Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Arġentina

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Kaskati ta' Iguazu.

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Arġentina rratifikat il-Konvenzjoni fit-23 ta' Awwissu 1978, u b'hekk is-siti indikattivi tagħha setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

B'kollox l-Arġentina għandha 12-il Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, seba' kulturali u ħamsa naturali. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Arġentina żdied fl-1981: il-Park Nazzjonali ta' Los Glacieres. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Arġentina huwa l-Mużew u s-Sit tal-Memorja tal-ESMA – l-Eks Ċentru Klandestin ta' Detenzjoni, Tortura u Sterminju, fl-2023.

Siti ta' Wirt Dinji[immodifika | immodifika s-sors]

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Park Nazzjonali ta' Los Glaciares Perito Moreno Glacier entering the lake Santa Cruz naturali: (vii), (viii) 1981 Il-formazzjonijiet tal-art tal-park nazzjonali joħorġu fid-dieher kif l-avvanzar u l-irtirar kontinwi tal-glaċjazzjoni fil-perjodu Kwaternarju qed isawru l-pajsaġġ. L-ikbar għata polari tas-silġ fl-Amerka t'Isfel fiha l-ikbar glaċieri konnessi ma' lagi glaċjali. L-iżjed glaċier magħruf huwa dak ta' Perito Moreno (fl-istampa) li minnu jitqaċċtu icebergs fil-Lag ta' Argentino.[5]
Missjonijiet tal-Ġiżwiti għand il-Guarani: San Ignacio Mini, Santa Ana, Nuestra Señora de Loreto u Santa Maria Mayor (l-Arġentina), il-Fdalijiet ta' Sao Miguel das Missoes (il-Brażil)* San Ignacio Miní ruins Rio Grande do Sul, il-Brażil

u Misiones, l-Arġentina 28°32′36″S 54°15′57″W / 28.54333°S 54.26583°W / -28.54333; -54.26583 (Jesuit Missions of the Guaranis: San Ignacio Mini, Santa Ana, Nuestra Señora de Loreto and Santa Maria Mayor (Argentina), Ruins of Sao Miguel das Missoes (Brazil))

kulturali: (iv) 1984 Fis-sekli 17 u 18, il-Ġiżwiti bnew diversi missjonijiet għand il-poplu Guaraní. Il-fdalijiet ta' ħames missjonijiet huma komponenti ta' Sit ta' Wirt Dinji wieħed. Fl-1983 żdiedet il-missjoni fil-Brażil u fl-1984 is-sit sar transnazzjonali għaliex żdiedu l-erba' missjonijiet fl-Arġentina. Il-missjonijiet għandhom konfigurazzjonijiet differenti u l-istat ta' konservazzjoni tagħhom ivarja minn missjoni għal oħra. Tipikament jinkludu l-fdalijiet ta' knejjes u ta' kunventi, pjantaġġuni, u l-pedamenti ta' abitazzjonijiet tal-indiġeni. Fl-istampa tidher il-Missjoni ta' San Ignacio Miní.[6]
Park Nazzjonali ta' Iguazú Iguazu Falls Misiones naturali: (vii), (x) 1984 Il-park nazzjonali huwa ċċentrat madwar il-Kaskati spettakolari ta' Iguazu (fl-istampa), li nħolqu bil-fluss tax-xmara Iguazu River nieżel fuq kaskati tal-bażalt li jimmarkaw il-fruntiera bejn l-Arġentina u l-Brażil. L-inħawi tal-madwar jinkludu l-foresta subtropikali ta' Paranese, li hija parti mill-Foresta Atlantika. Il-foresta għandha bijodiversità kbira, b'iktar minn 2,000 speċi ta' pjanti vaskulari u annimali kbar bħat-tapir, il-wikkiel ġgantesk tan-nemel, ix-xadina tal-ispeċi Alouatta, il-leopard tal-Amerka t'Isfel, il-ġagwar u l-kajman. Fuq in-naħa Brażiljana, il-Park Nazzjonali ta' Iguaçu tniżżel bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO separat fl-1986.[7]
Cueva de las Manos, Río Pinturas Hands painted on a wall Santa Cruz kulturali: (iii) 1999 Il-Cueva de las Manos, litteralment "l-għar tal-idejn", f'Río Pinturas fih ġabra eċċezzjonali ta' arti preistorika fl-fl-għerien maħluqa mill-komunitajiet ta' kaċċaturi u ġemmiegħa. Minbarra l-ħafna tpittir tal-kontorn ta' idejn ta' bnedmin, hemm ukoll tpittir ta' nies, pjanti, xeni tal-kaċċa u annimali, b'mod partikolari tal-gwanako li għadhom preżenti fir-reġjun. L-eqdem arti fl-għar tmur lura għall-għaxar millenju Q.K., filwaqt li l-iżjed traċċi reċenti ta' abitanti fis-sit imorru lura għall-ħabta tas-700 W.K.[8]
Peniżola Valdés A group of South American sea lions on the beach Chubut naturali: (x) 1999 Il-peniżola, estiża mill-Patagonja lejn l-Oċean Atlantiku, hija kkaratterizzata minn irdumijiet tal-blat, laguni, bajjiet baxxi, għaram, artijiet imtajna tal-marea, gżejriet, u artijiet mistagħdra, li wħud minnhom huma protetti mill-Konvenzjoni tar-Ramsar. Iż-żona hija importanti għall-konservazzjoni tal-mammiferi tal-baħar. Hija l-post tat-tnissil tal-balieni tan-Nofsinhar u bis-saħħa tal-isforzi ta' konservazzjoni din l-ispeċi li qabel kienet tiġi kkaċċjata ferm issa qed tirkupra. Hemm ukoll kolonji ta' foki iljunfanti tan-Nofsinhar u iljun tal-baħar tal-Amerka t'Isfel (fl-istampa).[9]
Parks Naturali ta' Ischigualasto / Talampaya Badlands landscape in Ischigualasto San Juan, La Rioja naturali: (viii) 2000 Iż-żewġ parks fihom sitt formazzjonijiet ġeoloġiċi li jkopru l-perjodu Triassiku kollu (245-208 miljun sena ilu). Il-ġabra ta' fossili jiddokumentaw is-sekwenza kompluta ta' annimali u ta' pjanti li għexu tul madwar 50 miljun sena. Fost il-fossili nstabu d-dinosawri bikrin, bħall-Eoraptor, rettili, anfibji, l-antenati tal-mammiferi, u ħut. Mill-inqas 100 speċi ta' pjanti ġew identifikati wkoll. Dan joffri ħjiel uniku rigward il-ħajja fit-Triassiku.[10]
Kumpless u l-Estancias tal-Ġiżwiti ta' Córdoba A church at the Alta Gracia Estancia Córdoba kulturali: (ii), (iv) 2000 Għal madwar 150 sena fis-sekli 17 u 18, il-Ġiżwiti kienu jieħdu ħsieb sensiela ta' insedjamenti b'enfasi fuq xogħol missjunarju u edukattiv. Il-Kumpless tal-Ġiżwiti fil-belt ta' Córdoba, l-eks belt kapitali tal-provinċja tal-Ġiżwiti, fih il-knisja, il-binjiet residenzjali, u l-binjiet tal-Università Nazzjonali ta' Córdoba. Kull waħda mill-ħames estancias (ranches) fir-reġjun kellhom knisja, binjiet residenzjali, żoni għax-xogħol, impjanti tal-immaniġġjar tal-ilma, irziezet, u art għar-ragħa tal-bhejjem. Dawn joħorġu fid-dieher il-fużjoni tal-istil Barokk u Manjerist mal-kulturi tal-popli indiġeni u l-iskjavi Afrikani. Fl-istampa tidher Alta Gracia.[11]
Quebrada de Humahuaca Arid landscape with cacti Jujuy kulturali: (ii), (iv), (v) 2003 Quebrada de Humahuaca huwa fondoq maħluq mix-xmara Rio Grande. Jibda fuq il-promontorju tad-deżert biered fl-Andes Għoljin u jintemm madwar 150 kilometru (93 mil) lejn in-Nofsinhar, fil-pjanuri. Matul l-aħħar għaxar millenji, il-wied intuża bħala rotta kummerċjali minn popli differenti, bħala l-iżjed kollegament importanti bejn il-muntanji u l-pjanuri. Fdalijiet ta' materjali wrew li l-wied kien jintuża mill-komunitajiet ta' kaċċaturi u ta' ġemmiegħa u mill-bdiewa bikrin, u kien hemm ukoll irħula u villaġġi ta' qabel l-Inka, insedjamenti tal-Imperu Inka (is-sekli 15 u 16), kif ukoll insedjamenti Spanjoli u repubblikani.[12]
Qhapaq Ñan, Sistema tat-Toroq tal-Inka* Paved path in the mountains il-Perù il-Bolivja l-Arġentina iċ-Ċili

il-Kolombja l-Ekwador

kulturali: (ii), (iii), (iv), (vi) 2014 Dan is-sit huwa network estensiv ta' toroq tal-Inka għall-komunikazzjoni, għall-kummerċ u għad-difiża, li jkopri 30,000 kilometru. Dan in-network straordinarju nbena mill-Inka matul diversi sekli u huwa parzjalment ibbażat fuq infrastruttura ta' qabel l-Inka. In-network jgħaddi minn wieħed mit-territorji ġeografiċi l-iktar imħarbta tad-dinja u jikkollega l-qċaċet miksijin bil-borra tal-Andes – f'altitudni ta' iktar minn 6,000 metru – mal-kosta. Jgħaddi minn foresti tropikali sħan, widien għammiela u deżerti. In-network laħaq l-espansjoni massima fis-seklu 15, meta nfirex fit-tul u fil-wisa' tal-Andes. Is-sit fih 273 komponent mifruxa fuq iktar minn 6,000 kilometru li ntgħażlu biex jiġu enfasizzati l-kisbiet soċjali, politiċi, arkitettoniċi u tal-inġinerija tan-network, flimkien mal-infrastruttura assoċjata miegħu għall-kummerċ, għall-akkomodazzjoni u għall-ħżin, kif ukoll is-siti ta' importanza reliġjuża.[13]
Ix-Xogħol Arkitettoniku ta' Le Corbusier, Kontribut Straordinarju għall-Moviment Modernist* Curutchet House, a modernist building in several stories Buenos Aires kulturali: (i), (ii), (vi) 2016 Dan is-sit transnazzjonali (kondiviż ma' Franza, mal-Belġju, mal-Iżvizzera, mal-Ġermanja, mal-Indja, u mal-Ġappun) jinkludi 17-il binja tal-arkitett Franċiż-Żvizzeru Le Corbusier. Le Corbusier kien rappreżentant importanti tal-moviment tal-Moderniżmu, li introduċa tekniki arkitettoniċi ġodda sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-soċjetà li kienet qed tinbidel. Id-Dar ta' Curutchet (fl-istampa) tinsab fl-Arġentina.[14]
Park Nazzjonali ta' Los Alerces Mountain lake surrounded by trees Chubut naturali: (vii), (x) 2017 Il-park nazzjonali jipproteġi sezzjonijiet kontinwi kważi mhux mimsusa tal-Foresta tal-Patagonja. Din hija waħda mill-ħames tipi ta' foresti miti fid-dinja u hija influwenzata mill-foresti Valdivjani miti. Il-park issemma għas-siġra ta' Alerce, li hija siġra konifera endemika tal-Amerka t'Isfel li tibqa' tgħix fit-tul. Il-park huwa magħruf ukoll għas-sbuħija naturali tiegħu, b'mod partikolari madwar il-Lag ta' Menéndez.[15]
Mużew u s-Sit tal-Memorja tal-ESMA – l-Eks Ċentru Klandestin ta' Detenzjoni, Tortura u Sterminju White building with the inscription Navy school of mechanics in Spanish Buenos Aires kulturali: (vi) 2023 Matul id-dittatura militar bejn l-1976 u l-1983, il-binja tal-Iskola Navali tal-Mekkanika (ESMA) intużat bħala Ċentru Klandestin tad-Detenzjoni, tat-Tortura u tal-Isterminju. Iktar minn 5,000 raġel u mara ntefgħu l-ħabs, ġew ittorturati u nqatlu mill-Forza Navali. In-nisa tqal kienu jinżammu ħajjin sa ma jwelldu u t-trabi tagħhom kienu jinsterqulhom. Fil-2015, il-binja reġgħet infetħet bħala mużew. L-isforz biex jinstabu t-trabi li kienu nsterqu kkontribwixxa għall-iżvilupp tal-ittestjar ġenetiku biex jiġu identifikati n-nanniet.[16]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Argentina - UNESCO World Heritage Convention". whc.unesco.org (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Los Glaciares National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jesuit Missions of the Guaranis: San Ignacio Mini, Santa Ana, Nuestra Señora de Loreto and Santa Maria Mayor (Argentina), Ruins of Sao Miguel das Missoes (Brazil)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Iguazu National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cueva de las Manos, Río Pinturas". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Península Valdés". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Ischigualasto / Talampaya Natural Parks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jesuit Block and Estancias of Córdoba". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Quebrada de Humahuaca". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Qhapaq Ñan, Andean Road System". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
  14. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The Architectural Work of Le Corbusier, an Outstanding Contribution to the Modern Movement". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-18.
  15. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Los Alerces National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
  16. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "ESMA Museum and Site of Memory – Former Clandestine Center of Detention, Torture and Extermination". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-23.