Batterija ta' Ferretti
Data meta nħoloq | 1715 |
---|---|
Pajjiż | Malta |
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstab | Birżebbuġa |
Koordinati | 35°49′57″N 14°32′2″E |
Propjetarju | Gvern ta' Malta |
Ikkummissjonat minn | Ordni tal-Kavallieri Ospitalieri ta' San Ġwann |
Sit uffiċjali | http://ferretti.com.mt/home/ |
Il-Batterija ta' Ferretti, magħrufa wkoll bħala il-Batterija tal-Qajjenza Battery jew Batterija ta’ San Ġorġ [1] hija batterija tal-artillerija fir - raħal tal- Qajjenza, fil-limiti ta' Birżebbuġa, f'Malta.[2] Inbniet mill-Ordni ta' San Ġwann bejn l-1715 u l-1716 bħala waħda minn sensiela ta’ fortifikazzjonijiet madwar il-kosta tal-Gżejjer Maltin. Illum hemm ristorant fil-binja tal-batterija.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Batterija ta' Ferretti nbniet fl-1715-16 bħala parti mill-ewwel programm ta' bini ta’ batteriji kostali f’Malta. Kienet parti minn katina ta’ fortifikazzjonijiet intenzjonati biex jiddefendu l-Bajja ta’ Marsaxlokk, li kienet tinkludi wkoll sitt batteriji oħra, it-Torri ta’ San Luċjan, żewġ torrijiet iżgħar ta' De Redin, erba’ torrijiet oħra u tliet trunċiera.[3] Il-batterija ngħatat l-isem tal-kavallier Francesco Maria Ferretti, li pprovda aktar minn 900 skudi għall-bini tagħha.[4]
Il-batterija tikkonsisti fi pjattaforma semi-ċirkolari għall-kanun, b'parapett li fih tmien qasmiet. Il-garġi tiegħu għandhom żewġ blockhouses marbuta b'redent, li kollha fihom lakuni għall-musketterija. Ir-redent fih id-daħla prinċipali, li kienet imżejjna b'tliet armi, issa mħassra. Il-batterija kellha wkoll foss tal-blat baxx li m'għadux jeżisti.
Il-batterija ġiet dekummissjonata f'xi punt fis-seklu 19, u aktar tard ġiet konvertita f'residenza tas-sajf u boathouse. Twaqqa’ iz-zuntier bir-taqsimiet tiegħu, filwaqt li l-foss inbidel f’gandott mimli ilma baħar. Inbena ħajt għoli għall-ilqugħ mill-baħar madwar il-batterija.
Fil-preżent
[immodifika | immodifika s-sors]Illum, il-batterija tintuża bħala ristorant jismu Ferretti. Ir-restorant iservi ikel tipikamet Mediterranju, u huwa fost l-aktar ristoranti popolari fin-nofsinhar ta' Malta.[5]
L-istruttura nnifisha tinsab fi stat tajjeb ta' preservazzjoni. Xi wħud mit-taqsimijiet neqsin reġgħu nbnew, u minkejja xi alterazzjonijiet moderni, l-istruttura għadha żżomm ħafna mill-karatteristiċi oriġinali tagħha.[4]
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]-
Il-pjattaforma tal-kanuni, issa t-terrazzin tar-ristorant
-
Il-foss u l-ħajt għall-ilqugħ tal-baħar
-
Il-blockhouse u redent
-
Lakuni tal-musketterija
-
Ġewwa r-ristorant b'lakuni tal-musketterija użati bħala twieqi żgħar
-
Il-foss
-
Il-pjattaforma tal-kanun u parapett bit-taqsimiet
-
Id-daħla moderna għar-ristorant
-
Il-ħajt tal-ilqugħ mill-baħar bil-batterija fl-isfond
-
Id-daħla oriġinali tal-batterija
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Farrugia Randon, Stanley (2015). Heritage Saved – Din l-Art Ħelwa – 1965–2015. Luqa: Miller Distributors Ltd. p. 118. ISBN 9789995752132.
- ^ Dillon, Paddy (26 November 2013). Walking in Malta: 33 Routes on Malta, Gozo and Comino. Cicerone Press. pp. 52–. ISBN 978-1-84965-975-8.
- ^ "Vendôme Tower" (PDF). Mare Nostrum. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-31 May 2015. Miġbur 14 June 2015.
- ^ a b "Ferretti Battery". maltamilitary.0catch.com. Arkivjat minn l-oriġinal fl-20 April 2016. Miġbur 14 June 2015. Żball fl-użu tar-referenzi: Invalid
<ref>
tag; name "maltamilit" defined multiple times with different content - ^ "Ferretti". mydestination.com. Miġbur 14 June 2015.