Aqbeż għall-kontentut

Wilhelm Grimm

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Wilhelm Grimm
Membru tal-Parlament ta' Frankfurt

Ħajja
Isem propju Wilhelm Karl Grimm
Twelid Hanau, 24 Frar 1786, 1786
Nazzjonalità Landgravjat ta' Hesse-Kassel
Renju tal-Prussja
Mewt Berlin, 16 Diċembru 1859
Post tad-dfin Alter St.-Matthäus-Kirchhof Berlin
Familja
Missier Philipp Grimm
Omm Dorothea Grimm
Konjuga/i Dorothea Grimm
Ulied
uri
Aħwa
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Marburg
Università Humboldt ta’ Berlin
Lingwi Ġermaniż
Daniż
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni lessikografu
antropologu
librar
kittieb
librar tad-dritt
kittieb tal-kotba tat-tfal
pedagoġiku
lingwista
studjuż letterarju
studjuż tal-Ġermaniż
ġurist
għalliem fl-università
mitografu
kollezzjonista tal-ħrejjef
filologu
Post tax-xogħol Hanau
Kassel
Marburg
Göttingen
Berlin
Impjegaturi Università ta' Göttingen
Università Friedrich-Wilhelms
Xogħlijiet importanti Grimms' fairy tales (en) Translate
Sħubija Akkademja tax-Xjenzi Prussjana
Akkademja tax-Xjenzi ta' Göttingen
Akkademja Bavarjana tax-Xjenzi
Royal Swedish Academy of Letters, History and Antiquities (en) Translate
Koninklijke Nederlandse Akademie van Wetenschappen
Moviment romantiċiżmu

Wilhelm Carl Grimm (ġieli miktub Wilhelm Karl Grimm; twieled fl-24 ta' Frar 1786 – miet fis-16 ta' Diċembru 1859) kien awtur u antropologu Ġermaniż, u ħu ż-żgħir ta' Jacob Grimm, tal-Aħwa Grimm famużi fil-letteratura.

Ħajja u xogħol

[immodifika | immodifika s-sors]

Wilhelm twieled fl-24 ta' Frar 1786 f'Hanau, f'Hesse-Kassel. Fl-1803, huwa beda jistudja l-liġi fl-Università ta' Marburg, sena wara li kien beda jistudha hemmhekk ħuh Jacob. Iż-żewġ aħwa qattgħu ħajjithom kollha qrib xulxin. Meta kienu jmorru l-iskola, kellhom sodda waħda u mejda waħda komuni għalihom it-tnejn; bħala studenti, kellhom żewġ sodod u żewġ imwejjed fl-istess kamra. Huma dejjem għexu taħt l-istess saqaf flimkien u kienu jaqsmu l-istess kotba u affarijiet.[1]

Fl-1825, meta kellu 39 sena, Wilhelm iżżewwġ bint l-ispiżjar Henriette Dorothea Wild, magħrufa wkoll bħala Dortchen. Iż-żwieġ ta' Wilhelm ma bidilx l-armonija bejn iż-żewġ aħwa. Richard Cleasby żar lill-aħwa u osserva li "it-tnejn li huma jgħixu fl-istess dar, u tant jgħixu f'armonija u bħala komunità li wieħed kważi jistħajjel jimmaġina li t-tfal kienu proprjetà tat-tnejn."[1][2]

Il-karattru ta' Wilhelm kien f'kuntrast għalkollox ma' dak ta' ħuh. Meta kien għadu tifel, huwa kien b'saħħtu u f'saħħtu, iżda meta kiber huwa bata minn marda twila u kiefra li ħallietu dgħajjef għal għomru kollu. Huwa kellu moħħ inqas komprensiv u enerġetiku minn dak ta' ħuh, u kellu inqas spirtu ta' investigazzjoni. Kien jippreferi jibqa' kkonfinat f'qasam limitat u ċirkoskritt sew ta' xogħol. Huwa uża dak kollu li kellu x'jaqsam direttament mal-istudji tiegħu u injora l-kumplament. Dawn l-istudji kienu kważi dejjem ta' natura letterarja.

Wilhelm kien tassew għal qalbu jitgħallem il-mużika, filwaqt li ħuh kienet togħġbu b'mod moderat, u hu kellu don notevoli biex jirrakkonta l-istejjer. Cleasby jistqarr li "Wilhelm qara xorta ta' farsa miktuba bid-djalett ta' Frankfurt, u wera l-"malheurs" ta' ħaddiem tas-sengħa minn Frankfurt fuq btala l-Ħadd. Kienet storja ċajtiera ħafna, u hu rrakkontaha b'mod ammirevoli." Cleasby jiddeskrivieh bħala "bniedem ferrieħi u fuq tiegħu." B'hekk, ħafna fis-soċjetà kienu jfittxuh, u hu kien jiltaqa' ma' ħafna nies għad-differenza ta' ħuh.

Kollezzjoni ta' ħrejjef ġiet ippubblikata għall-ewwel darba fl-1812 mill-aħwa Grimm, magħrufa bħala l-Ħrejjef tal-Aħwa Grimm.[1]

Mill-1837 sal-1841, l-aħwa Grimm ingħaqdu ma' ħames professuri sħabhom fl-Università ta' Göttingen u ffurmaw grupp magħruf bħala l-Göttinger Sieben (Is-Seba' ta' Göttingen). Huma pprotestaw kontra Ernest Augustus, ir-Re ta' Hannover, u akkużawh li kasbar il-kostituzzjoni. Is-seba' li huma tkeċċew mir-re.

Wilhelm Grimm miet f'Berlin minħabba infezzjoni meta kellu 73 sena, nhar is-16 ta' Diċembru 1859.

L-oqbra tal-familja Grimm

Wilhelm u Henriette kellhom erbat itfal flimkien:

  • Jacob (twieled fit-3 ta' April 1826 – miet fil-15 ta' Diċembru 1826)
  • Herman Friedrich (twieled fis-6 ta' Jannar 1828 – miet fis-16 ta' Ġunju 1901); kittieb magħruf ukoll
  • Rudolf Georg (twieled fil-31 ta' Marzu 1830 – miet fit-13 ta' Novembru 1889)
  • Barbara Auguste Luise Pauline Marie (twieldet fil-21 ta' Awwissu 1832 – mietet fid-9 ta' Frar 1919)
  1. ^ a b ċ Grimm, Wilhelm Carl. 12. Miġbur 2022-02-24.
  2. ^ "Life of Cleasby," prefiss mal-Icelandic Dictionary tiegħu, p. lxix.