Għajnuna:Medja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Introduzzjoni għall-medja
Awdjo u vidjo
MIDI

Fajls multimedjali fuq il-Wikipedija

Xi artikli tal-Wikipedija li għandhom fajls akustiċi u viżwali

Xi artikli tal-Wikipedija jinkludu fajls ta' ħoss jew vidjos, li jistgħu jindaqqu fuq kważi kull kompjuter personali. Madanakollu, il-kompjuter tiegħek irid ikollu s-softwer it-tajjeb. Jekk il-kompjuter tiegħek ma' jdoqqx awtomatikament dawn il-fajls meta tagħfas fuqhom, tista' tagħmel dan billi tniżżel u tinstalla softwer b'xejn mill-internet.

Fajls tal-ħoss fuq il-Wikipedija ġeneralment jużaw il-format tal-awdjo Vorbis, u fajls tal-vidjos jużaw il-format Theora. Dawn huma simili għal formati oħra li huma wżati biex idoqqu awdjo diġitali u vidjo bħal MP3 u MPEG. Id-differenza hi li dawn il-formati Ogg huma kompletament b'xejn, miftuħa u bla copyright. Madanakollu, il-kompjuters tal-Microsoft Windows u l-Mac OS X ma jagħtux sapport ta' dawn il-formati awtomatikament, u għandhom bżonn softwer ieħor biex iddoqqhom (ara hawn taħt).

Fajls mużikali jistgħu kultant jużaw il-format MIDI (bl-estensjoni .MID jew .MIDI). MIDI tindaqq ħafna drabi mingħajr bżonn ta' softwer ġdid, hekk kif ħafna kompjuters għandhom plejer li jippermetti daqq tal-formati MIDI u kif ukoll għandhom sound card.

Direzzjonijiet fuq l-installazzjoni tas-softwer >>