Aqbeż għall-kontentut

Flotta tal-Ordni ta’ San Ġwann

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-flotta tal-Ordni ta' San Ġwann, magħrufa wkoll bħala l-Forza Navali Maltija wara l-1530, kienet l-ewwel forza navali ta' ordni. Ġiet stabbilita fil-Medju Evu, lejn l-aħħar tas-seklu 12. Il-flotta laħqet il-quċċata tagħha fis-snin tmenin tas-seklu 17, matul ir-renju tal-Gran Mastru Gregorio Carafa.[1] l-flotta ġiet xolta wara l- invażjoni Franċiża ta' Malta fl-1798, u l-bastiment tagħha ttieħdu mill-Forza Navali Franċiża.

Żmien medjevali

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kavallieri Ospitallieri ġew stabbiliti madwar l-1099 biex jieħdu ħsieb il-pellegrini fl-Art Imqaddsa. L-Ordni ġiet approvat minn bolla pontifika fl-1113, u eventwalment ir-rwol tagħha nbidel biex jinkludi wkoll id-difiża tal-pellegrini. Sa nofs is-seklu 12, l-Ordni kienet xtrat l-ewwel bastimentii għat-trasport tagħha. Eventwalment, bdiet tibni l-bastimenti tagħha stess, u kellha tarzna f'Acre. Fis-snin għoxrin tas-seklu 13, l-Ordni bagħtet xi bastimenti biex jappoġġjaw il-Kruċjata Aragoniża.[2]

Wara t-telfa ta' Acre fl-1291, l-Ospitalieri marru Ċipru. Il-Papa Nikola IV ħeġġeġ lill-Ospitalieri u ordnijiet militari oħra bħall- Kavallieri Templari biex jibnu l-flotot tagħhom stess, sabiex jinfurzaw imblokk fuq l-Eġittu. F'Diċembru tal-1291, il-Papa talab li nofs id-dħul tal-Ordni fl-Ewropa kellu jintuża biex tinbena l-flotta, u f'Jannar tal-1292, il-Papa awtorizza lill-Ordni biex tuża l-iġfna il-ġodda tagħha biex tiddefendi r-Renju Armen ta' Ċiliċja.[2]

L-ewwel referenza għal ammirall tal-flotta tal-Ordni tidher fl-1299. Sal-1306, l-Ordni kienet adattata sew għat-taqbiid navali, u kienet bdiet issir qawwa marittima rinomata.[2]

L-Ordni ħatfet il-gżira ta' Rodi mill-Imperu Biżantin fl-1309, u sussegwentement stabbilixxa l-bażi tagħha hemmhekk.[3] Peress li l-Ordni issa kienet ibbażata fuq gżira, il-flotta tagħha saret komponent essenzjali għad-difiża.[4]

L-Ospitalieri ġġieldu diversi battalji navali fil-Baħar Eġew matul dan il-perjodu, bħall-Battalja ta' Chios fl-1319, u appoġġaw kruċjati navali oħra, bħal f'Ewbea fl-1344.[4]

Pittura li turi iġfna Maltin jaqbdu bastiment Ottoman fil-Fliegu ta’ Malta fl-1652.

L-Imperu Ottoman rebaħ lura l-ġżira ta' Rodi wara assedju ta' sitt xhur fuq l-Ordni fl-1522. Wara ftit ta’ snin ta’ ċaqliq minn post għall-ieħor fl-Ewropa, l-Imperatur Karlu V offra l-pussess tal-gżejjer ta’ Malta u Għawdex, kif ukoll il-port ta’ Tripli, lill-Ordni. L-Ordni waslet Malta fis-26 ta’ Ottubru 1530 fuq numru ta’ bastimenti, fosthom San Giovanni, Santa Croce, San Filippo, u x-xempju <i id="mwUg">Santa Anna</i>.[5]

Waqt li kienet ibbażata f'Malta, l-Ordni u l-flotta tagħha pparteċipaw f'numru ta' battalji navali kontra l-Forza Navali Ottomana jew il-pirati ta' Barbarija. L-Ordni bagħtet karrakka u erba’ iġfna biex jappoġġjaw lill-Imperu Spanjol u l-alleati tiegħu fil- konkwista ta’ Tunis fl-1535. Ipparteċipa wkoll fil-Battalja ta’ Preveza (1538), l-ispedizzjoni tal-Alġerija (1541) u l-Battalja ta’ Djerba (1560), li fiha l-Ottomani kienu rebbieħa fuq il-forzi Kristjani.

Erba’ mill-iġfna tal-Ordni, Santa Fè, San Michele, San Filippo u San Claudio, għerqu f’tromba fil-Port il-Kbir fl-1555. Dawn ġew mibdula b’fondi mibgħuta minn Spanja, l-Istati Papali, Franza u l-Pirjol ta’ San Giles. Inbena ġiifen ieħor imħallas mill-Gran Mastru Claude de la Sengle.[6]

Meta bdiet tinbena l-belt Valletta fis-snin sittiin tas-seklu 16, kien hemm pjanijiet biex jinbena armament u mandracchio għall-flotta tal-Ordni. L-armament qatt ma nbena, u waqt li beda x-xogħol fuq il-mandracchio, waqaf u ż-żona saret magħrufa bħala l- Manderaggio.[7] Eventwalment, inbena armament fil-Birgu fl-1597. Inbena baċir fil-foss tal-Belt Valletta fl-1654, iżda ingħalaq fl-1685.[8]

Tlieta mill-bastamenti tal-Ordni pparteċipaw fil-Battalja ta' Lepanto tal-1571, li kienet rebħa deċiżiva għall-Lega Mqaddsa. Il-qawwa Ottomana fil-Mediterran bdiet tonqos wara din il-battalja, u eventwalment l-Ordni bdiet tippermetti l-korserija kontra bastimenti Musulmani li jivvjaġġaw qrib l-Afrika ta’ Fuq u l-Levant.

Il-Battalja tad-Dardanelli tal-1656, li fiha flotta Venezjana-Ospitaliera għelbet forza Ottomana akbar. Il-kmandant tal-flotta Ospitaliera kien Gregorio Carafa, li aktar tard sar Gran Mastru tal-Ordni

Il-flotta tal-Ordni pparteċipat f'għadd ta' Gwerer Ottomani-Venezjani fis-seklu 17 u fil-bidu tas-seklu 18. Ingaġġ notevoli kien l-azzjoni tat-28 ta' Settembru 1644, li wasslet biex faqqgħet il- Gwerra ta' Kreta. Il-flotta laħqet il-quċċata tagħha fis-snin 1680, waqt il-maġistratura ta’ Gregorio Carafa.[1] F’dan il-punt, it-tarzna fil-Birgu ġiet imkabbra.[8]

Il-flotta u t-tarzna tal-Ordni bdew jonqsu wara l-1740, bħala parti mit-tmiem tal-Ordni bħala potenza politika.[8] L-aħħar impenn tagħha kien fl-invażjoni Franċiża ta’ Malta fl-1798. Fl-10 ta’ Ġunju, ġifen, żewġ galljotti u xalup ħarġu mill-Port il-Kbir u għamlu attakk bla suċċess kontra l-qawwiet Franċiżi li niżlu fil-Bajja ta' San Ġiljan u l-Bajja ta’ San Ġorġ.[9]

Wara l-kapitulazzjoni tal-Ordni fit-12 ta’ Ġunju 1798, il-bastimenti kollha tagħha nqabdu kollha mill-Franċiżi. Il-vapuri tal-linja <i id="mwkA">San Zaccharia</i> u <i id="mwkg">San Giovanni</i> u l-frejgata <i id="mwlA">Sante Elisabeth</i> ġew ikkummissjonati fil-Forza Navali Franċiża n- u ngħataw l-isem ġdid ta' Dégo, Athénien u Carthaginoise. It-tliet bastimenti baqgħu Malta matul l-imblokk Brittaniku ta’ Malta, u ċedew għall-Ingliżi fl-1800. L-Ingliżi kissru d-Dégo u l-Carthaginoise, iżda kkummissjonaw Athénien fir-Royal Navy bħala HMS Athenienne . Hija ġġarfet barra Sqallija fl-1806.

Ġifen Malti tas-seklu 17

Il-flotta tal-Ordni kellha numru ta’ tipi differenti ta’ bastimenti matul is-sekli. Sas-seklu 17, il-flotta kienet tikkonsisti prinċipalment minn iġfna, li kienu f'diversi daqsijiet. Xi drabi, il-flotta kienet tinkludi wkoll galljuni, karrakki, frejgati jew xebekk .

Il-Gran Mastru kellu wkoll barkun ċerimonjali, li kien jintuża għal okkażjonijiet speċjali.

  1. 1 2 Bertoni, Luisa (1976). Dizionario Biografico degli Italiani - Volume 19 (bit-Taljan). Miġbur 18 September 2015.
  2. 1 2 3 Riley-Smith, Jonathan (2012). The Knights Hospitaller in the Levant, c.1070–1309. Palgrave Macmillan. pp. 92–93. ISBN 9780230290839.
  3. Knight, Kevin. "Hospitallers of St. John of Jerusalem". Catholic Encyclopedia. Miġbur 18 September 2015.
  4. 1 2 The Military Orders: On land and by Sea. Ashgate Publishing, Ltd. 2008. ISBN 9780754662877.
  5. "Birgu's Fortifications". Birgu Local Council. Arkivjat minn l-oriġinal fl-29 September 2015. Miġbur 18 September 2015.
  6. Abela, Joe. "Claude de la Sengle (1494 - 1557)". Senglea Local Council. Miġbur 18 September 2015.
  7. Attard, Sonia. "The Valletta Fortifications". aboutmalta.com. Miġbur 18 September 2015.
  8. 1 2 3 Sciberras, Sandro. "Maltese History – B. The Order's Naval Establishments" (PDF). St. Benedict College. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-30 April 2015.
  9. Spiteri, Stephen C. (2011). "Fort Tigné 1792". Arx Occassional Papers (bl-Ingliż). 1: 68. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-06-14 via Wayback Machine. Parametru mhux magħruf |access-date= injorat (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)