Heurelho Gomes

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Heurelho Gomes
Heurelho Gomes.jpg
Gomes jilgħab għall-Brażil fl-2006.
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Heurelho da Silva Gomes
Twelid 15 ta' Frar 1981 (1981-02-15) (33 sena)
João Pinheiro
Pajjiż Bandiera tal-Brażil Brażil
Tul 1.91m [1]
Rwol Gowler
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Tottenham Hotspur
Numru 1
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2001–2004 Cruzeiro 61 (0)
2004–2008 PSV Eindhoven 129 (0)
2008– Tottenham Hotspur 97 (0)
2013 1899 Hoffenheim (self) 10 (0)
Tim nazzjonali
2003–2004 Brażil U23 14 (0)
2003–2010 Brażil 11 (0)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 11 April 2013

Heurelho da Silva Gomes (João Pinheiro, 15 ta' Frar 1981), komunement magħruf bħala Heurelho Gomes jew sempliċiment Gomes, huwa gowler Brażiljan, li bħalissa jilgħab għal Tottenham Hotspur. Preċedentement, huwa għamel isem għalih innifsu fil-klabb Olandiż PSV.

Karriera[editja]

Cruzeiro[editja]

Gomes beda l-karriera tiegħu f'pajjiżu mal-klabb nattiv Cruzeiro, hemmhekk hu lagħab 59 logħba bejn l-2001 u l-2004. Hawnhekk, kien immexxi mill-kowċ Piet de Visser u f'Lulju 2004, kien mibjugħ lil PSV.

PSV Eindhoven[editja]

Huwa għamel id-debutt tiegħu għal Eindhoven kontra l-klabb Serbjan Crvena Zvezda fil-11 ta' Awwissu 2004.[2]

Għall-ewwel, kien hemm kritiċi, li l-Brażiljani qalu 'għandu jkun fuq il-qasam, mhux fil-lasta'. Fi kliem ieħor, kien hemm dubji jekk Gomes kien affidabbli biżżejjed. Dawn id-dubji kienu malajr mħassra. Anki jekk hu għamel żewġ gowls fid-debutt tiegħu kontra RBC, fejn PSV rebħu 5–2, hu wera lilu nnifsu li kien gowler affidabbli. Hu lagħab parti ewlenija fl-aħħar erba' titli konsekuttivi ta' PSV fl-Eredivisie u fil-kisbiet kbar Ewropej. Fl-ewwel staġun tiegħu, PSV immedjatament laħqu s-semi-finali tal-UEFA Champions League, fejn f'14-il tentattiv qabel, PSV ma kienux kapaċi jilħqu t-tieni rawnd. Fl-istaġuni ta' wara, PSV għaddew mill-fażi tal-gruppi kemm il-darba.

Fl-Eredivisie, Gomes kien magħruf għar-riflessi eċċellenti tiegħu, fejn salva ħafna punti għal PSV aktar minn darba. Kien ukoll magħruf għall-abbiltà li jwassal il-ballun. Gomes huwa kapaċi li jwassal il-ballun għall-aktar minn nofs il-ground b'idejh. Ukoll qabel il-bidu tal-logħba u t-tieni taqsima, hu kien iħobb jgħolli l-moral tal-partitarji billi jgħolli idejh u jċapċap.

Qabel it-trasferiment tiegħu lejn Tottenham, Gomes kien il-favorit tal-folla ta' PSV. Huwa setgħa jitkellem bil-Portugiż u l-iSpanjol u filwaqt li kien l-Olanda, hu qabad ammont ġust ta' kliem Olandiż, għalkemm għandu jingħad li ma kienx fluwenti fil-lingwa.

Gomes jiċċelebra r-rebħa tal-kampjonat Olandiż fl-istaġun 2007–08.

Anki jekk ir-rivalità bejn PSV, Feyenoord u Ajax hija intensa, sapporters minn klabbs rivali urew is-simpatija għall-Brażiljan.

Huwa kellu inċident notevoli f'Rotterdam fil-logħba kontra Feyenoord, hu weġgħa lilu nnifsu waqt li beda jiċċelebra gowl, skurjat minn sieħbu tat-tim Phillip Cocu. Madankollu, huwa rnexxielu jkompli u saħansitra irnexxielhu wkoll isalva xi xuttijiet, huwa bagħqa jilgħab sal-aħħar tal-logħba fejn spiċċat fid-dro.

Tottenham Hotspur[editja]

Gomes qabel il-logħba kontra Chelsea.

Wara l-ħatra tal-kowċ Juande Ramos, Gomes iffirma ma' Tottenham Hotspur fis-27 ta' Ġunju 2008[3] għal ħlas ta' madwar £7.8 miljun.[4] Gomes lagħab l-ewwel logħba tiegħu bil-kuluri ta' Tottenham Hotspur f'logħba ta' ħbiberija fid-19 ta' Lulju 2008 kontra tim tas-Segunda División B Dénia, fejn Tottenham rebħu 4–2.

Eventwalment, Gomes kiseb permess ta' xogħol biex jilagħab fir-Renju Unit, minkejja li lagħab inqas minn 75% ammont meħtieġ ta' logħbiet għall-Brażil fl-aħħar sentejn.

Gomes għamel id-debutt tiegħu ġewwa White Hart Lane fl-10 ta' Awwissu 2008, f'rebħa ta' 5–0 kontra Roma fl-aħħar logħba ta' ħbiberija tal-pre-staġun ta' Tottenham, qabel il-kampanja tal-Premier League Ingliż 2008–09.

Tottenham tilfu l-ewwel żewġ logħbiet tal-ftuħ tagħhom 2–1 kontra Middlesbrough u Sunderland rispettivament, iżda l-preżenza tiegħu fil-lasta għenet lil Tottenham biex jiksbu l-ewwel punt tal-istaġun tagħhom bi dro kontra Chelsea ġewwa Stamford Bridge. Madankollu, ir-reputazzjoni tiegħu ħadet daqqa ġimgħa wara meta hu qala' gowl minn xutt dgħajjef ta' Ashley Young[5] fejn Tottenham tilfu 2–1 ġewwa darhom kontra Aston Villa. Din id-daqqa kompliet hekk kif hu qala' l-istess gowl kontra Fulham fil-15 ta' Novembru 2008, fejn żam il-klabb tiegħu fil-fond taż-żona tar-relegazzjoni u kkawżat ukoll il-kowċ tal-gowlers ta' Tottenham Hans Leitert li ġie mkeċċi fid-19 ta' Novembru 2008, bil-ħatra tal-eks gowler ta' Tottenham Tony Parks li ħa l-kariga ftit wara.[6] Huwa kompla biex ipoġġi prestazzjoni b'saħħitha kontra West Ham United, hu salva żewġ xuttijiet baxxi f'logħba li Tottenham rebħu 2–0, qabel ma salva żewġ xuttijiet importanti ta' Park Ji-Sung u Ryan Giggs fi dro ta' 0–0 kontra Manchester United.[7]

Gomes kien imweġġa fir-rebħa drammatika ta' 5–1 kontra AFC fit-tieni logħba tal-istaġun 2009-10 u kellhu jiġi mibdul mit-tieni gowler Carlo Cudicini.[8] Wara l-iskannjar tal-MRI, ġie żvelat li Gomes kellhu ħsara fil-grojn tiegħu li żammu xahar barra.[9] Fit-23 ta' Settembru 2009, Gomes għamel ir-ritorn tiegħu lejn l-ewwel tim fir-rebħa ta' 5–1 kontra Preston fil-League Cup,[10] u ftit wara hu għamel ir-ritorn tiegħu fil-Premier League f'rebħa ta' 2–1 kontra Portsmouth fis-17 ta' Ottubru. Matul din il-logħba, il-Brażiljan salva għadd żgħir ta' xuttijiet b'mod brillanti, wieħed minnhom kien imqabbel mill-eks gowler ta' Tottenham Pat Jennings għall-intervent famuż li għamel Gordon Banks kontra l-Brażil fit-Tazza tad-Dinja 1970.[11] Nhar it-3 ta' April 2010, hu salva żewġ penalties minn tlieta f'telfa ta' 3–1 barra minn darhom kontra Sunderland. Fl-14 April 2010, il-forma tajba ta' Gomes għenet lil Tottenham jiġbru l-ewwel rebħa tal-kampjonat kontra Arsenal f'21 laqgħat. Huwa salva il-free kick ta' Robin Van Persie u diversi tentattivi oħra fil-lasta wara xulxin. Fil-ġimgħa ta' wara, fis-17 ta' April 2010, Gomes reġgħa salva diversi xuttijiet kruċjali fejn Tottenham għelbu lil Chelsea 2–1 u b'hekk it-tim qabeż lil Manchester City biex telgħa r-raba post fil-klassifika. Huwa għamel clean sheet f'rebħa ta' 1–0 kontra Bolton u mbagħad huwa lagħab rwol vitali f'rebħa oħra ta' 1–0 kontra Manchester City fejn salva żewġ xuttijiet u wassal lil Tottenham fil-UEFA Champions League għall-ewwel darba.

Fl-20 ta' Ottubru 2010, f'logħba taċ-Champions League, Gomes irċieva karta ħamra fl-ewwel għaxar minuti tal-ewwel taqsima kontra ċ-Ċampjins Ewropej Inter Milan f'San Siro. Tottenham Hotspur tilfu l-logħba 4–3, wara li kienu qedgħin 4–0 minn taħt mal-ewwel 35 minuta, iżda ftit wara kien Gareth Bale li skorja tripletta fit-tieni taqsima.[12]

L-abilità ta' Gomes ġiet f'dubju fit-13 ta' April 2011 fit-tieni leg kontra Real Madrid wara sparatura mill-bogħod ta' Cristiano Ronaldo li żelqet minn idejn Gomes fejn Real Madrid kienu 5–0 minn fuq bl-aggregat.

Gomes ħa ħtija għal gowl kontroversjali kontra Chelsea fit-30 ta' April wara xutt ta' Frank Lampard li niżel minn bejn saqajh u għalkemm Gomes mar lura u żam il-ballun eżatt mal-linja, il-gowl ingħata xorta waħda.[13] Spurs tilfu l-logħba bl-iskor ta' 2–1.

Wara diversi żbalji ta' profil għoli minn Gomes, Tottenham iffirmaw gowler ta' 40-sena Brad Friedel fuq trasferiment b'xejn minn għand Aston Villa biex jipprovdu kompetizzjoni fl-ewwel tim. Friedel kien mal-ewwel għażla fil-bidu tal-istaġun iżda Gomes tħalla fuq il-bank u aktar tard tħalla barra mill-iskwadra kompletament, li wassal għal spekulazzjoni immedjat fil-futur tiegħu mal-klabb.[14] Gomes lagħab l-ewwel logħba tiegħu fl-istaġun 2011–12 fil-League Cup f'telfa ta' 6–7 bil-penalties kontra Stoke City wara li Massimo Luongo falla l-penalty. Sussegwentement, Gomes lagħab fl-Europa League, u żam clean sheet f'rebħa ta' 1–0 kontra Rubin Kazan. Wara li Hugo Lloris tfaċċa ġewwa White Hart Lane, Gomes sar ir-raba' gowler ta' Spurs, iżda wara l-bejgħ ta' Cudicini ma' Los Angeles Galaxy, hu sar it-tielet għażla wara Lloris u Friedel.

Self ma' 1899 Hoffenheim[editja]

Fl-aħħar jum tat-tieqa ta' trasferiment ta' Jannar 2013, Gomes qabel li jissieħeb mat-tim Ġermaniż 1899 Hoffenheim b'self sal-aħħar tal-istaġun.[15] Fit-2 ta' Frar, Gomes għamel id-debutt tiegħu ma' Hoffenheim f'rebħa ta' 2–1 kontra Freiburg. Wara l-logħba, il-kowċ Marco Kurz faħħar lil Gomes, "Gomes wera prestazzjoni soda ħafna. Għalkemm huwa tħarreġ darba biss magħna, l-awra tiegħu kienet qawwija.", matul il-logħba, Gomes salva erba' xuttijiet kruċjali u kien assigurat li jaħtaf sitt krosis.[16] Fit-tielet logħba tiegħu ma' Hoffenheim, hu kien diġà l-kaptan tat-tim, iżda l-istaġun tiegħu spiċċa qabel iż-żmien. Fis-6 ta' April 2013, hu kiser il-metakarpu matul rebħa mportanti ta' 3–0 kontra Fortuna Düsseldorf. Huwa kellhu jgħaddi minn kirurġija f'idejh.[17]

Ritorn ma' Tottenham wara perjodu ta' self[editja]

Wara li rkupra, Gomes irritorna ma' Tottenham u beda l-istaġun 2013-2014 magħhom. Madankollu, l-irwol ta' Gomes ma' Tottenham huwa t-tielet gowler, wara l-amerikan ta' 41-sena Brad Friedel u l-ewwel gowler tal-klabb Hugo Lloris.

Internazzjonali[editja]

Gomes għamel id-debutt tiegħu għall-Brażil fil-CONCACAF Gold Cup 2003. Għalkemm il-kompetizzjoni hija għal timijiet nazzjonali tal-kbar, Brazil għażlu li jibgħatu l-iskwadra ta' taħt it-23 sena fil-kompetizzjoni. Gomes għamel 5 apparenzi fejn il-Brazil marru fil-finali u spiċċaw it-tieni wara li ġew megħluba mill-Messiku 1–0.

Minkejja li kien parti mill-iskwadra Brażiljana li rebħet it-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005 bħala t-tielet gowler wara Dida u Marcos, Gomes ma rċieva l-ebda ħin ta' logħob. Hu kien ukoll eskluż mill-iskwadra tal-kowċ Carlos Alberto Parreira għat-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja.

Taħt il-kowċ ġdid tal-Brażil Dunga, Gomes kiseb ħin konsistenti fil-lasta. Fl-14 ta' Awwissu 2006, kien imsejjaħ għal logħba ta' ħbiberija kontra n-Norveġja, fejn spiċċat fid-dro ta' 1–1. Fit-3 ta' Settembru 2006, hu kien parti tar-rebħa ta' 3–0 kontra r-rivali Arġentina fl-Istadju Emirates fl-Ingilterra. Jumejn wara, Gomes żam it-tieni clean sheet konsekuttiva f'rebħa ta' 2–0 kontra Wales ġewwa White Hart Lane. L-aħħar dehra tiegħu bejn il-lasta kienet matul rebħa ta' 2–1 kontra l-Ekwador fl-10 ta' Ottubru 2006. Fil-11 ta' Mejju 2010, kien tħabbar li Gomes se jkun parti mill-iskwadra Brażiljana biex tikkompeti fit-Tazza tad-Dinja fl-Afrika t'Isfel.

Unuri[editja]

Brażil Cruzeiro

Pajjiżi l-Baxxi PSV

Brażil Internazzjonali

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Premier League Player Profile. Premier League
  2. ^ (Olandiż) Meesterscout Piet de Visser. Sargasso, 8 ta' Frar 2008
  3. ^ (Ingliż) Gomes deal agreed, tottenhamhotspur.com, 27 ta' Ġunju 2008.
  4. ^ (Ingliż) Gary , Tottenham pay £7m for Brazil goalkeeper Heurelho Gomes, www.times online.co.uk, 27 ta' Ġunju 2008.
  5. ^ (Ingliż) Chris Whyatt, Tottenham 1–2 Aston Villa, BBC Sport, 15 ta' Settembru 2008.
  6. ^ (Ingliż) Spurs goalkeeping coach departs, BBC Sport, 19 ta' Novembru 2008.
  7. ^ (Ingliż) Ian Hughes, Tottenham 0–0 Manchester United, BBC Sport, 13 ta' Diċembru 2008.
  8. ^ (Ingliż) Sam Lyon, Hull 1 – 5 Tottenham, BBC Sport, 19 ta' Awwissu 2009.
  9. ^ (Ingliż) Gomes update., tottenhamhotspur.com, 20 ta' Awwissu 2009.
  10. ^ (Ingliż) Peter the great!, tottenhamhotspur.com, 23 ta' Settembru 2009.
  11. ^ (Ingliż) Gomes' 'miracle save' – Pat., tottenhamhotspur.com, 21 ta' Ottubru 2009.
  12. ^ (Ingliż) Inter Milan 4 Tottenham 3, BBC Sport, 20 ta' Ottubru 2010.
  13. ^ (Ingliż) Chelsea 2-1 Tottenham, 30 ta' April 2011.
  14. ^ (Ingliż) Harry ready to let Gomes go. SkySports.com
  15. ^ (Ingliż) Heurelho Gomes: Tottenham loan goalkeeper to Hoffenheim. BBC Sport, 31 ta' Jannar 2013
  16. ^ (Ingliż) Heurelho Gomes causes a stir on Hoffenheim debut, Here is the City, 4 ta' Frar 2013.
  17. ^ (Ġermaniż) Saisonende für Heurelho Gomes, achtzehn99.de, 6 ta' April 2013.

Ħoloq esterni[editja]