Ġudaiżmu
- nuqqas ta' struttura formali – l-utenti wrew sforz jew ħila insodisfaċenti.
- nuqqas ta' struttura tematika – artiklu għandu jinbeda bl-aktar elementi ġenerali u jissokta b'deskrizzjoni aktar speċifika.
Il-Ġudaiżmu hija r-reliġjon tal-poplu Lhudi u waħda mill-eqdem reliġionijiet tad-dinja. Il-gens Lhudi jemmen f’Alla wieħed u li dan hu spirtu jiġifieri m’għandux ġisem bħall-bniedem jew annimal. Huma jemmnu ukoll li Alla qatt ma twieled u ma jmut qatt u jara u jaf kollox. Il-Lhud għandhom iżjed minn isem wieħed għal Alla imma huma jużaw l-isem Adonaj u jemmnu li isem Alla huwa importanti u qatt m’għandu jiġi imżeblaħ.
Fir-reliġjon Lhudija hemm dawn iż-żewġ simboli importanti:
- gandlier b’seba' xemgħat li jsejjħula menora u
- stilla b’sitt ponot li jsejjħula l-istilla ta' David.
Il-Ġudaiżmu beda eluf ta’ snin ilu. Hadd qatt ma beda dan ir-reliġjon. In-nies kellhom ideat li kibru ftit ftit u bdew jemmnu li l-ideat qegħdin jiġuhom minn Alla u bdew jgħixu ħajja li fiha jipprattikaw dak li jemmnu. Żewġ persuni importanti għall-Lhud huma Mosè u Abraham.
L-aktar kotba importanti għal kull reliġjon jissejjħu l-kotba Mqaddsa. Il-Kotba Mqadsa tal-Lhud huma maqsumin fi tliet partijiet:
- il-Kotba tat-Tagħlim, imsejjah it-Tora
- il-Kotba tal-Profeti
- il-Kotba tal-Kitba.
Il-Kotba tat-Tora huma l-aktar importanti għal-Lhud. Dawn huma miktubin f’rombli tal-karta u jużawhom biex jaqraw minn fuqhom fis-sinagoga. Fihom hemm stejjer fuq kif saret id-dinja u fuq l-ewwel nies li kienu jmexxu lill-Lhud. B’kollox hemm 613 regola u ħafna mill-Lhud jippruvaw jużawhom kollha fil-ħajja tagħhom.
Il-Lhud jemmnu li l-profeti huma nisa u rġiel li kellhom qawwa speċjali min Alla u dak kollu li qalu il-profeti għadu importanti sa llum.
Il-Kotba tal-Kitba jinkludu stejjer mill-istorja tal-Lhud. L-iktar wieħed famuż minn dawn il-kotba huwa is-Salmi. Is-salmi jintużaw biex iffaħħru lil Alla fis-sinagoga.
Fil-Ġudaiżmu hemm seba’ festi importanti li huma:
- Xabat hija il-ġurnata’ li fiha il-Lhud jistrieħu u jagħtu qima lil Alla. Din tibda minn inżul ix-xemx kull nhar ta’ ġimgħa u tispiċċa ma inżul ix-xemx tas-sibt. Il-Lhud jemmnu li Alla ħoloq id-dinja f’sitt ijiem u fis-seba’ jum strieħ. Is-sibt huwa is-seba’ jum u allura l-Lhud jistrieħu f’dik il-ġurnata. Kull nhar ta’ ġimgħa huma jnaddfu id-dar u jippreparaw għal l-ikla speċjali. Ma inżul ix-xemx il-mara ta’ kull familja tixgħel żewġ xemgħat \u tgħid talba. Ħafna Lhud imorru s-sinagoga u x’ħin jiġu d-dar jieklu l-ikla flimkien. Qabel l-ikla r-raġel ta’ kul familja jgħid xi talb.
- Rox Haxana hija l-bidu ta’ sena ġdida għall-Lhud. Il-Lhud għandom kalendarju għalihom, jiġifieri l-ewwel tas-sena jiġi fl-aħħar ta’ Settembru bidu t’Ottubru. F’lejliet l-ewwel tas-sena il-Lhud jagħmlu ikla speċjali d-dar tagħhom wara l-ikel huma jieklu t-tuffieħ bl-għasel.
- Fil-festa tas-Sukot il-Lhud jibnu dwejra fil-ġnien tad-dar tagħhom jew fis-sinagoga. Huma jgħixu go fiha għal ġimgħa. Jagħmlu dan għax eluf ta’ snin ilu l-Lhud ma kellomx djar. Uħud minnhom bnew tined u oħrajn bnew dawn it-tip ta’ djar. Illum il-Lhud jibnu dawn id-djar żgħar biex jiftakkru fil-Lhud li ma kellhomx fejn joqgħodu.
- Il-festa ta’ Hanuka ddum tmint ijiem. Din il-festa ssir f’Diċembru u tiġi ċċelebrata’ b’logħob, rigali u festini speċjali.
- Purim isir fi Frar jew Marzu. F’din il-festa l-Lhud jmorru s-sinagoga fejn tinqara l-istorja ta’ Ħaman u Ester. Kull x’ħin it-tfal jisimgħu l-isem Ħaman huma jagħmlu l-iżjed storbju possibbli, jgħajtu, issafru, u jsabbtu sieqhom ma l-art sabiex ħadd ma jisma’ l-isem Ħaman.
- Pesah hija l-iżjed festa importanti għall-Lhud. Din tfakkar l-istorja ta’ meta l-Lhud kienu ilsiera fl-Eġittu u Alla kien ħelishom min dak il-jasar kollu. F’din il-festa huma jagħmlu ikla speċjali ħafna. Kif il-familja tiekol l-ikla l-iżgħar tifel tal-familja isaqsi erba’ mistoqsijiet.
- Il-festa ta’ Xavuot isir seba’ ġimgħat wara Pesah. F’Xavuot il-Lhud iffakkru storja mit-Tora ta’ meta Alla ta l-għaxar kmandamenti lil Mosè. Huma jemmnu li dawn il-kmandamenti huma importanti ħafna. Waqt din il-festa huma jmorru s-sinagoga li tkun imżejna bil-fjuri u l-frott. Tinqara ukoll l-istorja tal-kmandamenti u wara kollox jmorru id-dar għall-ikla speċjali.