Reliġjon

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
ReligijneSymbole.svg

F'sens wiesa', reliġjon hi mod ta' kif tgħix jew twemmin imsejjes fuq ir-relazzjoni ta' bniedem ma' l-univers, jew ma' alla wieħed jew aktar. B'hekk sistemi differenti bħall-Kristjaneżmu, l-Iżlam, il-Ġudaiżmu, il-Buddiżmu, il-Ħinduiżmu, il-Ajjavali u x-Xintù huwa lkoll meqjusa reliġjonijiet.

Ir-reliġjonijiet jistgħu jiġu kklassifikati ħafif ħafif abbażi tan-numru u l-kwantità ta' l-allat tagħhom. It-twemmin f'Alla wieħed hu l-monoteiżmu, waqt li dak f'aktar minn wieħed hu l-politeiżmu. Il-panteiżmu hu l-istqarrija li Alla jinsab f'kollox u f'kulħadd mentri l-animiżmu jressaq 'il quddiem il-ħsieb li f'kull ħaġa jinsab prinċipju vitali, jew sempliċement, ruħ.