Aung San Suu Kyi

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aung San Suu Kyi

Vuċi
1. Kunsillier Statali ta' Burma/Myanmar

6 April 2016 - 1 Frar 2021
← no value
Ministru għall-Edukazzjoni (Burma/Myanmar)

30 Marzu 2016 - 5 April 2016
Ministru għall-Affarijiet Barranin (Burma/Myanmar)

30 Marzu 2016 - 1 Frar 2021
Wunna Maung Lwin (en) Translate - Wunna Maung Lwin (en) Translate
Ministru tal-Uffiċċju tal-President

30 Marzu 2016 -
Ministru għall-Enerġija Elettrika (Burma/Myanmar)

30 Marzu 2016 - 5 April 2016
President


Membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti ta' Burma/Myanmar

Ħajja
Twelid Yangon, 19 Ġunju 1945 (78 sena)
Nazzjonalità Myanmar/Burma
Residenza Lag ta' Inya
New Delhi
Oxford
Belt ta' New York
Londra
Shimla
Myanmar/Burma
Yangon
Grupp etniku Bamar (en) Translate
L-ewwel lingwa Burmiż
Familja
Missier Aung San
Omm Khin Kyi
Konjuga/i Michael Aris (en) Translate  (1 Jannar 1972 -  27 Marzu 1999)
Ulied
Aħwa
uri
Edukazzjoni
Alma mater Convent of Jesus and Mary (en) Translate
Basic Education High School No. 1 Dagon (en) Translate
University of Delhi (en) Translate
Lady Shri Ram College for Women (en) Translate
(1960 - 1964) : political science (en) Translate
St Hugh's College (en) Translate
(1964 - 1967) Ġuvni : Filosofija, Politika u Ekonomija
School of Oriental and African Studies, University of London (en) Translate
(1987 - unknown value) : letteratura ta' Burma/Myanmar
Livell tal-edukazzjoni PhD fil-filosofija
Lingwi Burmiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
kittieb
attivist għad-drittijet umani
Impjegaturi Ġnus Magħquda
Xogħlijiet importanti Freedom from Fear (en) Translate
Premjijiet
Sħubija International Institute for Democracy and Electoral Assistance (en) Translate
ARTICLE 19 (en) Translate
The Elders (en) Translate
Club of Madrid (en) Translate
Fellow of the Royal College of Surgeons of Edinburgh (en) Translate

Aung San Suu Kyi (twieldet f'Yangon fid-19 ta' Ġunju 1945) hija politika Birmana, mexxejja tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija, il-partit politiku li waqqfet hi u li rebaħ l-uniċi elezzjonijiet li saru fi kważi erbgħin sena ta' dittatura militari f'pajjiżha. Minn dak iż-żmien 'l hawn Aung San għamlet ħmistax-il sena arrestata f'darha u l-mexxejja l-oħrajn tal-partit tagħha ntefgħu l-ħabs. Dan iż-żmien kollu qattgħetu weħidha f'darha filwaqt li l-familja tagħha kienet tinsab l-Ingilterra. Inħelset biss nhar it-13 ta' Novembru 2010. F'Diċembru 2021 reġgħet intefgħet il-ħabs għal erba' snin li ġew miżjuda l-ewwel b'erba snin oħra f'Jannar 2022 u mbagħad b'ħames snin oħra f'April 2022 fuq akkużi ta' korruzzjoni.[1][2] In-Nazzjonijiet Uniti u l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi Ewropej u l-Istati Uniti kkundannaw l-arresti, il-proċedimenti tal-ġuri u s-sentenzi bħala motivati politikament.[3]

Tfulija[immodifika | immodifika s-sors]

Aung San Suu Kyi hija bint l-eroj tal-indipendenza tal-Birmanja, Aung Sang, meqjum mill-poplu u maqtul ftit wara li pajjiżu kiseb il-ħelsien fl-għomor ta' 32 sena meta hi kien għad għandha sentejn. F'missierha hija kellha mera ta' kuraġġ kbir. Meta ommha nħatret ambaxxatur tal-Birmanja fl-Indja, marret magħha u hemmhekk interessat ruħha fil-filosofija tan-non-vjolenza ta' Mahatma Gandhi.

Fl-Ingilterra[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-Indja, Aung San telgħet l-Ingilterra biex tistudja l-filosofija, il-politika u l-ekonomija fl-Università ta' Oxford. Hemm iltaqgħet ma' Michael Aris, studjuż tal-politika tad-dinja tal-Lvant, u fl-1972 iżżewġitu, issetiljaw f'Oxford fejn Michael kien jgħallem fl-Università u kellhom żewġt itfal, Alexander u Kim. Hi ngħatat għall-ħajja tal-familja u fl-istess ħin baqgħet tistudja. Iżda hi u Michael kienu diġà qablu li 'l quddiem għad tmur lura lejn il-Birmanja. Fl-ittri tagħha lil Michael, meta kienet mifruda minnu minħabba x-xogħol li kellha fi New York fis-Segretarjat tal-Ġnus Magħquda, Aung San tat xhieda tal-imħabba li għandha lejn art twelidha, kemm tħoss li x-xorti tagħha kienet marbuta max-xorti ta' pajjiżha, u kemm tħoss li hi tinsab imsejħa biex taqdi dmirha bħalma qdieh missierha

Lura fil-Birmanja[immodifika | immodifika s-sors]

Aung San Suu Kyi (2011)

Kien fl-1988 meta Aung San irċeviet telefonata li tgħid li ommha tatha puplesija gravi. Minnufih ippakkjat u marret Rangoon, il-belt kapitali tal-Birmanja, li dak iż-żmien kienet maħkuma minn dimostrazzjonijiet u protesti kontra d-dittatura militari tal-ġeneral Ne Win. Waqt li kienet Rangoon ħafna dimostranti sfaw maqtula fit-triqat tal-belt. Quddiem nofs miljun dimostrant, quddiem ir-ritratt ta' missierha, Aung San stqarret li hi ma tistax tkun bint missierha u tibqa' bierda għal dak li kien qed jiġri.

Fi żmien ftit ġimgħat hi u sħabha waqqfu l-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija u Aung San intgħażlet bħala segretarju ġenerali li prattikament tfisser li saret mexxejja. Minn hawn bdiet ħajja ġdida għal Aung San, ħajja li firditha mill-familja tagħha, minn żewġha u wliedha, li baqgħu jgħixu fl-Ingilterra għax il-Birmanja ma kinitx toffri sigurtà lilhom, billi d-dittatura militari biddlet il-mexxejja tagħha imma żammet l-id tal-ħadid li biha dejjem imxiet mal-poplu. Aung San issagrifikat l-hena tagħha u l-ħajja komda li setgħet tgħix biex tagħti sehemha għall-ħelsien ta' pajjiżha mit-tirannija. Issagrifikat il-libertà tagħha b'solidarjetà mal-poplu biex issaħħaħ il-għajta tiegħu għal-libertà u għad-demokrazija.

Id-dittatura militari xtaqet teħles minnha imma l-prestiġju li tgawdi minħabba missierha żamm lill-ġenerali milli joqtluha jew jittorturawha. Xtaquha titlaq mill-pajjiż imma hi qagħdet attenta biex qatt ma jkollha għalfejn toħroġ mill-Birmanja, la minħabba l-familja u lanqas meta rebħet il-Premju Nobel, li mar iġibu żewġha u t-tfal. Tant tħobb lil art twelidha li kellha tiċċaħħad milli tara lil uliedha jitrabbew u milli tkun qrib żewġha Michael meta dan marad bil-kanċer u wasal biex miet bla ma setgħet tkun ħdejh. Il-ġenerali għall-ewwel bdew iħallu lil żewġha u lit-tfal jiġu jżuruha bit-tama li dawn iħajruha tħalli l-pajjiż biex tgħix magħhom fl-Ingilterra. Imma meta raw li kien għalxejn, anke dan il-faraġ neħħewlha, għax ma baqgħux jingħataw il-permess jiġu jżuruha. F'intervista li tat lil Alan Clements, Aung San stqarret l-għażliet tagħha: "Naturalment kont nixtieq li kieku kelli l-familja tiegħi madwari – speċjalment kont nixtieq inrabbi lil uliedi u narahom jikbru. Imma dik hija biss parti minn ħajti, art twelidi hija wkoll parti minn ħajti. Naf li jkollok tagħżel fil-ħajja u tissagrifika ċerti ħwejjeġ."

Ħelsien[immodifika | immodifika s-sors]

F'Mejju 2002, Aung San inħelset mill-arrest u tgħidx kemm kien hemm ferħ u ċelebrazzjonijiet fil-pajjiż u anke fid-dinja. Imma ma tantx damet fil-libertà għax il-ħidma tagħha fil-pajjiż qanqlet ir-rabja tar-reġim u spiċċat biex ftit aktar minn sena wara reġgħet lura għall-arrest f'darha, wara li żammewha tliet xhur fil-ħabs. Aung San saret l-aktar priġunier tal-kuxjenza magħrufa fid-dinja. Kellhom jgħaddu disa' snin biex Aung San tinħeles għalkollox, wara ħafna pressjoni internazzjonali. Żewġha kien miet iżda binha Kim, seta' jmur jaraha wara li kien ilu ma jagħmel dan għaxar snin sħaħ. F'Diċembru 2011, il-Papa bagħat lill-Kardinal Renato Martino f'Burma biex jiltaqa' ma' Aung San Suu Kyi u miegħu bagħat ittra sabiħa ta' inkoraġġiment, li hi apprezzat ħafna.

Eletta fil-Parlament[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar l-1 ta' April 2012, Aung San kienet eletta fil-Parlament, u l-Partit tagħha rebaħ 43 mill-45 siġġu vakanti tal-Kamra l-Baxxa tal-Parlament. Iżda l-ġlieda tagħha għal-libertà għadha ma ntrebħitx għalkollox. It-triq għadha waħda twila iżda l-kisbiet li dil-mara kuraġġuża rnexxielha twettaq mingħajr vjolenza mhumiex kisbiet żgħar.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Predeċessur
Partit ġdid
Kap tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija
1988–preżent

Suċċessur
Attwali

Predeċessur
Mikhail Gorbachev
Premju Nobel għall-Paċi
1991

Suċċessur
Rigoberta Menchú

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Paddock, Richard C. (27 April 2022). "Aung San Suu Kyi Found Guilty in Myanmar Ahead of Biden Summit". The New York Times. ISSN 0362-4331.
  2. ^ "Aung San Suu Kyi: Myanmar sentences ex-leader to jail for corruption" (bl-Ingliż). 2022-04-27. Miġbur 2022-09-02.
  3. ^ "Myanmar's junta condemned over guilty verdicts in Aung San Suu Kyi trial". the Guardian (bl-Ingliż). 2021-12-06. Miġbur 2022-09-02.