Galatasaray SK

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Galatasaray SK
Isem sħiħ Galatasaray Spor Kulübü
Ismijiet oħra Cimbom
Aslan (Iljun)
Sarı Kırmızılılar (Sofor-Ħomor)
Avrupa Fatihi
Gala (Użat aktar barra mit-Turkija)
Fundazzjoni 1 ta' Ottubru 1905[1]
Grawnd Türk Telekom Arena
Proprjetarju Galatasaray SK (en) Translate
President Burak Elmas
Kowċ Domènec Torrent
Kampjonat Süper Lig
L-ewwel
It-tieni
It-tielet
Sit uffiċjali
Stampa:Galatasaray UEFA&SuperCup.JPG
Il-kwadripla kontinentali li Galatasaray rebħu fl-2000: il-UEFA Cup, il-UEFA Super Cup, is-Süper Lig u Tazza Torka.

Galatasaray Spor Kulübü, komunement magħruf bħala Galatasaray u fondat bħala Galata-Serai Football Club minn Ali Sami Yen fl-1905, huwa klabb tal-futbol professjonali bbażat f'İstanbul, it-Turkija. Il-Klabb huwa l-fergħa tal-assoċjazzjoni futbol ta' Galatasaray Sports Club, parti innifsu mill-Komunità tal-Galatasaray li tinkludi l-Università tal-Galatasaray u Galatasaray Lisé.

Galatasaray huwa l-aktar klabb tal-futbol suċċessiv fit-Turkija, li rebħu 44 trofej domestiċi inkluż ir-rekord ta' 18-il titlu tas-Süper Lig, rekord ta' 14-il Tazza Torka u rekord ta' 12-il Super Cup Torka. Dawn huma wieħed mit-tliet timijiet li pparteċipaw fil-55 staġun tas-Süper Lig mill-1959, wara x-xoljiment tal-Kampjonat ta' Istanbul. Internazzjonalment, Galatasaray wkoll rebħu l-UEFA Cup u l-UEFA Super Cup fl-2000, li saru l-ewwel tim Tork biex jirbaħ trofew Ewropew u l-ewwel tim fl-istorja li sar rebbieħ tal-UEFA Cup mingħajr l-ebda telfa. Domestikament, Galatasaray huwa l-unika klabb tal-futbol li rebaħ is-Süper Lig erba' darbiet infila (1997, 1998, 1999 u 2000). Fl-istaġun 1999-2000, il-klabb kiseb l-adt rari tal-kwadrupla billi rebħu s-Süper Lig, it-Tazza Torka, il-UEFA Cup u Tazza TSYD fi staġun wieħed. Huwa wkoll l-uniku klabb Tork li deher fl-ewwel post fil-Klassifiki Dinjija tal-IFFHS fl-2000.

Mill-2011, l-istadju tal-klabb huwa Türk Telekom Arena li jesa' 52,695 spettarur u jinsab ġewwa Seyrantepe, İstanbul li huwa għandhu rekord tal-aktar stadju tal-futbol li għandhu volum għoli fid-dinja, (131.76dBA)[2], huma mexxew minn Ali Sami Yen li kien l-istadju tal-klabb mill-1963.

Il-klabb għandu rivalità fit-tul ma' timijiet oħra kbar f'Istanbul, jiġifieri bħal Beşiktaş JK u Fenerbahçe SK, filwaqt id-derby ma Fenerbahçe (magħrufa bħala Kıtalar Arası Derbi jew "Derby Interkontinentali" bil-Malti) hija meqjusa bħala waħda mill-akbar fil-futbol dinji.

Galatasaray huwa l-aktar klabb li għandhu partitarji fit-Turkija[3] u huwa wieħed minn tliet klabbs li għandhom aktar minn 10 miljun segwaċi fuq is-siti soċjali tal-medja li huma Facebook u Twitter. Huma għandhom madwar 25 miljun partitarji, b'madwar 38% ġejjin minn barra t-Turkija. Galatasaray huma wkoll meqjusa bħala wieħed mill-aqwa ditti b'saħħithom globali fit-Turkija. [4]Il-klabb jikkompeti sew ma dawk il-klabbs sinjuri fid-dinja bi dħul annwali ta' €95.1 miljun.[5]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Galatasaray SK kienu fondati fil-waqgħa tal-1905, minn student ta' Skola tal-Galatasaray (skola għolja bbażata fl-1481) bħala klabb tal-futbol. L-ewwel president ta' Galatasaray kien Ali Sami Yen. L-ewwel logħba tagħhom kienet kontra Cadi-Keuy FC u huma rebħu din il-logħba 2-0.[6] Kien hemm ċertu diskussjonijiet dwar l-isem tal-klabb, fejn kien hemm xi suġġerimenti bħal Gloria (rebħa) u oħrajn Audace (kuraġġ), iżda ġie deċiż li l-isem tal-klabb ikun Galatasaray.[7]

L-isem Galatasaray innifsu ġej minn dak ta' Skola tal-Galatasaray, li min-naħa ħadu isimhom minn Galata Sarayı Enderûn-u Hümâyûn (Palazz Imperjali ta' Skola Galata), l-isem tal-iskola oriġinali ġie stabbilit fuq is-sit fl-1481, u li min-naħa l-oħra ħadu isimhom mill-kolonja medjevali ta' Genoese qrib Galata. Galatasaray tfisser direttament bħala 'Palazz Galata'.

Skond ir-riċerkatur Cem Atabeyoğlu, Galatasaray ħadu isimhom minn logħba tal-ewwel logħbiet tagħhom. F'dik il-logħba, Galatasaray rebħu 2–0 kontra klabb jismu Rûm u l-ispettaturi bdew issejħulhom "Galata Sarayı Efendileri" (bil-Malti: Sinjuri ta' Palazz (Belt) Galata), u wara dan l-avveniment, huma adottaw dak l-isem u bdew isejħu lil-klabb tagħhom "GalataSaray". Fl-1905, matul l-era tal-Imperu Ottoman, ma kienx hemm liġijiet għall-assoċjazzjonijiet, għalhekk il-klabb ma setax jiġi reġistrat uffiċjalment, imma wara l-Liġi tal-Assoċjazzjoni fl-1912 , il-klabb ġie rreġistrat legalment.[8]

L-ewwel ritratt ta' Galatasaray (1905).
L-għan tagħna huwa li nilagħbu flimkien, li jkollna kulur u isem u li negħlbu it-timijiet ta' barra tat-Turkija.

Ali Sami Yen

Fost il-fundatur Ali Sami Yen, il-ko-fundaturi kienu dawk li kienu ħerqana li jagħmlu dan l-isport, bħal Asim Tevfik Sonumut, Reşat Şirvani, Cevdet Kalpakçıoğlu, Abidin Daver u Kamil.

Għall-ewwel, il-kuluri ta' Galatasaray Sports Club kienu aħmar u abjad. Dawn huma l-kuluri tal-bandiera Torka. Madankollu, ir-Repubblika Torka ma kinitx fondata f'dak iż-żmien. Għalhekk, din l-ispirazzjoni kkawżat l-amministrazzjoni repressiva tal-ġurnata u ħassuhom skomdi u l-amministrazzjoni ppersegwitat plejers tal-futbol. Għal din ir-raġuni, il-kuluri ġew mibdula għall-isfar u blu skur sal-1907. Fl-1908, kuluri ġodda ġew magħżula bħala aħmar u isfar. Ali Sami Yen stqarr, "Wara li ilna barra u ġewwa minn diversi ħwienet, rajna żewġ materjali tas-suf eleganti fil-ħanut Fatty Yanko ġewwa Bahçekapısı (bejn Eminönü u Sirkeci f'Istanbul, issa msejħa Bahçekapı). Wieħed minnhom kien pjuttost aħmar skur, li jixbaħ il-kulur taċ-ċirasa, u l-ieħor isfar fl-oranġjo. L-iskrivan tal-bejgħ għamel żewġ drappijiet mil-barma t'idejh u huma saru tant qawwija li fakru s-sbuħija tal-għasfur goldfinch. Aħna ħsibna li kienu qed ifittxu kuluri ta' ċaqliq fi ħruq tan-nar. Konna qegħdin nimmaġinaw il-fjamma safra u ħamra fuq it-tim brillanti tagħna u ħolma li toħodna magħha fir-rebħiet. Għalkemm hekk għamlet."

Peress li ma kienx hemm timijiet Torok, Galatasaray issieħbu fil-Kampjonat t'Istanbul li kien jikkonsisti timijiet Ingliżi u Griegi fl-istaġun 1905-1906. Huma rebħu l-ewwel titolu tal-kampjonat tagħhom fl-istaġun 1907–1908, Dan witta t-triq tal-bidu tal-istorja tal-futbol Tork.[9]

Filwaqt li l-futbol fit-Turkija beda jiżviluppa għal kollox, sal-1952, Galatasaray rebħu 10 titli oħra tal-Istanbul League, sitt titli tas-Sunday League u tlett titli tal-Friday League. Wara r-rikonoxximent tal-futbol professjonali fl-1952, l-ewwel kampjonat professjonali iżda mhux nazzjonali tat-Turkija, Istanbul Professional League li ntlagħab bejn l-1952 u l-1959. Galatasaray rebaħ tlieta titli minn 7 staġuni.

Türkiye Profesyonel 1. Ligi (illum imsejjħa Turkcell Super League) iffurmat fl-1959. Dan huwa l-ogħla kampjonat professjonali fil-futbol nazzjon Tork, u l-aktar kompetizzjoni sportiva popolari fil-pajjiż. Galatasaray ipparteċipaw fl-istaġuni kollha u rebħu 18-il titlu minn dakinhar.

Probabbilment l-akbar rekord li għandhu klabb huwa li rebaħ il-kampjonati nazzjonali fi 15-il fergħa ta' sport differenti fl-istaġun 1986-87.

L-Ewwel ħdax magħżula fil-Finali tal-UEFA Cup 2000 kontra Arsenal FC, li seħħet fis-17 ta' Mejju 2000.

L-aktar era suċċessiva ta' Galatasaray kienet tard fid-1990ijiet, meta l-klabb sar l-ewwel klabb tal-futbol Tork li rebaħ trofew Ewropew. Huma kienu megħjuna f'din minn waħda mill-aħjar ġenerazzjoni tat-Turkija ta' plejers Torok li marru biex jintemmu fit-3 post fit-Tazza tad-Dinja 2002 u lagħbu fil-kwarti tal-finali tal-UEFA Euro 2000. Minbarra plejer talentużi, timijiet viżitaturi wkoll ma jħobbux jivvjaġġaw fl-Istadju Ali Sami Yen li litteralment Jissejjaħ "Infern" mill-partitarji ta' Galatasaray minħabba l-atmosfera intimidazzjoni pprovduta mis-sapporters inklużi r-rewwixti fil-folol.[10]

Hemm ħafna plejers tal-futbol ta' suċċess li lagħab għal Galatasaray u ħallew il-marka tagħhom fl-istorja tal-futbol Tork. Ftit eżempji jistgħu jkunu l-eroj nazzjonali tat-1930ijiet Eşfak Aykaç, Boduri li miet ta' 21 sena , Mehmet Leblebi li skorja rekord domestiku ta' 14-il gowl f'logħba waħda, Gündüz Kılıç imlaqqam Baba (missier) li kien kowċ, iżda wkoll plejer tat-team tiegħu fil-1950ijiet li kien ta' suċċess kbir kemm kowċ u plejer, l-aħwa Bülent-Reha Eken, Suat Mamat li għamel hat-trick fit-Tazza tad-Dinja 1954,[11] Coşkun Özarı li ħajtu ddedikata lil Galatasaray, Turgay Şeren il-gowler straordinarju li jissejjaħ the Panther of Berlin, Fatih Terim il-kaptan tat-tim ta' Galatasaray u tat-tim nazzjonali Tork u rebaħ il-UEFA Cup fl-2000 bħala kowċ, Metin Oktay il-leġġendarju li kien l-aqwa skorer tal-kampjonat Tork 6 darbiet, Zoran Simović gowler ieħor magħruf għall-penaltis, Cüneyt Tanman li lagħab rekord ta' 342 logħba għall-Galatasaray, Tanju Çolak skorer straordinarju li kien ir-rebbieħ taż-Żarbuna tad-Deheb fl-1988 ma Galatasaray, Cevad Prekazi plejer mill-Kosovo li kien spettakolari għall-free kicks, Taffarel il-gowler rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja mal-Brażil, Gheorghe Hagi, l-eroj tal-futbol Rumen li għadu deskritt bħala l-aqwa plejer barrani li lagħab fit-Turkija, l-attakant Brażiljan Mário Jardel, li kien imssejjaħ Super Mário mill-partitarji u skorja żewġ gowls għall-Galatasaray fil-Finali tas-Super Cup Ewropea tal-2000 kontra Real Madrid, u l-aħħar iżda mhux l-inqas, Hakan Şükür, il-plejer li skorja l-aktar gowls fl-ewwel diviżjoni tal-istorja tal-futbol Tork (249 gowl).

Isem u Pronunzja[immodifika | immodifika s-sors]

L-isem Galatasaray innifsu ġej minn dak ta' Skola tal-Galatasaray, li min-naħa ħadu isimhom minn Galata Sarayı Enderûn-u Hümâyûn (Palazz Imperjali ta' Skola Galata), l-isem tal-iskola oriġinali ġie stabbilit fuq is-sit fl-1481, u li min-naħa l-oħra ħadu isimhom mill-kolonja medjevali ta' Genoese qrib Galata. Galatasaray tfisser direttament bħala 'Palazz Galata'.

M'hemm l-ebda forma diminuttiva ta' Galatasaray. Il-partitarji jirreferu għall-klabb jew bl-isem sħiħ tiegħu jew mill-laqam tiegħu "Cim Bom Bom" (ppronunzjat 'Jim Bom Bom') jew fil-qasir 'Cim Bom'. Il-forma imqassra 'Gala' xi kultant hija wżata fl-Ewropa/Amerika.

Huwa importanti li wieħed iżomm f'moħħu li Galatasaray hija kelma komposta u hija ppronunzjata bħala tali. L-aktar żball komuni li huwa mhux magħmul minn kelliema Torok huwa li jgħidu Gala-tasaray, filwaqt li l-espressjoni korretta għandha tkun Galata-Saray ma' waqfa fil-qosor ħafna bejn iż-żewġ kelmiet.[12]

Storja tal-kits[immodifika | immodifika s-sors]

Perjodu Manifattur tal-Kit Sieħba
1977–1978 Ebda Volvo / PeReJa
1978–1979 Ebda
1979–1982 Telefunken
1982–1983 MEBan
1983–1985 Telefunken
1985–1986 Adidas Denizcilik Bankası
1986–1991 TürkBank
1991–1992 Umbro ADEC Saat / Show TV
1992–1995 Show TV
1995–1997 Adidas VakıfBank
1997–1998 Bank Ekspres
1998–2000 Marshall
2000–2001 Telsim
2001–2002 Lotto Aria
2002–2004 Umbro
2004–2005 Avea
2005–2009 Adidas
2009–2011 Türk Telekom
2011– Nike

Grawnds[immodifika | immodifika s-sors]

Biex tapprofondixxi, ara l-artikli: Ali Sami Yen Stadı u Türk Telekom Arena.
Türk Telekom Arena
Stampa:Türk Telekom Arena view.jpg
Lokalità Şişli, Istanbul, Turkija
Bidu tal-kostruzzjoni 13 ta' Diċembru 2007
Inawgurazzjoni 15 ta' Jannar 2011
Proprjetarju Galatasaray SK
Wiċċ Ħaxix
Arkitett 'asp' architekten Stuttgart[13]
Kapaċità 52,652
Dimensjonijiet 105 × 68m

Meta Galatasaray ġew fondati, l-ebda timijiet Torok ma kellhom grawnd tagħhom stess, u l-logħob fil-Kampjonat t'Istanbul kienu jsiru ġewwa Papazın Çayırı – illum is-sit ta' Stadju Şükrü Saracoğlu ta' Fenerbahçe. Fl-1921 l-ewwel stadju tal-futbol xieraq fil-belt inbena, l-Istadju Taksim, li kien użat bħala grawnd tat-timijiet kolla f'Istanbul. Meta l-istoriku Stadju Taksim kien imwaqqa fl-1940, Galatasaray iddeċiedew li jibnu grawnd kbir u modern. Minħabba diffikultajiet li rriżultaw mit-Tieni Gwerra Dinjija, il-kostruzzjoni ġiet ittardja għal aktar minn għoxrin sena. F'dan il-perjodu, huma lagħbu ġewwa Şeref Stadi u Dolmabahçe Stadi

Ali Sami Yen Stadi[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-20 ta' Diċembru 1964, l-Istadju Ali Sami Yen ġie nawgurat.[14] Huwa msemmi wara l-fundatur ta' Galatasaray, Ali Sami Yen, huwa jinsab fil-kwart ta' Mecidiyeköy tad-distrett ta' Şişli fiċ-ċentru tal-belt. Fl-1964, l-istadju kellu kapaċità ta' 35,000. Illum, minħabba titjib fis-sigurtà u l-projbizzjoni ta' spettaturi mhux bilqiegħda, huwa għandhu kapaċità ta' 24,990 bilqiegħda.[15]

Wara l-2002, meta Istadju Olimpiku Atatürk kienet mibnija għall-offerta fil-Logħob Olimpiku ġewwa Istanbul, Galatasaray bdew jilgħabu hemmhekk fit-Tazza Ewropea. Ir-rekord t'attendenza fost il-grawnds Torok kien miksur hemm, fil-logħba Galatasaray–Olympiacos li ntlagħbet quddiem 79,414 spettatur. Madankollu, l-Istadju Ali Sami Yen għandhu importanza storika għas-sapporters ta' Galatasaray għalkemm huwa iżgħar u ikbar.[16]

Türk Telekom Arena[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Grawnd ġdid ta' Galatasaray ġie mibni mill-ġdid li huwa Türk Telekom Arena. Dan jinsab fil-kwart ta' Aslantepe qrib Maslak, distrett finanzjarju ġewwa Şişli. L-istadju l-ġdid, li nfetaħ fil-15 ta' Jannar 2011, għandu kapaċità ta' 52,695 sedili, li għamlet l-akbar stadju proprjetà privat tal-klabb fit-Turkija.[17]

Innijiet tal-Istadju[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-1998, wara kull gowl skorjat minn Galatasaray, tindaqq l-aħħar parti tal-kanzunetta I Will Survive mill-Banda Hermes House. Għalkemm il-kanzunetta hija bl-Ingliż, il-parti użata m'għandha l-ebda lirika ħlief "la la la la". Barra minn hekk, qabel kull logħba l-Florida State Warchant (Galatasaray War Chant), li hija chant antika ħafna tal-Indjani Amerikani indiġeni tat-Tramuntana, tindaqq akkumpanjata minn dak li s-sapporters issejħu "scarf show" fejn il-partitarji juru xalpi,bnadar u aktar. Ħafna nies issejħu l-istadju 'Cehennem' (infern) minħabba l-innijiet tal-istadju u jsaħnu kontinwament il-partitarji.

Storja tal-Istadju[immodifika | immodifika s-sors]

# Grawnd Snin[18]
1 Papazın Çayırı 1905–1921
2 Taksim Stadi 1921–1940
3 Şeref Stadi 1940–1948
4 Dolmabahçe Stadi 1948–1966
5 Ali Sami Yen Stadi 1966–1972
6 Dolmabahçe Stadi 1972–1980
7 Ali Sami Yen Stadi 1980–1984
8 Dolmabahçe Stadi 1984–1986
9 Ali Sami Yen Stadi 1986–2003
10 Atatürk Olimpiyat Stadi 2003–2004
11 Ali Sami Yen Stadi 2004–2011
12 Türk Telekom Arena 2011–
# Grawnd Snin ta' logħob
1 Ali Sami Yen Stadi 34
2 Dolmabahçe Stadi 28
3 Taksim Stadi 18
4 Papazın Çayırı 17
5 Şeref Stadi 8
6 Türk Telekom Arena 2
7 Atatürk Olimpiyat Stadi 1

Rekords tal-plejer[immodifika | immodifika s-sors]

Għal aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett, ara Lista ta' rekords u statistiki ta' Galatasaray SK.
  • L-aqwa plejer li għamel apparenzi għall-klabb.
  • L-aqwa skorer ta' kull żmien

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Għal aktar informazzjoni fuq l-Unuri, ara Lista ta' rekords u statistiki ta' Galatasaray SK u Galatasaray SK fl-Ewropa.

Kompetizzjonijiet Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Kompetizzjonijiet Domestiċi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Süper Lig:
    • Rebbieħa (22): (rekord-maqsum) 1961–62, 1962–63, 1968–69, 1970–71, 1971–72, 1972–73, 1986–87, 1987–88, 1992–93, 1993–94, 1996–97, 1997–98, 1998–99, 1999–2000, 2001–02, 2005–06, 2007–08, 2011–2012, 2012/2013, 2014/2015, 2017/2018, 2018/2019
    • Runners-up (9): 1960–61, 1965–66, 1974–75, 1978–79, 1985–86, 1990–91, 2000–01, 2002–03
  • Türkiye Kupası: (rekord)
    • Rebbieħa (14): 1963, 1964, 1965, 1966, 1973, 1976, 1982, 1985, 1991, 1993, 1996, 1999, 2000, 2005
    • Runners-up (5): 1969, 1980, 1994, 1995, 1998
  • Süper Kupa: (rekord)
    • Rebbieħa (14): 1966, 1969, 1972, 1982, 1987, 1988, 1991, 1993, 1996, 1997, 2008, 2012, 2013, 2015
    • Runners-up (8): 1971, 1973, 1976, 1985, 1994, 1998, 2006, 2014

Kompetizzjonijiet Domestiċi li m'għadhomx jeżistu[immodifika | immodifika s-sors]

  • Tazza TSYD: (rekord-maqsum)
    • Rebbieħa (12): 1963, 1966, 1967, 1970, 1977, 1981, 1987, 1991, 1992, 1997, 1998, 1999
  • Tazza 50. Yıl: (rekord)
    • Rebbieħa (1):1973

Titoli Reġjonali li m'għadhomx jeżistu[immodifika | immodifika s-sors]

  • Kampjonat t'Istanbul: (rekord-maqsum)
    • Rebbieħa (15): 1908–09, 1909–10, 1910–11, 1914–15, 1915–16, 1921–22, 1924–25, 1925–26, 1926–27, 1928–29, 1930–31, 1948–49, 1954–55, 1955–56, 1957–58
  • Tazza t'Istanbul: (rekord-maqsum)
    • Rebbieħa (2): 1942, 1943
  • Shield t'Istanbul:
    • Rebbieħa (1): 1932–33
  • Tazza tal-Unjoni tal-Klabbs:
    • Rebbieħa (1): 1909

Plejers[immodifika | immodifika s-sors]

Skwadra[immodifika | immodifika s-sors]

N. Poż. Plejer
Brażil M Felipe Melo
Turkija M Hamit Altıntop
Turkija D Gökhan Zan
Turkija M Ceyhun Gülselam
Turkija M Yiğit Gökoğlan
Turkija M Selçuk İnan (kaptan)
Żvezja A Johan Elmander
Netherlands M Wesley Sneijder
Spanja D Albert Riera
Kosta tal-Avorju A Didier Drogba
Kamerun D Dany Nounkeu
Turkija A Burak Yılmaz
Turkija A Umut Bulut
Kamerun D Aurélien Chedjou
Turkija D Hakan Balta
N. Poż. Plejer
Turkija M Colin Kazim-Richards
Turkija M Erman Kılıç
Urugwaj G Fernando Muslera
Turkija D Semih Kaya
Kosta tal-Avorju D Emmanuel Eboué
Arġentina M Emmanuel Culio
Turkija M Yekta Kurtuluş
Turkija M Engin Baytar
Turkija M Emre Çolak
Marokk M Nordin Amrabat
Turkija M Sabri Sarıoğlu
Turkija G Eray İşcan
Turkija G Aykut Erçetin
Turkija G Ufuk Ceylan
Turkija A Sercan Yıldırım

Plejers barra f'self[immodifika | immodifika s-sors]

N. Poż. Plejer
Turkija M Furkan Özçal (ma' Karabükspor sat-30 ta' Ġunju 2014)
Turkija A Serdar Eylik (ma' Ankaraspor sat-30 ta' Ġunju 2014)

Skwadra tar-Riżerva u tal-Akkademja[immodifika | immodifika s-sors]

Ara Galatasaray A2

Eks Plejers[immodifika | immodifika s-sors]

Għal dettalji dwar l-eks plejers, ara Plejers ta' Galatasaray SK u Lista ta' plejers ta' Galatasaray SK.

Kaptani tal-Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Isem Nazzjonalità Snin
Boris Nikolof Bulgarija
Emin Bülent Serdaroğlu Turkija
Horace Armitage Ingilterra
Hasan Basri Turkija
Celal İbrahim Turkija
Sadi Turkija
Ali Sami Yen Turkija
Emil Oberle Ġermanja
Necip Şahin Turkija
Sedat Turkija
Hüseyin Turkija
Ziya Turkija
Adil Giray Turkija 1920–1924
Nihat Bekdik Turkija 1924–1936
Mithat Ertuğ Turkija
Avni Kurgan Turkija
Isem Nazzjonalità Snin
Suavi Atasagun Turkija
Necdet Cici Turkija
Salim Şatıroğlu Turkija
Selahattin Almay Turkija
Faruk Barlas Turkija
Arif Sevinç Turkija
Musa Sezer Turkija
Danyal Vuran Turkija
Gündüz Kılıç Turkija –1953
Bülent Eken Turkija 1953–1954
Muzaffer Tokaç Turkija 1954
Naci Özkaya Turkija 1954
Coşkun Özarı Turkija 1954–1960
İsfendiyar Açıksöz Turkija 1960
Turgay Şeren Turkija 1960–1967
Metin Oktay Turkija 1967–1969
Isem Nazzjonalità Snin
Talat Özkarslı Turkija 1969–1971
Uğur Köken Turkija 1971–1973
Muzaffer Sipahi Turkija 1973–1975
Nihat Akbay Turkija 1975–1978
Mehmet Oğuz Turkija 1978–1979
Gökmen Özdenak Turkija 1979–1980
Fatih Terim Turkija 1980–1985
Cüneyt Tanman Turkija 1985–1991
Erdal Keser Turkija 1991–1994
Tugay Kerimoğlu Turkija 1994–1995
Bülent Korkmaz Turkija 1995–2005
Hakan Şükür Turkija 2005–2008
Ümit Karan Turkija 2008–2009
Arda Turan Turkija 2009–2011
Sabri Sarıoğlu Turkija 2011–

Presidenti[immodifika | immodifika s-sors]

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' presidenti ta' Galatasaray SK.
Isem Snin
Turkija Faruk Süren 1996–01
Turkija Mehmet Cansun 2001–02
Turkija Özhan Canaydın 2002–08
Turkija Adnan Polat 2008–11
Turkija Ünal Aysal 2011–

Uffiċjali tal-Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Amministrazzjoni
Isem Rwol
Direttur Ġenerali Sedef Köksal
Koordinatur Sportiv Bülent Tulun
Direttur Finanzjarju u Amministrattiv Sedef Hacısalihoğlu
Direttur tal-Kompetizzjoni u Relazzjonijiet Esterni Yeşim Toroslu
Maniger tat-Tim Cenk Ergün
Eżekuttiv Assistent Ezgi Ekiz
Staff tal-kowċing
Isem Rwol
Kowċ Fatih Terim
Kowċ Assistent Hasan Şaş
Kowċ Assistent Ümit Davala
Kowċ tal-Gowlers Claudio Taffarel
Kowċ tal-Prestazzjoni Scott Piri
Analist Metin Çakıroğlu
Kowċ tas-Saħħa Yasin Küçük

Storja tal-Kowċis[immodifika | immodifika s-sors]

Biex tapprofondixxi, ara l-artiklu: Lista ta' kowċis ta' Galatasaray SK.
Perjodu Isem
2000–02 Rumanija Mircea Lucescu
2002–03 Turkija Fatih Terim
2003–04 Turkija Fatih Terim
Rumanija Gheorghe Hagi
2004–05 Rumanija Gheorghe Hagi
2005–07 Belġju Eric Gerets
2007–08 Ġermanja Karl-Heinz Feldkamp
Turkija Cevat Güler
2008–09 Ġermanja Michael Skibbe
Turkija Bülent Korkmaz
2009–10 Netherlands Frank Rijkaard
2010–11 Netherlands Frank Rijkaard
Rumanija Gheorghe Hagi
Turkija Bülent Ünder
2011–preżent Turkija Fatih Terim

Noti[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Gayin-sin.net". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-23. Miġbur 2013-03-05.
  2. ^ http://www.guinnessworldrecords.com/records-1/loudest-crowd-roar-at-a-sports-stadium/
  3. ^ http://www.sportingintelligence.com/2010/09/14/how-galatasaray-became-the-world%E2%80%99s-no1-sports-team-on-facebook-140901/
  4. ^ http://brandirectory.com/profile/galatasaray
  5. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-01-17. Miġbur 2013-03-06.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  6. ^ Galatasaray.org, ed. (2007-11-17). "First match and foundation" (bl-Ingliż).
  7. ^ Galatasaray.org, ed. (2007-11-23). "How Galatasaray Founded" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-05-09. Miġbur 2013-03-06.
  8. ^ Galatasaray.org, ed. (2007-11-22). "History of founding from official site" (bl-Ingliż).
  9. ^ Tff.org, ed. (2007-11-21). "History of Turkish football" (bl-Ingliż).
  10. ^ BBC.co.uk, ed. (2007-10-18). "News about Galatasaray Match" (bl-Ingliż).
  11. ^ Galatasaray Official, ed. (2007-11-24). "Suat Mamat Profile" (bl-Ingliż).
  12. ^ Tekil, Süleyman (1983). Arset Matbaacılık Kollektif Şti (ed.). Galatasaray, Dünden Bugüne 1905–1982. pp. 1–13. Parametru mhux magħruf |belt= injorat (għajnuna)
  13. ^ asp stuttgart
  14. ^ "Ali Sami Yen Stadium" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |dataarkivju= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |urlarkivju= injorat (għajnuna)
  15. ^ "Ali Sami Yen Stadium Information". The Stadium Guide (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  16. ^ Fotomaç, ed. (2006-10-20). "Zulümpiyat! Stadı" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  17. ^ Galatasaray SK (ed.). "Stadium info". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-11-04. Miġbur 2013-03-09. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  18. ^ TRT Website

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Birand, M. A., & Polat, M. M. (2006). Passion that continues for 100 years. İstanbul: D Yapım. OCLC 164788939
  • Turagay, U., Özgün, G., Gökçin, B., Ahunbay (2006). 17 May: The story of a championship. İstanbul: D Yapım. OCLC 169899400
  • Hasol, D. (2004). Dreams/realities in Galatasaray. İstanbul: Yapı Yayın. ISBN 978-975-8599-44-8
  • Tuncay, B. (2003). Galatasaray with European Success and Notable Players. Yapı Kredi Kü̈ltü̈r Sanat Yayıncılık. ISBN 978-975-08-0427-4
  • Yamak, O. (2001). Galatasaray: Story of 95 years. Sinerji. OCLC 59287768
  • Çakar, A. (1995). 90 questions about history of Galatasaray SK. Cağaloğlu, İstanbul: Demir Ajans Yayınları. OCLC 42434622
  • Tekil, S. (1986). History of Galatasaray, 1905–1985. Galatasaray Spor Kulübü. OCLC 25025508
  • Tekil, S. (1983). Galatasaray 1905–1982: Memories. Arset Matbaacılık Koll. Şti. OCLC 62614035
  • İsfendiyar, F. (1952). History of Galatasaray. İstanbul: [Doğan Kardeş yayınları]. OCLC 27753643

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]