Filatelija
Il-filatelija hija l-istudju tal-bolol tat-taxxa jew tal-bolol postali. Din tinkludi l-iddisinjar, il-produzzjoni u l-użi tal-bolol wara li tingħata l-awtorizzazzjoni li jinħarġu, is-soltu mingħand uffiċjali tal-gvern bħall-awtoritajiet postali. Il-filatelija hija l-attività distinta fejn jiġu studjati l-bolol, li tista’ tinkludi l-kollezzjoni tal-bolol. Ngħidu aħna, xi filatelisti jistudjaw bolol estremament rari mingħajr ma jkollhom kopji għalihom stess, għaliex jiswew ħafna flus jew għaliex l-aħħar eżemplari jinsabu fil-mużewijiet. Min-naħa l-oħra, il-kollezzjoni tal-bolol fiha nfisha hija l-ksib ta’ bolol, xi drabi mingħajr kunsiderazzjoni għall-oriġini jew għall-użu tagħhom.
Etimoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]Sal-lum il-ġurnata, il-ħolqien tal-kelma “filatelija” fil-forma Franċiża tagħha hija storikament attribwita lil Georges Herpin fil-pubblikazzjoni Le Collectionneur de timbres-postes, Vol. 1, 15 ta’ Novembru, 1864. Hija mibnija mill-kelmiet Griegi philos (φίλος li tfisser “ħabib”), u ateleia (ἀτέλεια li tfisser “eżenti mid-dazji u t-taxxi”[1]) peress li l-bolol postali jindikaw li d-destinatarju ma għandux iħallas għas-servizz minħabba li dawn huma minnhom infushom mezz li jiffranka u li għaldaqstant jikkonfermaw li l-ħlasijiet postali jkunu saru minn qabel mingħand dak li jibgħat, jew mingħand ħaddieħor. It-termini alternattivi “timbrofilija” u “timbroloġija” huma ħafna inqas komuni.
L-oriġini tal-filatelija tinsab fl-osservazzjoni li f’munzell bolol li jidhru kollha tal-istess tip, eżaminazzjoni ta’ aktar reqqa turi li hemm tipi differenti ta’ karta, filigrani differenti fil-karta, varjazzjonijiet fl-ilwien tal-kuluri, perforazzjonijiet differenti, u tipi oħra ta’ differenzi. Mill-paragun mar-rekords tal-awtoritajiet postali jista’ joħroġ li l-varjazzjonijiet setgħu kienu intenzjonati, li imbagħad iwassal għal aktar stħarriġ dwar kif setgħu seħħew il-bidliet u għalfejn. Huwa interessanti wkoll li eluf ta’ falsifikazzjonijiet inħolqu matul is-snin, b’uħud minnhom tajbin ħafna, u għarfien komplet tal-filatelija biss jista’ jagħti xi tama li jiġu skoperti l-falsifikazzjonijiet.
Waħda mill-ispjegazzjonijiet għall-varjazzjoni kollha li teżisti hija li l-istampar tal-bolol kien fost it-tentattivi tal-bidu għall-produzzjoni bil-massa fuq skala kbira mill-awtoritajiet postali. Saħansitra fis-seklu 19, il-bolol kienu qegħdin joħorġu bil-biljuni, aktar minn kwalunkwe tip ieħor ta’ oġġett immanifatturat dak iż-żmien.
L-Oqsma tal-Filatelija
[immodifika | immodifika s-sors]
Filatelija bażika, jew teknika, hija għaldaqstant l-istudju tal-aspetti tekniċi tal-produzzjoni tal-bolol u l-identifikazzjoni tagħhom. Din tinkludi l-istudju tal-:
- Proċess inizzjali tal-iddisinjar tal-bolla
- Karta (li tinkludi wkoll il-filigrana)
- Metodi ta’ stampar (l-inċiżjoni, it-tipografija, eċċ.)
- Gomma
- Separazzjoni (eż. il-perforazzjoni)
- Soprastampi fuq bolol diġà maħruġa
- Falzitajiet u falsifikazzjonijiet filateliċi, b’mod speċjali l-identifikazzjoni tal-falsifikazzjonijiet.
L-Istrumenti tal-Filatelija
[immodifika | immodifika s-sors]Dawn huma l-istrumenti meħtieġa fil-filatelija: il-lenti, il-pinzetta, l-odonometru, il-filigranoskopju, albums għall-konservazzjoni tal-bolol u l-katalgu.
- Il-lenti sservi sabiex wieħed jara l-irqaqat tal-vinjetta u d-dentellatura bl-għan li jinduna, fejn ikun hemm, bl-imperfezzjonijiet eventwali jew bid-differenzi u s-sottotipi bejn, ngħidu aħna, żewġ bolol tal-istess ħarġa iżda wkoll bejn bolla ġenwina u oħra falza. L-evoluzzjoni tagħha hija l-kontafili, strument użat ukoll mill-ħaddiema tad-deheb, li jkabbar minn tal-anqas x4.
- Il-pinzetta għandha l-għan waħdieni li tmiss il-bolla mingħajr ebda kuntatt mal-idejn, u allura mingħajr ma titħalla fuqha ebda tebgħa jew umdità. Infatti l-għaraq ta' mas-subgħajn huwa b'mod partikolari ta' ħsara għall-gomma. Bħala regola, wieħed għandu dejjem juża l-pinzetta meta jaħdem bil-bolol.
- L-odonometru jservi sabiex ikejjel bi preċiżjoni d-dentellatura tal-bolol skont l-ispazju li jifred dent minn ieħor. L-għarfien preċiż tad-dentellatura jippermetti l-klassifikazzjoni korretta ta' kull bolla.
- Il-filigranoskopju huwa friskatur żgħir iswed fejn meta l-bolla tixxarrab bil-qtar tal-petrol rettifikat jew bl-ilma distillat il-filigrana tista' tiġi tidher perfettament (din l-analiżi hija possibbli biss fuq il-bolol użati sabiex ma jsirx ħsara lill-gomma).
- L-album huwa ktieb magħmul minn bosta paġni magħqudin f'daqqa sabiex il-bolol jinżammu f'kundizzjoni ottimali.
- Il-katalgu huwa indispensabbli għaliex huwa referenza għall-klassifikazzjoni tal-bolol fuq bażi ta' min iddiżinja l-bolla, min stampaha u s-sena tal-ħruġ u l-varjetajiet. Barra minn hekk, jagħti wkoll indikazzjoni tal-valur ekonomiku.
Il-Karatteristiċi ta' Bolla ta' Kwalità Tajba
[immodifika | immodifika s-sors]
Il-kwalità hija parametru fundamentali sabiex jiġi ddeterminat il-valur ta' bolla. Għall-bolol ġodda din hija bbażata fuq kemm il-gomma fuq il-wara tkun friska. Il-gomma sikwit tiddeterjora minħabba konservazzjoni ħażina f'ambjent umdu, fejn jinħolqu tebgħat ta' ossidazzjoni jew marki sofor kbar.
- Id-denti għandhom ikunu kollha preżenti u tal-istess tul ħlief fil-każijiet ta' dawk il-bolol maħruġa mingħajr dentellatura li jridu jippreżentaw marġnijiet tajba.
- Il-vinjetta għandha tkun iċċentrata tajjeb ħafna, jiġifieri għandu jkun hemm marġni ndaqs bejn l-erba' lati tal-vinjetta u d-dentellatura.
- Il-karta m'għandhiex tkun irqiqa jew mibruxa.
- Il-kulur għandu ikun ċar u ma jridx ikun bjad.
- Il-gomma għandha tkun sħiħa u mingħajr tebgħat sofor.
- Jekk il-bolla hija użata, it-timbru għandu jkollu d-data tinqara u ma jkunx oħxon wisq.
Il-Bolol Miksurin jew f'Kundizzjoni Ħażina Ħafna
[immodifika | immodifika s-sors]
Ta' min jiċċara li fil-kollezzjoni personali tiegħu, wieħed jista' jdaħħal il-bolol kollha li jrid. Kull bolla hija fil-veru sens biċċa storja unika li ma tinġiebx lura, indipendentement mill-istat tal-konservazzjoni. Madanakollu ta' min jinnota li fil-filatelija (il-kummerċ, it-tpartit u l-espożizzjonijiet) il-bolol miksurin jew difettużi m'għandhom prattikament ebda valur ħlief f'xi każi eċċezzjonali bħall-bolol ta' rarità kbira fejn b'perċentwali baxxa ta' valur (5 - 10%) jistgħu jinbiegħu xorta.
- Huma definiti bħala bolol miksurin:
- Bolol li għandhom biċċiet neqsin
- Bolol imqattgħin jew maqtugħin
- Bolol imtaqqba
- Bolol b'denti neqsin
- Bolol mibruxin minn quddiem
- Bolol b'karta irqiqa minn wara
- Huma definiti bħala bolol fi stat ħażin ħafna ta' konservazzjoni:
- Bolol b'karta ftit irqiqa minn wara
- Bolol mitwija
- Bolol b'denti qosra
- Bolol irvinati bl-umdità
- Bolol b'tebgħat sofor fuq il-gomma
Organizzazzjonijiet
[immodifika | immodifika s-sors]
Ġenerali
[immodifika | immodifika s-sors]- Fédération Internationale de Philatélie
Académie Européenne de Philatélie
American Philatelic Society
Federação Brasileira de Filatelia
Federação Portuguesa de Filatelia
GEOPHILA Association
National Philatelic Society UK
The Royal Philatelic Society of Canada
Royal Philatelic Society London
Digital Philatelic Workshop
Skont il-Pajjiż
[immodifika | immodifika s-sors]American First Day Cover Society
U.S. Philatelic Classics Society
Pennsylvania Postal History Society
Féderación Argentina de Entidades Filatélicas
Australian Philatelic Federation
British North American Philatelic Society
Cyprus Philatelic Society
Hellenic Philatelic Federation
Hellenic Philotelic Society
Italy and Colonies Study Circle
Mexico Elmhurst Philatelic Society International
Royal Philatelic Society of New Zealand Inc
Federation of Norwegian Philatelists
The Rossica Society of Russian Philately
The Ottoman and Near East Philatelic Society
Oriental Philatelic Association of London
Philatelic Traders Society (London)
Welsh Philatelic Society
Tematiċi
[immodifika | immodifika s-sors]- Scouts on Stamps Society International
American Topical Association
Old World Archaeological Study Unit
- Wreck & Crash Mail Society
Thematic Collecting Group in South Africa
Mużewijiet Postali
[immodifika | immodifika s-sors]Canadian Postal Museum
Musée de La Poste
National Postal Museum (USA)
The British Postal Museum & Archive
British Library Philatelic Collections
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Smith, Sir William, et al (Editors) A Dictionary of Greek and Roman Antiquities (John Murray, London 1891) Third Edition, Vol. 1, p. 166
- Leon Norman Williams, Fundamentals of Philately (American Philatelic Society, 1990)
- Richard McP. Cabeen, Standard Handbook of Stamp Collecting (Harper & Row, 1979)