djar xi mkien ieħor f’Malta.[3] Waħda mit-tliet Aerials fuq il-forti intużat fil-film tal-gwerra tal-1953 Malta Story.

Il-fortizza ġiet dekummissjonat u mgħoddi lill-awtoritajiet ċivili fl-1960.

Mill-1991, il-forti kien mikri lill-Island Sanctuary bħala kenn għall-klieb.[4] Is-santwarju jħallas lill-gvern kera annwali ta’ €232 għall-użu tal-fortizza.[5]

Il-gatehouse, u l-foss lejn ix-xatt huma fi stat tajjeb, iżda kien hemm kollass konsiderevoli fil-wiċċ ta' ġewwa tal-foss tat-tramuntana.

Fl-2015, il-fortizza ġiet propost bħala sit possibbli għall-kampus tal- Università Amerikana ta' Malta, izda dan ma ntgħażlitx.[6]

  1. Castillo, Dennis Angelo (2006). The Maltese Cross: A Strategic History of Malta. Greenwood Publishing Group. p. 135. ISBN 0313323291.
  2. "Delimara Gas and Power Combined Cycle Gas Turbine and Liquefied Natural Gas receiving, storage and re-gasification facilities - Environmental Impact Assessment - Appendix Two Volume One" (PDF). MEPA. ERSLI Consultants Ltd on behalf of Enemalta Corporation. 20 December 2013. pp. 26–28. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-29 March 2015.
  3. Debattista, Martin (23 December 2012). "Adopt a beautiful abandoned dog". Times of Malta. Miġbur 31 December 2014.
  4. "About us". The Island Sanctuary. Miġbur 31 December 2014.
  5. Debono, James (21 December 2011). "Benghajsa fort to be returned to government". Malta Today. Miġbur 31 December 2014.
  6. "'American' University to occupy Dock 1 buildings and reduced Zonqor site". Times of Malta. 20 August 2015. Miġbur 20 August 2015.

Mudell:Forts in Malta