Alphonse Daudet
Alphonse Daudet (Franċiż: [dodɛ]; 13 ta' Mejju 1840 – 16 ta' Diċembru 1897) kien rumanzier Franċiż. Kien żewġ il-kittieba Julia Daudet u missier Edmée Daudet, u l-kittieba Léon Daudet u Lucien Daudet.
Żgħożija
[immodifika | immodifika s-sors]Daudet twieled Nîmes, Franza.[1] Niesu, miż-żewġ naħat, kienu membri tal-bourgeoisie. Missieru, Vincent Daudet, kien produttur tal-ħarir — bniedem li ħajtu kienet mimlija sfortuna u falliment. Alphonse kien jiskarta ħafna mill-iskola u kellu tfulija mimlija dwejjaq. Fl-1856 ħalla Lyon, fejn għex matul il-parti l-kbira tas-snin tal-iskola, u beda karriera bħala għalliem tal-iskola f'Alès, Gard, fin-nofsinhar ta' Franza. Daudet sab dan l-impjieg intollerabbli u aktar tard kien jgħid li kien jistenbaħ imwerwer, jaħseb li għadu fil-klassi qalb l-istudenti bla dixxiplina li kellu.[2] Insibu dawn l-esperjenzi riflessi fir-rumanz tiegħu Le Petit Chose.
Fl-1 ta' Novembru 1857, abbanduna t-tagħlim u mar joqgħod ma' ħuh Ernest Daudet, xi tliet snin akbar minnu, li kien qiegħed jipprova jagħmel karriera bħala ġurnalista Pariġi. Alphonse beda jikteb u ppubblika l-poeżiji tiegħu f'volum żgħir, Les Amoureuses (1858), li intlaqa' tajjeb mhux ħażin. Sab impjieg ma' Le Figaro, li dak iż-żmien kienet taħt Cartier de Villemessant, editur enerġetiku, kiteb tnejn jew tliet drammi, u beda jsir magħruf fil-kommunitajiet letterarji bħala bniedem ta' distinzjoni li jipprometti. Id-Duka ta' Morny, il-ministru ta' qawwa kbira ta' Napuljun III, ħatru bħala wieħed mis-segretarji tiegħu — impjieg li żamm sal-mewt tad-duka fl-1865.[2]
Karriera Letterarja
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1866, il-kollezzjoni ta' novelli ta' Daudet's Lettres de mon moulin (Ittri mill-Mitħna tiegħi), li kiteb Clamart, qrib Pariġi, li fiha jalludi għal mitħna f'Fontvieille, Provenza, ġibdet l-attenzjoni ta' ħafna qarrejja. L-ewwel mill-kotba tiegħu aktar fit-tul, Le Petit Chose (1868), però, ma' tantx kien popolari. Fil-parti l-kbira kien l-istorja taż-żgħożija tiegħu, irrakkontata b'ħafna ħlewwa u ħniena. Fl-1872 ħareġ il-famuż Aventures prodigieuses de Tartarin de Tarascon, u dramm fi tliet atti L'Arlésienne. Imma Fromont jeune et Risler aîné (1874) kien suċċess kbir. Il-kreatività tiegħu irriżultat f'karattri realistiċi u tipiċi.[2]
Jack, rumanz dwar tifel illeġittmu, martri tal-egoiżmu ta' ommu, li ħareġ sentejn wara, serva biex isaħħaħ l-istess impressjoni. Minn hemm 'il quddiem kellu karriera letterarja, il-parti l-kbira jikteb ir-rumanzi: Le Nabab (1877), Les Rois en exil (1879), Numa Roumestan (1881), Sapho (1884), L'Immortel (1888), jikteb għall-palk u jikteb ir-reminixxenzi: Trente ans de Paris (1887) u Souvenirs d'un homme de lettres (1888). Dawn, mat-tliet Tartarins[3] - Tartarin de Tarascon, Tartarin sur les Alpes, Port-Tarascon - u n-novelli, il-parti l-kbira miktubin qabel kisib il-fama, jifformaw il-korp tax-xogħlijiet ta' ħajtu.[2]
L'Immortel hu attakk aċituż kontra l-Académie Française, organizzazzjoni prestiġjuża li Daudet qatt ma kien membru tagħha. Daudet kiteb ukoll xi stejjer għat-tfal, fosthom La Belle Nivernaise, storja dwar dgħajsa qadima u l-ekwipaġġ tagħha, fl-1867 Daudet iżżewweġ lil Julia Allard, l-awtur ta' Impressions de nature et d'art (1879), L'Enfance d'une Parisienne (1883), u xi studji letterarji oħra miktubin taħt l-isem tal-pinna ta' "Karl Steen".[2]
Daudet ma kien bl-ebda mod fidil fiż-żwieġ, u kien wieħed minn ġenerazzjoni ta' kittieba sifilitiċi Franċiżi. [4] Matul iż-żwieġ kollu kellu relazzjonijiet sesswali ma' ħafna mill-maħbubin ta' sħabu. Daudet kellu jsofri bosta kuri u operazzjonijet ta' wġiegħ kbir għall-marda paralizzanti. L-entrati fid-djarju tiegħu dwar l-uġiegħ li bata mill-marda tabes dorsalis ġabarhom fil-volum La Doulou (La Douleur). Daudet miet Pariġi fis-16 ta' Diċembru 1897, u ndifen fiċ-Ċimiterju Père Lachaise tal-stess belt.
Opinjonijiet politiċi u soċjali, kontroversji u wirt
[immodifika | immodifika s-sors]Daudet kien monarkista u oppona r-Repubblika Franċiża b'ħerqa kbira. Daudet kien ukoll kontra 'l-Lhud, però ma kienx magħruf għalhekk daqs ibnu Léon. Il-karattru prinċipali ta' Le Nabab kien ispirat minn politiku Lhudi li ġie elett bħala deputat għal Nîmes.[5] Daudet ħareġ kontra tiegħu imma tilef. Daudet kellu ħafna nies letterarji fost ħbiebu, fosthom Edouard Drumont, li waqqaf il-Lega antisemitika ta' Franza u beda u kien jedidta il-gazzetta antisemitika La Libre Parole. Daudet kellu wkoll xi korrispondenza antisemitika ma' Richard Wagner.
Hemm min jgħid li Daudet kien jesaġera apposta r-rabta tiegħu ma' Provenza biex jippromwovi l-karriera letterarja u s-suċċess soċjali tiegħu (wara s-suċċess ta' Frederic Mistral), u anki ġibeb lil martu qabel iżżewġu dwar l-oriġni Provenzali tiegħu.[6]
Franza hemm ħafna kulleġġi u skejjel imsemmijin għalih u l-kotba tiegħu għadhom jinqraw u jiġu stampati.
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Din lista tax-xogħlijiet ewlenin ta' Daudet.
- Les Amoureuses (1858; poeżiji, l-ewwel xogħol ippubblikat).
- Le Petit Chose (1868).
- Lettres de Mon Moulin (1869).
- Tartarin de Tarascon (1872).
- L'Arlésienne (1872; novella oriġinarjament parti minn Lettres de Mon Moulin magħmula fi dramm) Tradotta għall-Malti minn Prof. Anthony Aquilina (L-Arlesjana, Faraxa Publishing 1993)
- Contes du Lundi (1873, novelli).
- Les Femmes d'Artistes (1874).
- Robert Helmont (1874).
- Fromont jeune et Risler aîné (1874).
- Jack (1876).
- Le Nabab (1877).
- Les Rois en Exil (1879).
- Numa Roumestan (1880)
- L'Evangéliste (1883).
- Sapho (1884).
- Tartarin sur les Alpes (1885).
- La Belle Nivernaise (1886).
- L'Immortel (1888).
- Port-Tarascon (1890).
- Rose and Ninette (1892).
- La Doulou (1930).
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Sketch of Alphonse Daudet," Review of Reviews, Vol. 17, Nru. 2, 1898, p. 161.
- ^ a b ċ d e Marzials, Frank Thomas (1911). "Daudet, Alphonse". Encyclopædia Britannica. 7 (11-il ed.). Cambridge University Press. p. 848.
- ^ Sachs, Murray (1966). "Alphonse Daudet's Tartarin Trilogy," The Modern Language Review, Vol. 61, No. 2, pp. 209–217.
- ^ "Alphonse Daudet's Illness," The British Medical Journal, Vol. 2, Nru. 3745, 1932, p. 722.
- ^ Mosse, Claude (2009). "Alphonse Daudet, Ecrivain Provencal?", Actualite de l'Histoire, No. 103, p. 71.
- ^ Mosse (2009), pp. 68–70.
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Dobie, G. Vera (1949). Alphonse Daudet. Londra u New York: Nelson.
- Roche, Alphonse V. (1976). Alphonse Daudet. Boston: Twayne Publishers.
- Sachs, Murray (1965). The Career of Alphonse Daudet: A Critical Study. Harvard University Press.
Qari addizzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]- Burton, Richard (1898). "Björnson, Daudet, James: A Study in the Literary Time-spirit." In: Literary Likings. Boston: Copeland and Day, pp. 107–130.
- Conrad, Joseph (1921). "Alphonse Daudet." In: Notes on Life & Letters. Londra: J.M. Dent & Sons Ltd., pp. 25–31.
- Crawford, Virginia M. (1898). "Alphonse Daudet," The Contemporary Review, Vol. 73, pp. 182–192 (Rep. in Studies in Foreign Literature. Boston: L.C. Page & Company, 1899, pp. 49–77.)
- Croce, Benedetto (1924). "Zola and Daudet." In: European Literature in the Nineteenth Century. Londra: Chapman & Hall, pp. 312–325.
- Daudet, Léon (1898). Alphonse Daudet. Boston: Little, Brown and Company.
- Doumic, René (1899). "Alphonse Daudet." In: Contemporary French Novelists. New York: Thomas Y. Crowell & Company, pp. 127–174.
- Favreau, Alphonse R. (1937). "British Criticism of Daudet, 1872-97," PMLA, Vol. 52, No. 2, pp. 528–541.
- Gosse, Edmund (1905). "Alphonse Daudet." In: French Profiles. New York : Dodd, Mead and company, pp. 108–128.
- Hamilton, C.J. (1904). "The Early Struggles of Alphonse Daudet," The Gentleman's Magazine, Vol. CCXCVII, pp. 597–608.
- Hemmings, F.W.J. (1974). "Alphonse Daudet." In: The Age of Realism. Harmondsworth: Penguin, pp. 194–200.
- Henry, Stuart (1897). "M. Daudet." In: Hours with Famous Parisians. Chicago: Way & Williams, pp. 31–76.
- James, Henry (1894). "Alphonse Daudet." In: Partial Portraits. Londra: Macmillan & Co., pp. 195–239.
- Major, John C. (1966). "Henry James, Daudet and Oxford," Notes & Queries, Vol. 13, No. 2, pp. 69–70.
- Matthews, Brander (1901). "Alphonse Daudet." In: The Historical Novel and Other Essays. New York: Charles Scribner's Sons, pp. 109–146.
- Maurice, Arthur Bartlett (1901). "Daudet and the Making of the Novel," The Bookman, Vol. 13, pp. 42–47.
- Mauris, Maurice (1880). "Alphonse Daudet." In: French Men of Letters. New York: D. Appleton and Company, pp. 219–244.
- Moore, Olin H. (1916). "The Naturalism of Alphonse Daudet," Modern Philology, Vol. 14, No. 3, pp. 157–172.
- Oliphant, Margaret (1879). "The Novels of Alphonse Daudet," Blackwood's Magazine, Vol. 125, pp. 93–111.
- Powers, Lyall H. (1972). "James's Debt to Alphonse Daudet", Comparative Literature, Vol. 24, No. 2, pp. 150–162.
- Ransome, Arthur (1913). "Alphonse Daudet." In: Portraits and Speculations. Londra: Macmillan & Co., pp. 57–70.
- Raffaëlli, Jean François (1899). "Alphonse Daudet and his Intimates," Lippincott's Magazine, Vol. 64, pp. 952–960.
- Sachs, Murray (1948). "The Role of Collaborators in the Career of Alphonse Daudet," PMLA, Vol. 73, No. 1, pp. 116–122.
- Sachs, Murray (1964). "Alphonse Daudet and Paul Arène: Some Umpublished Letters," Romanic Review, Vol. 55, pp. 30–37.
- Saylor, Guy Rufus (1940). Alphonse Daudet as a Dramatist. Philadelphia: University of Pennsylvania Press.
- Sherard, Robert Harborough (1894). "Alphonse Daudet at Home," McClure's Magazine, Vol. 3, pp. 137–149.
- Sherard, Robert Harborough (1894). Alphonse Daudet: Biographical and Critical Study. Londra: Edward Arnold.
- Taylor, Una A. (1913). "The Short Story in France," The Edinburgh Review, Vol. 218, No. 445, pp. 137–50.
- Whibley, Charles (1898). "Alphonse Daudet," The Modern Quarterly of Language and Literature, Vol. 1, No. 1, pp. 16–21.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Wikisors għandu testi oriġinali li għandhom x'jaqsmu ma' dan l-artiklu: Alphonse Daudet |
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Alphonse Daudet |
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Alphonse Daudet |
- Gutenberg Press
- Internet Archive
- Libri Vox
- Works by Alphonse Daudet, at Hathi Trust
- Works by Alphonse Daudet, at Unz.org