Tomasz Kuszczak

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Tomasz Kuszczak Football pictogram.svg
Tomasz Kuszczak.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Tomasz Kuszczak
Twelid 20 ta' Marzu 1982 (1982-03-20) (30 sena)
Krosno Odrzańskie
Pajjiż Bandiera tal-Polonja Polonja
Tul 1.91 m
Rwol Gowler
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Manchester United
Numru 29
Klabbs ġovanili

1999–2000
Śląsk Wrocław
Uerdingen
Klabbs professjonali
Snin Klabb Preż (Gwl)*
2000–2004
2004–2007
2006–2007
2007–
Hertha Berlin
West Bromwich Albion
Manchester United (self)
Manchester United
00 (0)
31 (0)
06 (0)
13 (0)   
Tim nazzjonali
2003– Polonja 06 (0)

Aġġornament: 08:03, 18 Ġunju 2009 (UTC)
* Preżenzi (Gowls)

Tomasz Kuszczak (pron. Pl-tomasz-kuszczak.ogg [ˈtɔmaʂ ˈkuʂtʂak] ; Krosno Odrzańskie, 20 ta' Marzu 1982) hu plejer tal-futbol Pollakk, li jilgħab bħala gowler mat-tim tal-Premiership Manchester United u t-tim nazzjonali tal-futbol tal-Polonja.

Kuszczak beda l-karriera tiegħu ma' Śląsk Wrocław fil-Polonja, u suċċessivament ingħaqad mat-timijiet Ġermaniżi ta' KFC Uerdingen 05 u Hertha BSC Berlin, qabel ma' fl-2004 ingħaqad mat-tim Ingliż ta' West Bromwich Albion. Matul is-sajf tal-2006 hu ttrasferixxa mat-tim ta' Manchester United wara staġun mal-ewwel tim ta' West Brom fil-Premiership.

Kuszczak għamel erbatax-il apparenza għat-tim nazzjonali tal-Polonja ta' taħt il-21 sena, u sitt apparenzi mat-tim tal-kbar.

Werrej

[editja] Karriera

[editja] Hertha Berlin

Kuszczak ingħaqad ma' Hertha Berlin fis-sena 2000, u qatta' sena mat-tim tar-riservi qabel ma kien promoss mal-ewwel tim fl-2001. Hu sussegwentament dam tliet staġuni bħala t-tielet għażla ta' gowler mal-klabb, wara Gábor Király u Christian Fiedler, u naqas biex jagħmel apparenza fil-Bundesliga. Hu kien barra mill-kuntratt ma' Hertha u wara ffirma mat-tim ta' West Brom fl-14 ta' Lulju 2004.[1]

[editja] West Bromwich Albion

Hu ddebutta mat-tim ta' West Brom fit-18 ta' Settembru 2004 f'logħba tal-Premiership kontra Fulham f'The Hawthorns, li spiċċat pari ta' 1-1. Wara hu lagħab partita tal-League Cup kontra Colchester United fil-21 ta' Settembru 2004 fejn Albion tilfu 1–2.

Kuszczak kien bejn il-lasti f'partita waħda tal-Premier League qabel il-logħba ta' West Brom kontra Manchester United fil-partita ta' qabel tal-aħħar tal-istaġun 2004-05, bil-"Baggies" f'battalja tar-relegazzjoni. Hu għamel prestazzjoni tajba ħafna, fejn issostitwixxa lill-ewwel gowler Russell Hoult li kien weġġa' fl-ewwel taqsima. West Brom spiċċaw pari ta' 1–1, b'Kuszczak jibqa' inbattibli għal 68 minuta fil-grawnd. Din il-prestazzjoni tatu l-ewwel unur tal-Plejer tal-Partita fil-Premiership. Il-ġimgħa ta' wara, fl-aħħar partita tal-istaġun kontra Portsmouth, Kuszczak kellu logħba oħra mpressjonanti, fejn West Brom irnexxielhom jirbħu 2–0, u b'hekk jevitaw ir-relegazzjoni. Fl-2005-06, Kuszczak kien suppost kellu jkun il-gowler riserva ta' Chris Kirkland. B'Kirkland imweġġa, Kuszczak għamel l-ewwel apparenza fil-Premiership ta' dak l-istaġun fit-30 ta' Ottubru 2005, imma ma setax jevita lil Newcastle United milli jirbħu 3–0. Il-prestazzjoni tjiebet, fejn irnexxielu jsir il-gowler tal-ewwel għażla. Din kompliet anki jekk Kirkland kien irritorna mill-uġigħ li kien żammu barra.

Fil-15 ta' Jannar 2006, Kuszczak kellu partita mpressjonati kontra Wigan, fejn għamel intervent importanti fuq Jason Roberts, li ippermetta li West Brom biex jirbħu 1–0.

Fis-7 ta' Lulju 2006, kien konfermat mill-kowċ ta' West Bromwich Albion Bryan Robson li Manchester United urew ix-xewqa li jakkwistaw il-plejer għal madwar £2 miljun. Fit-3 ta' Awwissu, West Bromwich Albion irrifjutaw somma ta' £2.5 miljun flimkien mas-self ta' Giuseppe Rossi, għal Kuszczak. Fl-10 ta' Awwissu 2006, Kuszczak ingħaqad ma' Manchester United fejn il-ftehim kien jinvolvi t-trasferiment tal-gowler ta' tmintax-il sena Luke Steele u d-difensur Paul McShane għal West Brom.

[editja] Manchester United

Kuszczak iddebutta fil-Premier League kontra Arsenal fis-17 ta' Settembru 2006 u hu mal-ewwel kiseb ir-rispett ta' diversi partitarji ta' Manchester United hekk kif salva penalty ta' Gilberto Silva. Imma hu, ma setax jipprevjeni l-gowl ta' Emmanuel Adebayor li ta r-rebħa ta' 1–0.

Minkejja li Kuszczak ma lagħabx logħob biżżejjed fil-Premiership għall-istaġun 2006–07, hu xorta rċieva medalja tar-rebbieħa permezz ta' applikazzjoni speċjali lill-Premier League.

Fit-2 ta' Lulju 2007, Manchester United ħabbar li t-trasferiment sar wieħed permanenti.[2]

Fit-8 ta' Mejju, f'partita tal-FA Cup kontra Portsmourh, Kuszczak irċieva karta ħamra wara daħla fuq Milan Baroš.[3] Kuzcszak kien daħal bħala sostitut għal van der Sar li kien weġġa' matul il-logħba, u b'hekk Rio Ferdinand kellu jidħol bejn il-lasti, però ma setax jipprevejeni l-penalty li wassal għall-eliminazzjoni ta' United mill-FA Cup.

[editja] Internazzjonali

Kuszczak iddebutta fil-11 ta' Diċembru 2003 kontra Malta, fejn il-Polonja ħarġu 4-0 rebbieħa.

Minħabba l-prestazzjoni tajba ma' West Brown, hu kien imsejjaħ mat-23 plejer li kienu se jieħdu sehem għall-Polonja fit-Tazza tad-Dinja 2006. Madanakollu, Kuszczak kien ir-riserva tal-gowler Artur Boruc u ma lagħbx matul it-turnew.

F'Mejju tal-2008 hu kien imsejjaħ fl-iskwadra Pollakka għall-Euro 2008 imma kellu jirtira l-parteċipazzjoni tiegħu minħabba uġigħ f'darhu.[4] Postu ħadu l-gowler ta' Korona Kielce Wojciech Kowalewski.

[editja] Unuri

[editja] Klabb

Ingilterra Manchester United

[editja] Statistika tal-karriera

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn[5] Total
App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls App Gowls
Hertha BSC 2001–02
2002–03
2003–04
Total
West Bromwich Albion 2004–05 3 0 1 0 1 0 0 0 0 0 5 0
2005–06 28 0 0 0 2 0 0 0 0 0 30 0
2006–07 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0 0
Total 31 0 1 0 3 0 0 0 0 0 35 0
Manchester United (self) 2006–07 6 0 5 0 2 0 0 0 0 0 13 0
Manchester United 2007–08 9 0 1 0 1 0 5 0 0 0 16 0
2008–09 4 0 0 0 2 0 2 0 0 0 8 0
Total 19 0 6 0 5 0 7 0 0 0 37 0
Total fil-karriera 50 0 7 0 8 0 7 0 0 0 72 0

Korretti sal-24 ta' Mejju 2009[6]

[editja] Referenzi

  1. ^ (Ingliż) "West Brom bag keeper", 14-07-2004.
  2. ^ Kuszczak pens four-year United deal. ABC Sport, 2006-08-12. Aċċess tal-URL: 31-10-2008.
  3. ^ (Ingliż) "Man Utd 0-1 Portsmouth", 08-03-2008.
  4. ^ (Ingliż) "Poland keeper Kuszczak out of European Championship", 06-06-2008.
  5. ^ Tinkludi kompetizzjonijiet kompetittivi oħrajn, fejn tinkludi l-FA Community Shield, is-Supertazza Ewropea, it-Tazza Interkontinentali, Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs
  6. ^ (Ingliż) Tomasz Kuszczak. StretfordEnd.co.uk. Aċċess tal-URL: 07-01-2009.

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn