Aqbeż għall-kontentut

Fortizza ta' Delimara

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Fortizza ta' Delimara
forti
Data meta nħoloq1876 Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabMarsaxlokk Immodifika
Koordinati35°49′26″N 14°33′27″E Immodifika
PropjetarjuGvern ta' Malta, Heritage Malta Immodifika
Ikkummissjonat minnImperu Brittaniku Immodifika
OperaturHeritage Malta Immodifika
Sit uffiċjalihttps://heritagemalta.mt/explore/fort-delimara/ Immodifika
Maintained byHeritage Malta Immodifika
Category for the view from the itemCategory:Views from Fort Delimara Immodifika
Map

Il-Fortizza ta' Delimara hija forti poligonali f'Marsaxlokk, Malta. Din inbniet bejn l-1876 u l-1888 mill-Ingliżi bħala parti minn katina ta’ fortifikazzjonijiet maħsuba biex jipproteġu l-Port ta’ Marsaxlokk. Illum, il-fortizza għada teżisti, iżda għandha bżonn ta' restawr, u tinsab fil-periklu li taqa' minħabba l-erożjoni tal-kosta.

Il-Fortizza ta' Delimara mill-Bajja ta’ Marsaxlokk

Il-forti nbniet bejn l-1876 u l-1878 mill-Ingliżi.[1] Il-bieb prinċipali għandu data tal-1881, iżda din hija d-data tat-tlestija tal-gatehouse, mhux il-forti kollha.

Il-Fortizza ta' Delimara kienet wieħed minn ċirku ta’ fortizzi u batteriji li jipproteġu l-port ta' Marsaxlokk, flimkien mal-Fortizza Tas-Silġ mit-tarf tax-xatt sal-ponta ta’ Delimara, il-Forti San Luċjan f’nofs il-bajja ta’ Marsaxlokk, il-Fortizza ta' Bengħisa fuq il-Ponta ta’ Bengħisa, u il-batteriji Pinto u Ferreti fuq ix-xatt tal-Bajja ta’ Marsaxlokk.

It-Torri ta’ Delimara tas-seklu 17 fil-viċin, twaqqa’ biex tittejjeb l-linja tal-attakk mill-Forti Delimara.[2]

Fid-29 ta’ Marzu 1903, bombi difettużi, li kienu maħżuna fil-Fortizza ta' Delimara qabel ma jinqerdu, splodew aċċidentalment meta xi tfal bagħbsu bomba biex jipprovaw jiftħuha, u qatlu erbgħa min-nies.[3]

Fl-1956 il-maġġoranza tal-artillerija tneħħiet mill-fortizza. Ftit wara kienet abbandunata għal perjodu konsiderevoli, u fl-1975 nkriet mill-Gvern ta’ Malta lil bidwi lokali, li użha biex irabbi l-ħnieżer bejn l-1982 u l-2005.[4]

Wara negozjati fit-tul, il-Forti Delimara kienet trasferita lil Heritage Malta fil-11 ta’ Awwissu 2005. L-aġenzija tħallas kera annwali ta’ €764 lill-gvern għall-fortizza.[5] Minkejja li kienet tintuża bħala razzett tal-ħnieżer u maż-żmien kien akkummulat ammont ta' żibel moderni, il-forti għad fiha erba' mill-erbatax il-kanun Vittorjan ta' 12.5-il pulzier ta' immuntati fuq karettuni żgħar.[1][4]

Is-sit jinsab f'kundizzjoni mitluqa u huwa taħt ir-responsabbiltà ta' Heritage Malta.[1] Hemm pjanijiet biex il-fortizza tiġi restawrata u jinfetaħ bħala mużew, iżda dawn għadhom ma mmaterjalizza. Bħalissa il-fortizza mhix miftuħa għall-pubbliku.

Il-Fortizza ta' Delimara fil-biċċa l-kbira tagħha hija mibnija taħt l-art, bil-kanuni prinċipali immuntati f'casamatti imqiegħda fl-irdumijiet max-xatt tal-Ponta ta' Delimara. Il-parti li tidher fuq l-art hija forti poligonali, eżagonali fit-truf, b'fossijiet maqtugħin fil-blat fuq erba' naħat, u l-irdum vertikali bil-mod mgħawweġ li jifforma l-ħames u s-sitt naħat konvessi.[6] L-aperturi tal-ventilazzjoni u l-passaġġi ta’ aċċess huma mifruxa ma' wiċċ l-irdum, u anke fuq tal-Ponta ta' Delimara li tħares lejn il-baħar.

Kundizzjoni attwali

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-foss tal-lvant iħares lejn in-nofsinhar

Esternament il-forti jinsab f'kundizzjoni tajba. Bħas-swar poligonali kollha f’Malta, l-uċuħ tal-ġebla tal-franka tal-iskarp u l-kontrascarp tnaqqru sostanzjalment minn meta kienu oriġinarjament maqtugħin, f’postijiet sa fond ta’ daqs metru. F'xi każijiet din l-erożjoni laħqet il-punt li l-revetting jiġġarraf fil-foss.[7]

Fil-kultura popolari

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. 1 2 3 Morana, Martin (2011). Bejn Kliem u Storja . Malta: Books Distributors Limited. ISBN 978-99957-0137-6. Arkivjat minn l-oriġinal fl-5 October 2016.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  2. Zammit, Vincent (1992). Il-Gran Mastri - Ġabra ta' Tagħrif dwar l-Istorja ta' Malta fi Żmienhom - L-Ewwel Volum 1530-1680 . Valletta: Valletta Publishing & Promotion Co. Ltd. p. 236.Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  3. Attard, Eddie (7 April 2019). "Tragic accidents in our history that claimed young lives". Times of Malta. Miġbur 2 February 2020.
  4. 1 2 "No plans yet to restore crumbling Fort Delimara". Times of Malta. 3 February 2010. Miġbur 23 December 2014.
  5. Debono, James (21 December 2011). "Benghajsa fort to be returned to government". Malta Today. Miġbur 31 December 2014.
  6. "Delimara Gas and Power Combined Cycle Gas Turbine and Liquefied Natural Gas receiving, storage and re-gasification facilities - Environmental Impact Assessment - Appendix Two Volume One" (PDF). MEPA. ERSLI Consultants Ltd on behalf of Enemalta Corporation. 20 December 2013. pp. 26–28. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-29 March 2015.
  7. Carabott, Sarah (29 August 2016). "Forts under attack from neglect and vandalism". Times of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-30 August 2016.
  8. Siegel, Lucas (4 November 2014). "New Assassin's Creed Set Pictures, Shooting Information from Malta". comicbook.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-27 November 2015.

Mudell:Forts in Malta