Zach Muscat

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Zach Muscat
Zach Muscat.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħZach Muscat
Twelid22 ta' Awwissu 1993 (1993-08-22) (26 sena)
San Ġiljan, Malta
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrentiAkragas
Klabbs ġovanili
Luxol
Melita
2004−2010Pietà Hotspurs
Klabbs professjonali*
SninKlabbPreżGwls
2010−2012Pietà Hotspurs21(2)
2012−2016Birkirkara100(8)
2016−Akragas1(0)
Tim nazzjonali
2014−Malta2(0)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 17 ta' Jannar 2016

Zach Muscat (San Ġiljan,22 ta' Awwissu 1993) huwa futboler professjonali żagħżugħ Malti li jilgħab bħala difensur fil-klabb tas-Serie D, Akragas. Muscat huwa plejer attiv tat-tim internazzjonali Malti.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Muscat beda l-karriera tal-futbol ma' Luxol St. Andrews fl-età ta' 3 snin. Wara huwa mar ma' Melita, fl-istaġun 2004-2005 huwa ngħaqad ma' Pietà Hotspurs. Sena wara sena, Muscat beda jistabbilixxi ruħu bħala wieħed mil-aqwa difensuri żgħażagħ fuq il-gżira u fl-età ta 16-il sena hu kien imsejjaħ biex jissieħeb mal-iskwadra nazzjonali ta' taħt is-17-il sena. Huwa għamel id-debutt tiegħu fit-22 ta' Ottubru 2009 f'telfa ta' 2-0 kontra l-Irlanda ta' Fuq. Wara li għamel id-debutt tiegħu, huwa kien ukoll il-kaptan tat-tim fir-rebħa storika kontra l-Olanda. Muscat kien imsejjaħ ukoll biex jissieħeb fl-iskwadra nazzjonali ta' taħt il-21 sena fl-2011. Huwa għamel id-debutt tiegħu fid-dro ta' mingħajr gowls kontra l-Finlandja fit-3 ta' Ġunju 2011 li kienet l-ewwel logħba ta' kwalifiki tal-UEFA European Under-21 Championship. Fl-1 ta' Settembru 2011, Muscat irnexxielu jiskorja l-ewwel gowl tiegħu mal-iskwadra fit-telfa ta' 4-1 kontra l-Islovenja. Ma' Pieta Hotspurs, fl-istaġun 2011-2012, Muscat kellu staġun ta' relegazzjoni. Mingħajr dubju l-għan pożittiv kien il-prestazzjoni solida tiegħu, iżda fuq in-naħa negattiva, Pieta Hotspurs naqset milli tirbaħ il-promozzjoni għall-Premier League Malti wara li ddominaw il-kampjonat għall-ewwel xhur. Pieta Hotspurs spiċċaw fit-tielet post u Muscat irnexxielhu jiskorja żewġ gowls. Kif mistenni, matul is-suq ta' trasferiment tas-sajf tal-2012, diversi timijiet kienu interessati fis-servizz ta' Muscat imma kienu Birkirkara li rnexxielhom jakkwistaw s-servizzi tiegħu. It-Tlieta, 7 ta' Awwissu 2012 huwa ffirma kuntratt ma Birkirkara. Muscat għamel id-debutt uffiċjali tiegħu ma Birkirkara fl-20 ta' Awwissu f'rebħa komda ta' 4-0 kontra Melita. Hu skorja t-tielet gowl fid-deċiżiva bejn Birkirkara u Hibernians fejn il-logħba spiċċat 3-1 favur Birkirkara.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Malta Birkirkara

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]