Bijodiversità

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Il-foresti tropikali huma fost il-postijiet li wieħed isib ħafna bijodiversità. Waħda mir-raġuni li hu ħażin li jinqatgħu s-siġar ta' dawn il-ġungli hi li meta jseħħ dan, jinqerdu wkoll ħafna speċi ta' kreaturi.

Il-bijodiversità hija l-varjazzjoni ta' forom ta' ħajja li wieħed jista' jsib pereżempju f'eko-sistema, fid-dinja, eċċetra. Il-bijodiversità tista' tintuża biex tiġi kkalkulata l-qawwa ta' sistemi bijoloġiċi. Il-bijodiversità fid-dinja jikkonsisti fil-miljuni ta' miljuni ta' speċi li wieħed isib madwar id-dinja, frott ta' 4 biljun (4,000,000,000) sena ta' evoluzzjoni.

Benefiċċji[editja]

Wieħed isib diversi raġunijiet għaliex il-bijodiversità hija importanti:

Tista' tiġi meħlusa katastrofi[editja]

Fl-għelieqi jitkabbru speċi waħda biss. Minħabba dan in-nuqqas ta' bijodiversità, meta tiġi xi marda u pjanta waħda minn ġo għalqa partikulari timrad, tista' tgħid li l-pjanti kollha ta' dik l-għalqa jimordu.


Ikel u xorb[editja]

Għalkemm madwar 80% ta' l-ikel tal-bniedem jiġi minn xi 20 speċi ta' pjanti, huwa kkalkulat li l-bniedem kuljum ikollu bżonn madwar erbgħin elf (40,000) speċi ta' annimali u pjanti (għall-ħwejjeġ, għall-bini - pereżempju jintuża l-injam, għall-għamara, eċċetra).

Mediċina[editja]

Madwar 40% tal-mediċina fl-Istati Uniti, hemm fihom kimiċi li wieħed isib fi speċi ta' annimali u pjanti. Ħafna mediċini jsiru minn mikro-organiżmi.

Materjali fl-industrija[editja]

Ħafna affarijiet bħaż-żejt, kolla, gomma u materjali oħra jiġu direttament minn riżorsi bijoloġiċi.

Pjaċir[editja]

Postijiet b'bijodiversità kbira jistg]u joffru postijiet fejn il-bnedmin ikunu jistgħu jirrilassaw, jew jagħmlu attivitajiet bħall-bird-watching u hikes. Il-proġett tal-Foresta 2000 (Malta) fil-futur ikun post fejn attivitajiet bħal dawn ikunu possibli.

Theddid[editja]

Fis-seklu li għadda, il-bijodiversità soffriet ħafna. Xi studji juru li speċi waħda tal-pjanti minn kull tmienja hi mhedda u hemm ċans li tispiċċa estinta. Xi drabi l-kelma HIPPO tintuża biex turi l-fatturi li jeqirdu l-ambjent: H = Habitat Destruction (qerda tal-habitat); I = Invasive species (meta jiġu introdotti speċi li jagħmu ħsara lill-flora u fawna li hemm diġa' - speċi invażivi); P = Pollution (it-tniġġiż); P = Population (il-popolazzjoni - f'dan il-każ tal-bniedem); O = Overharvesting (meta oġġett jiġi użat iktar milli jmissu).

Qerda tal-Habitat[editja]

Il-popolazzjoni tad-dinja sa l-2050 (maqsuma f'diversi lokalitajiet) skond in-Nazzjonijiet Uniti (UN)

Mis-snin 1000W.K. s'issa, tista' tgħid li l-maġġoranza ta' kreaturi ġew estinti tort tal-bniedem. Il-popolazzjoni tad-dinja qiegħda kull ma jgħaddi ż-żmien dejjem tiżdied. Bħal issa l-popolazzjoni tad-dinja hija ta' 6 billjun (6,000,000,000) ruħ. Madanakollu sa l-2050 din iċ-ċifra ġiet stmata li se tkun madwar 9.2 biljun (9,200,000,000) ruħ. Barra minn hekk, kuljum, mheded kbar ta' art kuljum jitqaċċtu s-siġar minn fuqhom. Dan isir biex jew għal skopijiet ta' biedja jew bini. Sfortunatament, l-ħamrija ta' dawn il-foresti malajr ma tibqax fertili u minħabba f'hekk siġar oħrajn jiġu mqaċċta biex jagħmlu spazju għall-għelieqi ġodda. Is-siġar huma ferm importanti biex inaqqsu l-ammont ta' diossiku tal-karbonju (CO2) li hu meqjus bħala gass li jista' jikkawża l-Global Warming. Fihom insibu wkoll ħafna speċi ta' annimali u pjanti li jekk jinqered dan il-habitat tagħhom jistgħu jiġu estinti. Is-siġar iżommu l-ħamrija f'postha. Għalhekk il-ħamrija tiġi evitata milli tinxtered jew tikkawża li mud-slide li tista' tkun fatali. Kull forma ta' tniġġiż (ta' l-arja, tal-baħar u xmajjar, id-dawl żejjed, l-istorbju) ikkawżata mill-bniedem tista' teqred wkoll il-habitat ta' ħafna kreaturi. Dawn il-fatturi kollha li hawn imsemmija jistgħu joħolqu tibdil ta' klima (bħall-Global Warming) li tista teqred ħafna habitats.

Introduzzjoni ta' speċi ġdida[editja]

Meta biż-żmien il-pjanti u l-annimali bdew jevolvu, in-natura ħolqot barrieri bejniethom li b'hekk wasslet biex jevolvew kreaturi ġodda. Madanakollu meta l-bniedem imexxi minn post għall-ieħor pjanti jew annimali dawn jistgħu jsiru speċi invażiva u tista' tagħmel il-ħsara lill-ispeċi indiġeni.

Organiżmi ġenetikament mibdula[editja]

Organiżmi Ġenetikament Mibdula (jew GMO - Genetically Modified Organisms) huma kreaturi li l-materjal ġenetiku tagħhom ikun mibdul. Dan sar fil-biedja meta xi prodotti ġew mibdula ġenetikament biex iżidu fil-produttivita' jew għal raġunijiet simili. Il-biża' li jistgħu joħolqu il-GMO hi li jistgħu ikollhom impatt fuq speċi oħra u li jistgħu jwasslu biex jagħmlu hybrids ma' speċi oħra.

Konservazzjoni[editja]

Illum il-ġurnata n-nies saru iktar konxji ta' l-ambjent. Sa minn eta' żgħira, t-tfal qed jiġu edukati iżjed fuq l-ambjent. Qbil bejn il-pajjiżi tad-dinja qed jġgħielu li l-bijodiversità tiġi kkonservata, jinħolqu mezzi oħrajn biex tibqa' sostenibbli, u li l-ġid li jinħoloq minn dan kollu jiġi mqassam bejn il-popli.

Ħoloq esterni[editja]