Wikipedija:Pjazza/Arkivju 2008

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa


Problema bit-Templates

Naf li ma tantx għandu x'jaqsam iżda issa kif għadni kif lestejt mil-artiklu ta' Ġużeppi De Piro, (jekk joġobkom tarawh), bdejt l-artiklu fuq it-team tal-Milan! Għandi problema kbira kif ħa nagħmel it-template ta l-iskwadra tal-Milan, għalhekk bil-paċenzja kollha nitlob lil xi ħadd biex jagħmili da n it-template!

Grazzi, --Zammit1 18:39, 4 Jannar 2008 (UTC)[wieġeb]

Għajnuna kif timmodifika

Fil-paġna prinċipali hemm il-link "kif tista' timmodifika l-paġni". Għaliex ma ssirx riindirizazzjoni għall-paġna Help:(Għajnuna) Kif timmodifika artiklu? Meta provajt nagħmilha, sibt li kien hemm diġà minn għamel "#REDIRECT" (permezz tad-deletion log) u b'hekk ma għamiltix...

--Chrisportelli 08:36, 5 Frar 2008 (UTC)[wieġeb]

Grazzi li ġbidtli l-attenzjoni. Ir-redirects neħħejthom għax irranġajt il-ħolqa fil-kaxxa tan-navigazzjoni. Ma ndunajtx li ksirt ħolqa fil-paġna principali. Sewwejtha! Joe :))

Deletion log

Jekk jogħġobkom tistgħu tħassru dawn il-paġni għax ġew ikkreati bi żball:

Grazzi joelemaltais. Chrisportelli 20:17, 17 Mejju 2008 (UTC)[wieġeb]

Traduzzjonijiet

Kif wieħed jista' jinduna mill-verżjoni Ingliża ta' Wikipedia, hemm sezzjoni, anzi saħansitra proġett sħiħ, iddedikat għat-traduzjonijiet minn lingwi oħra għall-ingliż. Meta wiehed jikkunsidra li hemm nuqqas kbir ta' artikli bil-Malti, li jistgħu faċilment jiġu tradotti minn lingwi oħra, kemm huwa possibbli li tinħoloq sezzjoni ta' traduzzjoni għall-Malti? għal min hu interessat, ħloqt is-sezzjoni tat-traduzzjoni mill-Malti għall-Ingliz, u bħalissa hemm jien biss registrat bħala traduttur mill-Malti.

Hija dejjem haġa raġjonevoli li-tieħu artiklu bl-ingliż jew b'lingwa oħra bħala referenza. Kważi kulħadd jibda hekk - wara kollox kontenut ħieles. Minn daqshekk, jekk tixtieq tikkontribwixxi, dejjem tajjeb tgħaddas rasek b'xi artiklu zgħir li jinteressak. Tinsiex li proġett kbir jeħodlok ħafana ħin u jenħtieġ aktar esperjenza. L'aktar ħaġa li mhix apprezzata fil-wikipedija hu xogħol mibdi li ma jitkompliex.


P.S. Għadni ġdid fix-xena ta' kontribuzzjoni ta' Wikipedia. Naqra appoġġ ikun apprezzat :) Kaiser86 15:41, 22 Mejju 2008 (UTC)[wieġeb]

--> Help:(Għajnuna) Kontenut. Jekk tieħu artiklu lest u tara kif inhu maħadum, aktar timxi. Is-soltu dejjem tieħu risposta malajr għal-mistoqsija preċisa.

Insellimlek --JoeLeMaltais/Tħaddet

Kunsens fuq "Georgia"

Jien ma nafx kif nsejħulu aħna l-pajjiż ta' Georgia. Kieku aħjar nsejħulu Ġeorġja, bil-font Malti, milli "Georgia", għax din ta' l-aħħar tidher li hi Ingliżizzata. X'taħsbu? Nixtieq xi ħadd jirrispondi. Grazzi.

Chrisportelli 17:36, 25 Mejju 2008 (UTC)[wieġeb]

Billi l'isem mnissel mill-Għarbi, u l'kelma bl-Għarbi għandha iż-żewg ħsejjes /dʒ/, iz-żewġ ġ f' Ġeorġja, jagħmlu sens. Għandi dubju fuq eo: L'eo fis-sistema tal-kitba Maltija n'assumi li hija j - pero naħseb li taqa qabel l'o --> Ġorġja. Jew tistaqsi l'Rod, jew tibgħat messaġġ fuq Kelmet. Saħħa, Joe :))
Fuq li l'j taqa qabel l'o jien żbaljat: ara per eż. raġjonevoli. Issa qed n'assumi li Ġjorġja... imma L-aħjar tistaqsi :))
Mid-dehra anki l'għorrief fi-Brussell u l'Lussemburgu daqqa bil-j u daqqa mingħajr jiktbu: Ġjorġja 05 vs. Ġorġja 10
L'istess b'raġjonevoli - issibha -mingħajr j wkoll Joe :))

Ġeografija imma Ġometrija!

"Leli Forte 23:00, 25 Mejju 2008 (UTC)"[wieġeb]

Ma ħallitnix bil-kwiet il-biċċa xogħol: Jekk wieħed jimxi fuq il-mudell ta'kliem Rumanz hemm tendenza (evidenza mir-riżulżtati tat-tfittxija fuq) li tikteb ġjo li tagħti kważi eżatt il-ħoss ta' gio fis-sistema ta-kitba Taljana. Jekk timxi fuq il-lingwa mitkellma, li tagħti preċiżament l'essenza tal-ħsejjes wzati fil-lingwa (il-ħsejjes jagħtu ħjiel aktar fil-fond fuq is-sistema tal-lingwa) jidher li l'ħoss tal-j jaqgħa (ġbart ftit kampjuni Awdjo ta' intervisti). Pero' tlett kampjuni biss u forsi qed nitlef il-punt. Kif indunajt mil-kitba tiegħi m'inhix xi-espert tal-Malti :)) Joe


"Leli Forte 08:33, 26 Mejju 2008 (UTC)": fr.wikpedia tgħid hekk:[wieġeb]

La dénomination européenne du pays, la Géorgie, utilisé par une très grande partie des langues mondiales, vient du persan Gurji (گرجی), influencé par l'arabe Jurj. La prononciation du nom du pays à l'occidental venant du préfixe grec geōrg- (γεωργ), on pensait jadis que le nom de Géorgie venait de saint Georges de Lydda (qui est d'ailleurs le saint protecteur du pays). Mais on sait aujourd'hui qu'il vient en réalité du Grec γεωργία (geōrgia), qui veut dire agriculture.

Allura kemm jekk l-isem ġej mill-Għarbi Ġurġ u kemm jekk ġej mill-isem ta' San Ġorġ, iżjed jagħmel sens li nużaw Ġorġja. Is-suġġeriment l-ieħor li ġej minn γεωργία (geōrgia) ixaqleb lejn Ġeorġja. Però, jien naqbel ukoll ma' Joe, fil-fatti ħadd ma jgħid Ġjorġja. Il-Malti ġeneralment jevvita il-ħoss ġjo għax diffiċli tgħidu. Jien naħseb li l-aħjar Ġorġja. Leli


Ħbieb, id-dizzjunarju ta' Aquilina f'paġna 1660 (Maltese –English) jagħtiha bħala Ġeorġja. Għaldaqstant naħseb li għandna nużaw din. Fuq kollox, aħna Ġeometrija, Ġeografija niktbu, avolja hemm min jaqrahom 'Ġo-'. Però dawk kull m'huma, varjanti fil-mod tal-pronunzja :) Prosit ħbiex btax-xogħol kollu! --Roderick Mallia 08:46, 26 Mejju 2008 (UTC)[wieġeb]

Allura inbiddlu Georgia għal Ġeorġja. Grazzi tal-kooperazzjoni ta' kulħadd.

RU" hu riindirizzat għal hawnhekk

Għażiż Wikipedija Malta Amministraturi,

Jien kont qiegħed naħseb li nibgħatu artiklu fuq il-gazzetta sabiex inġibu aktar utenti lejn dan il-proġett. In-numru ta'utenti li qegħdin jidħlu regolarment huwa baxx ħafna. Proġett bħal dan ma' jistax ikun li nkunu 5 biss. Fil-fehma tiegħi li anka affarijiet bażiki għadhom mhux lesti. Per eżempju żball bħal dan: RU" hu riindirizzat għal hawnhekk ...m'għandux ikun aċċettat. Ħafna mit-terminoloġija użata f'dan il-wikipidija hija żballjata u skorretta. Salva Paġna, Modifika minuri u ħafna oħra lanqas jagħmlu sens u għandhom jerġaw jiġu rreveduti. Għalkemm ma tantx inħobb inmaqdar, inħoss l-amministrazzjoni preżenti m'hi tagħmel xejn f'dan ir-rigward. Jien waħdi qlajt fwidi nipprova nagħmel artikli li huma bażiki bħal Renju Unit u ħafna oħra. Din il-wikipedija mhux faċċli tidraha u hemm affarijiet li tagħmel x'tagħmel xorta waħda ma tasal imkien. It-templates u it-tabelli għadhom lanqas ġew irranġati sabiex inkunu nistgħu naffetwaw il-modifiki kif tassew nixtiequ. Drop down Menus xejn. M'hemm l-ebda referenzi jew links esterni għall-ebda artiklu meta waħda mir-regolamenti tal-wikipedija tgħid li l-artikli rridu jkunu verifikabli. Għall-xejn niftaħru li għana fuq elfejn artiklu għax nofshom mhux sodisfiċenti u l-akbar parti minnhom huma abbożż.

Orajt, vera nifhem li l-wikipedija maltija qatt ma tista' tkun bħal wikipedija inġliża pero m'hu nara l-ebda direzzjoni ta' xejn fir-rigward fejn sejjrin. Jien naħseb li għana nwarrbu affarijiet bla sens bħal Pjazza Temi Zammit għax dawk kollha żejjda u ħella ta' ħin u niffokaw u nagħmlu dawk li fil-wikipedija inġliża jgħidulhom "Wikiprojects". B'hekk l-utenti jistgħu jidħlu fis-sezzjoni li jieħdu pjaċir jagħtu sehemhom u b'hekk fl-istess ħin ikun hemm pjan. Sadanitan t għana ninformaw lil "Akkademja tal-Malti", "Kunsill Nazzjonali tal- Malta", "Kunsill Nazzjonali taż-żgħażagħ" dwar dan il-proġett. Jien ninsab ċert li nsibu għajnuna minn dawn l-organizzazzjonijiet.

Insomma jien nixtieq li dan il-proġett jirnexxi. 1) Ikun l-ewwel enċiklopedija sura ta' nies bil-Malti 2)Ngħinu ħafna l-lingwa tagħna u fl-edukazzjoni tal-lingwa tagħna. Jien nawgura li anka intkom tkunu ottimisti bħali għax kull qatra tgħodd.

Grazzi. --Gian 13:35, 7 Ġunju 2008 (UTC)[wieġeb]

Jien naqbel mal-fatt tal-Proġetti, hekk kif dawn jgħinu aktar lill-utenti biex jagħmlu editjar aħjar. Però minħabba ċ-ċokon ta' pajjiżna, in-numru ta' utenti li jużaw il-Wikipedija huwa żgħir, u huma wkoll ftit li bħalna utenti tal-Wikipedija jiddedikaw ħin biex jagħmlu l-modifiki fuq il-Wikipedija. Chrisportelli 05:57, 8 Ġunju 2008 (UTC)[wieġeb]
Hemm pjan li l-Wiki tiġi promossa. Ta' min imma naġġornawh naqra u naraw x'nuqqasijiet għandna l-ewwel. Hemm nies li diġà jafu bih, tinkwietax ... anke nies mill-Kunsilli u l-Akkademja. Però s'issa ma sar xejn minn naħa tagħhom - 'qas qatt tniffsu. Jiġifieri ma nimlewx rasna wisq. Però, jiena mbarkajt fuq dal-proġett għax bħalkom inħobb il-lingwa u għax nemmen li għandu jkun hawn fonti ta' informazzjoni sura bil-Malti li jkun jista' juża kulħadd. Jien naħseb li jekk nagħtu skoss u naġġornaw il-Wiki kif imiss, u nagħtu tindifa ġenerali u ntejbu l-artikli, inkunu nistgħu niikkunsidraw naqra promozzjoni serja. Naħseb imma li hemm bżonn nikkonċentraw fuq l-iktar affarijiet importanti l-ewwel u ma nħallux per eżempju, ħafna stubs u paġni bla sugu. Jiġifieri forsi ta' min innaqqsu l-artikli ġodda u nikkonċentraw fuq dawk li għandna, niwwikifikawhom u nżidu magħhom fejn nistgħu. Hemm ħafna x'isir imma flimkien naslu żgur --Roderick Mallia

Tabelli

Nixtieq inkun naf kif tagħmel border għat-tables? Grazzi ta' kollox...

-ChrisPortelli

Risposta:Tabelli

Chris - apparentement class="wikitable" ma tinsabx fis-sistema. Din is-soltu tinsab f'MediaWiki:Common.css iżda ġiet imħassra u tħalliet nota no longer required - nista nirkuprhawa iżda aħjar nitkellem ma' Srl qabel. Insellimlek Joe :))

Tables bil-borduri jistgħu jinħolqu anke fuq il-Wikipedija Maltija bl-użu tal- HTML tables. Biex titgħallem kif mur fuq http://www.w3schools.com jew ara Template:Kimika bħala eżempju.
Dylan Borg 07:35, 12 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Imma aħjar naħseb li bħal kull Wikipedija oħra jkollna class="wikitable", hekk kif din turi iktar ordni minn template oħra (Tablabonita) li qed nuża' minflok bħalissa. »Chrisportelli (tħaddet) 10:45, 15 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Kliem bil-Malti

Il-Buttuni tal-Wikipedija

nota: din id-diskussjoni ġiet imressqa fil-pjazza

Prosit tassew għax-xogħol li qed isir fuq il-Wikipedija! Imma l-buttuni ta' l-editjar jinkwetawni.

Salva l-paġna: Jien insalva 'l xi ħadd jekk ikun se jegħreq. Jekk ikolli xi ħaga li rrid inżommha, nerfagħha! Għaliex mhux 'Erfa' l-paġna'?

Anteprima: Għaliex mhux 'Uri kif se tidher'? Tidher twila imma fil-fatti 'kif se tidher' għandha 4 sillabi bħal 'anteprima'.

ĠP 21/06/07

Għażiż ĠP, l-ewwel nett grazzi tal-kummenti. Nispera li jirnexxielek taqrah dal-messaġġ għax peress li ma kkumentajtx bħala utenbt m'intix ser tirċievi notifika ta' din ir-risposta. Minn hawn, inħeġġek biex tagħmel kont int ukoll u niddiskutu kollox bil-miftuħ fil-Pjazza, forsi jitħajjru jikkontribwixxu iktar nies. Issa riward "salva" ir-raġuni li nista' noffri hija li f'ħafna lingwi, in-nies isalvaw u mhux jerfgħu. Bħal ngħidu aħna "save", "salvare", eċċ. Personalment, nippreferi insalva milli nissejvja. U erfa' ma narahiex daqshekk qawwija, għalkemm nippreferiha ħafna iktar milli nissejvja.

Rigward anteprima, ġieli smajtha wżata bil-Malti u ma nara xejn ħażin fiha. Trid ukoll iżżomm f'moħħok li mhux biss kwistjoni ta' sillabi imma wkoll kwistjoni ta' spazju. "Uri kif se tidher" tieħu iktar spazju milli "Uri anteprima". U fuq kollox, ma taħsibx li kelma waħda hija aħjar minn frażi sħiħa? Jiena favur il-prattiċità fl-aħħar mill-aħħar u fejn nista' nuża kelma minflok frażi, tant aħjar. Għax fuq buttuna ma tantx tista' tikteb kemm trid...

Biss, jekk ikun hemm qbil bejn għadd ta' Wikipedjani, jiena lest li nagħmel tibdil fil-format għax fl-aħħar mill-aħħar, din l-enċiklopedija hija tan-nies u mhux ta' persuna waħd biss. Din l-interfaċċa tal-Wiki għamiltha kollha waħdi mill-bidu u kienet biċċa xogħol, għax ħadd ma ssuġġerixxa xejn. Għaldaqstant, nieħu gost b'dawn il-kummenti għax fl-aħħar mill-aħħar, bihom biss tista' titjieb din l-enċiklopedija. Grazzi u Saħħiet, --Roderick Mallia 16:57, 22 Ġunju 2007 (UTC)[wieġeb]

Għadni kif biddilt il-buttuna ta' l-issejvjar u minflok "Salva l-paġna" sare "Issejvja l-paġna". X'taħsbu minn dil-bidla? Għandha tinżamm kif kienet jew kif inhi? Il-Kunsill tal-Malti jaqbel li l-kelma sejv bil-forom kollha tagħha daħlet fil-Malti u allura għandna nużawha kif inhi. Però, dan ma jfissirx li din hija l-verżjoni definittiva u jekk jintlaħaq ftehim fuq xi kelma oħra nistgħu nimplimentawha wkoll. Il-Wiki dejjem kellha l-ħsieb li tkun proattiva fejn jidħol kliem ġdid u ma narax għalfejn m'għandniex inkomplu fuq l-istess vena. S'issa, għandna 3 suġġerimenti:

  • Salva l-paġna
  • Issejvja l-paġna
  • Żomm it-tibdil (jew possibilment, 'Żomm il-paġna')

Liema tippreferu u għaliex?

U biex inkomplu fuq din il-linja, hemm xi kliem li mhux qed idoqqilkom fl-interfejs/interfaċċa/dehra tal-Wiki? X'tixtiequ tibdlu u x'idejjaqkom? Iktar ma tagħtuna kummenti iktar inkunu nistgħu niddeċiedu b'ċerta kunfidenza. Għax il-Wiki hija tagħkom ukoll... --Roderick Mallia 09:51, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Ma nafx, jien ssejvja ma tantx iddoqli u salva anqas. Għaliex ma nistgħux nagħmluwa "modifika", wara kollox kull meta qiegħed tagħfas dik il-buttuna tkun qiegħed tagħmel modifika. Jien hekk nara, Inti mur fuq Betawiki u ara kif ġiet. Jekk filkaz bidel minn hemm.. Grazzi --Gian 09:58, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

P.s anteprima mhux kelma anqas imma taljana! dik ukoll għandha tiġi diskussa. --Gian 09:59, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Jien għalija qiegħed f'dilemma bejn 'salva' jew 'issejva'. 'Modifika' ma tantx togħġobni minħabba li dik hi traduzzjoni mill-Ingliż għal edit. Aħna rridu nsalvaw/nissejvjaw. Naħseb li jekk il-Kunsill tal-Malti approva l-kelma 'sejv' bħala waħda Maltija, allura nistgħu naċċettawha... Chrisportelli 10:08, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

u sejvja hija traduzzjoni mill-ingliż mill-kelma save, x'inhu il-punt tiegħek?

Jien għalija kieku aħjar kieku naħarbu minn dawn il-kliem --Gian 10:15, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Mhux la kemm naħarbu minnu dal-kliem Gian. Il-Maltin jużawh u fl-aħħar mill-aħħar, huma jiddettaw il-lingwa. Fiż-żmien kienet "Immodifika" però, bħal donnha ma kienetx toqgħod tajjeb. Jekk forsi l-kelma ssejvja iddarsek (kif xi ftit jew wisq, iddarras lili) nistgħu nużaw xi ħaġa bħal, ngħidu aħna, "Żomm it-tibdil". Hekk jew b'hekk, meta tissejvja huwa preċiżament dak li tkun qed tagħmel - iżżomm it-tibdil li tkun għamilt int. Chris il-kelma edit ilha fil-Malti u minnha bħala zokk ħriġna kliem ieħor bħal, per eżempju, editur u editorjal. Jiġifieri nistgħu nqisuha bħala kelma Maltija wkoll. Lura għalik Gian: int qatt għidt fil-lingwaġġ ta' kuljum: nissejvja, nissejvjaw, issejvjali, eċċ? Jekk iva, int stess taf kemm daħal fil-Malti dal-kliem. U kif qed jgħid Chris "salva" mhux eżattament ħażina - hekk jew b'hekk hija traduzzjoni korretta ta' Save. Però kemm issib min jużaha? Għalhekk naħseb li għandna nkunu tikka iktar loġiċi u nsibu xi ħaġa iktar adattata. --Roderick Mallia 12:23, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
Jekk hemm bżonn, nistgħu noħolqu xi forma ta' votazzjoni. Chrisportelli 12:30, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Ma nafx jien, f'dan l-istadju votazzjoni żġur ma tgħinx, aktar naħseb diskussjoni hemm bżonn. Għalkemm tinstema kerha aħna l-Maltin meta nkunu fuq il-komputer minflok ngħidu "salva l-paġna" kif sippost bdejna nawġu l-kliem bħal "save" mill-ingliż għax fuq il-pc kollox bl-ingliż ikun. Għalura inħolqot lingwa ġdida - ssevja, klikkja, ipprintja u affarijiet hekk. Filfatt il-kelma ipprintja ċert li rajta x'imkien fis-side menu.. għalura ssevja x'għandha inqas minna?

Jiena Salva l-paġna aktar iddoqli... jista wkoll ikun illi drajt biha. Pero din ġa ġiet diskussa mhux ħażin tlett snin ilu u kien hemm suġġeriment ta' Ferdinand li kien għoġobni aktar: Erfa' l-Paġna --Joelemaltais 07:52, 1 Awissu 2008 (UTC)

Issa dwar l-oħrajn:

  • Din hija modifika żgħira mhux minuri..
  • Dwar kull fejn hemm miktub Copyright nistgħu niktbu Propjetà letterarji - dik tintuża... ħallija li imbgħad trademark - trejdmark..
  • previżjoni mhux anteprima
  • Kull fejn hemm miktub editja biddel għal modifika, nifhem li hemm il-kliem editur u hekk pero editja dik il-ja fl-aħħar ma tantx iddoqli personalment. Wara kollox modifika hija kelma Maltija wkoll allura m'għandiex tkun problema.
  • Qiegħed jiġi modifikat l-artiklu... mhux Qed jiġi editjat l-artiklu


Ma nafx dawn l-affarijiet kollha kont għamilthom fuq Betawiki..

Il-problema hija tal-PLURAL:

Meta jkollhok variable $ u per eżempju l-variable tkun 17.. il-mediawiki qas jinduna li rrid idaħħal -il bejniethom.. etċ --Gian 13:09, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Din tal-PLURAL hija problema. Jekk għall-argument ħa nieħdu l-kelma reviżjoni:
1 reviżjoni
2-10 reviżjonijiet
11-19-il reviżjoni
minn 20 'il fuq nużaw reviżjoni
Hemm xi mod kif nimmodifikawha din għax qed ninnota li int daħħalt il-PLURAL però kif inhi mhux tagħmel sens għax m'għandniexd forma waħda ta' plural fil-Malti bħall-Ingliż, li jżidu 's' biss, fil-maġġor parti tal-każijiet. Jekk ma nsibux mod bil-PLURAL ħa jkollna nużaw il-parentesi eż. reviżjoni(jiet) jew inkella is-sinjal mxaqleb eż. reviżjoni/jiet. Għada nipprova nara x'jista' jsir però jekk il-PLURAL jaċċetta żewġ parametri biss, jien tal-parir li ma nużawhx. --Roderick Mallia 00:41, 2 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]


Dik il-problema tal-Apofonija (fittex Apophony fid-dokument) magħrufa u teżisti wkoll fil-lingwi Ġermanici. Fuq il-proġett ICU kien hemm diskussjoni fuqha. Meta ipprovajt nikteb patch niftakar li kien hemm problema bir-RegEx engine li użajt: il-unicode meħtieġ ma kienx ħobż għal sniena :((
Kif qed nitkellmu fuq dan, għal-soluzzjonijiet tekniċi fil-lingwa, ħafna drabi ikollok tirrikorri għal-lessiku strutturat bħall ma hu Omegawiki. Jekk dan il-Proġett jigi wżat ikollna bażi biex niktbu għodda standardiżżata. Sa fejn naf jien il-problemi li kellhom ftit-żmien ilu ġew solvuti..pero m'inhix ċert is sistema hix fi-stat produttiv. Insaqsihom, forsi tista tiddaħal fil-paġna prinċipali --Joelemaltais 08:46, 1 Awissu 2008 (UTC) (p.s. Gian u Chris grazzi għat-titjib li għamiltu hemm :))

Naħseb aħjar niddiskutuha milli nivvutaw fuqha dil-ħaġa għax qegħdin wisq ftit. Il-punti tiegħi huma dawn: Minflok ipprintja fiż-żmien kien hemm stampa. Bħal meta ngħidu, nibgħatu l-ġurnali għall-istampa. Però eventwalment inbidlet għax id-dehra tal-Wiki trid tkun iktar dħulija (user-friendly) u tinftiehem. Rigward editja vs. modifika, kont naħsibha bħalek Gian, però kulħadd editja juża u naħseb li mhux għaqli nibdluha hekk, għax idoqqilna mod ieħor. Il-kliem li nużaw għandu jirrifletti dak li tuża l-maġġoranza tan-nies, u fejn hemm kliem ġdid, hemmhekk ħalli nħallu l-immaġinazzjoni tiġri bina :) Niftakarni nkellem xi ħadd midħla ta' l-istampar tal-gazzetti dwar il-kelma editja u qalli li 'qas qatt ma tiġihom jew kienet tiġihom f'rashom li jużaw il-kelma modifika. Jiġifieri ma naħsibx li għandna għalfejn nistinaw rasna aħna wkoll. Is-suffiss -ja m'għandux ikun problema għax għandna ħafna kliem li jispiċċa hekk minn verbi sa nomi. Rigward anteprima naqbel miegħek li mhux l-aħjar kelma. Previżjoni ma ddoqqlix wisq għax hija iktar qrib it-traduzzjoni ta' 'prediction', bħallikieku qed tipprova tbassar x'inhu ġej. X'taħsbu li minflokhom it-tnejn nużaw frażi qasira, ngħidu aħna: "Ara kif ġej" jew "Kif jidher"? Frażi Maltija, mhux twila żżejjed u tinftiehem tajjeb ħafna. Rigward minuri vs żgħira: Din mid-dehra qed tinqata' fil-paġni ta' l-editjar ta' ħafna lingwi oħra jiġifieri ta' min nistaqsu jekk għadx hemm lokha. Qabel il-modifiċi kienu mqassma f'dawk maġġuri u minuri, għalhekk hi kif inhi. U browsja x'kelma hi? Jekk xejn ibbrawżja. Jew forsi aħjar, qalleb... Rigward Copyright jien ta' l-idea li nħalluha kif inhi. Hekk jew b'hekk hija kelma internazzjonali u ma tiġi kkonjugata qatt u 'qas tintuża mod ieħor, jiġifieri mhux se toħloq xi problemi. Propjetà letterarja naħseb huwa terminu wisq limitat għal copyright. Forsi jeddijiet / drittijiet ta' l-awtur tkun iktar korretta. --Roderick Mallia 13:31, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

U oħra: għalfejn ċaqlaq minflok mexxi? --Roderick Mallia 13:39, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Naħseb fuq ta' l-ipprintjar, jien naħseb biex tkun aktar ta' għajnuna u tinftiehem aktar għandna nħalluha kif inhi, minkejja l-fatt li stampar jew tistampa hi kelma aktar Maltija. Fuq editja jew modifika, hi diffiċli li tagħżel għax imbagħad toħroġ liema hi l-aħjar bejn per eżempju: modifikatur/editur, editjar/modifikar etċ. Minflok 'anteprima', għalkemm naħseb li hi kelma kemm Taljana u anki Maltija, naħseb li għandna nużaw previżjoni minflok għax taqbel aktar; hemm il-kliem pre- u -viżjoni, u għalhekk naħseb li taqbel. Fuq "Ara kif ġej" jew "Kif jidher?" ma tantx nara li jaqblu.
Fuq minuri u maġġuri, xorta naħseb li t-tnejn li huma huma fil-lingwa Maltija u tinftiehem meta' tgħid 'modifika minuri' bħala m'hi minor edit. Fuq l-interventi ta' Gian.. fil-każ li editja ssir modifika, din għandha tiġi immodifika (imperattiv), waqt li 'qed' għandna xorta nużawha għax din hi verb u mhix xi taqsira li tintuża fil-Malti mitkellem. Fuq ċaqlaq jew mexxi, għall-bidu jien kont ta' l-idea li nużaw mexxi għax turi aktar l-għan ta' din l-għodda, però imbagħad hemm problema hekk kif ma nafx eżatt x'tiġi l-kelma meta ngħidu ċaqlieq -- tmexxih? Chrisportelli 14:14, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
(1) Previżjoni hija prediction, forecast u għalhekk ma tagħmilx sens f'dal-kuntest għax m'hemm l-ebda tbassir involut. Preview: qed tara minn qabel kif ġej, għalhekk ipproponejt dawk it-termini "ara kif ġej" jew "kif jidher". Int bażikament tkun qed tieħu idea ta' kif se tidher il-verżjoni finali. (2) Jekk tieħu editur tal-wiki u tikkumparah ma' dak ta' gazzetta tinduna li m'humiex wisq 'il bogħod minn xulxin. It-tnejn huma kelmiet validi. (3) Mexxi - mixi - tmexxija... u jekk niddeċiedu fuq mexxi, ħadd m'hu sidna li nużaw ċaqlieq f'kuntesti fejn din taf tinftiehem aħjar. Ma naħsibx li għandna għalfejn inkunu wisq riġidi la l-lingwa tippermettilna hekk. Imma mexxi hija kelma iktar b'saħħitha tant li anke meta nużawha f'kuntest ta' trażlokar, il-kelma li tintuża bl-iktar mod komuni hija mexxa (ftakru fil-kampanja tal-Mater Dei, per eż.. l-istpar mexa). Għalhekk nippreferiha, għax hija iktar idjomatika. --Roderick Mallia 14:29, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
messaġġ għall-kumment ta' joelemaltais. Jien għalija kieku aħjar tkun salva l-paġna, milli erfa' l-paġna. Salva l-paġna turi x'inhu eżatt s-sinjifikat ta' din l-għodda; erfa' qisek qed tgħid poġġiha x'imkien. Chrisportelli 08:28, 1 Awissu 2008 (UTC)


Jien naħseb li l-bidla ta' "salva" għal "issejvja" hi pass lura għalkemm l-ebda waħda ma togħġobni. "Issejvja" kerha wisq. Għandna kelma bil-Malti li tfisser eżatt li rridu ngħidu: "erfa' ". Kif ikkummenta ĠP hawn fuq fi "Il-Buttuni tal-Wikipedija" (21/06/07) jekk ikolli xi ħaga li rrid inżommha, nerfagħha! Għaliex mhux 'Erfa' l-paġna'?

Anteprima: Għaliex mhux 'Uri kif se tidher'? Tidher twila imma fil-fatti 'kif se tidher' għandha 4 sillabi bħal 'anteprima'.

"Leli Forte 13:20, 1 Awissu 2008 (UTC)"

Leli, fit aktar il-fuq l'istess issuġerejt. Kien hemm diskussioni fuqha tlett snin ilu - ara wkoll il kummenti ta' chris --Joelemaltais 13:54, 1 Awissu 2008 (UTC)

Grazzi Joe.

Jidher mill-kummenti ta' hawn fuq li "issejvja" hi l-inqas popolari fost il-kontributuri hu għalhekk għandha tinbidel. Jekk taħsbu li "Uri kif se tidher" hi twila araw l-Olandiż: "Toon bewerking ter kontrole".

"Leli Forte 14:32, 1 Awissu 2008 (UTC)"

Leli, naħseb għal "anteprima" qed tirreferi b'"Uri kif se tidher" hux? Jiena naqbel miegħek. Minflok issejvja naħseb "Żomm il-bidliet" taf tkun iktar adattata. Hija ironika imma: ladarba l-Maltin jaraw dak li jitkellmu, jitkexkxu. Minjaf għaliex? Imma mur aqtagħilhom il-kelma 'jissejvja' minn ħalqhom... heh --Roderick Mallia 17:32, 1 Awissu 2008 (UTC)

@Leli Forte - fost il-kontributuri l-kelma "issevja" ma tantx tinżel però fost il-maltin iva u fuq dak irridu nimxu. Jekk se tneħħu l-kelma "issevja" tridu tneħħu wkoll l-kelma "ipprintja" għax it-tnejn huma mibnija fuq l-istess mudell. Madankollu previżjoni għadni nippreferija minn "Uri kif se tidher", wara kollox previżjoni hija aktar ġenerali milli taħsbu intkom u tfisser "prevision" bl-ingliż. Prevision tista' tfisser ħafna affarijiet bħal prediction, preview u hekk. Għalhekk, tidħol perfettament, u biex inkun onest magħkom anteprima qatt ma smajt bija qabel ma gejt hawn, hija totalment kelma taljana u mhux maltija. Eżempju ieħor li nixtieq nitkellem dwaru hija l-buttuna "Ara l-fonti", li għalija qas tagħmel sens ukoll, jekk vera trid tagħmel sens aħjar tikteb "Ara s-sors" għax wara kollox is-sors (source code) se tara int mhux il-fonts. X'taħsbu --Gian 07:06, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Teknikament Gian, hawn li jimpurtana huwa xi tfisser previżjoni bil-Malti. Ftakar li aħna fl-aħħar mill-aħħar bil-Malti rridu niftiehmu u naħseb għandna nieqfu naħsbu bl-Ingliż. Previżjoni bil-Malti, għallinqas s'issa, jidhirli li ma tinftiehemx kif qed tgħid int. Naħseb il-maġġor parti jassoċjaw previżjoni ma' 'prediction' u daqshekk. Ftakar li aħna dil-kelma ħadniha mit-Taljan "previsione" li ġejja mill-verb "prevedere" - to expect, to predict. Għalhekk għadni xi ftit xettiku dwar previżjoni, personalment. Xi ftit jew wisq l-użu ta' anteprima nqata' llum il-ġurnata għax daħlet il-kelma mill-Ingliż "privju". Jiġifieri naqbel miegħek li kelma forsi "iktar Maltija" taf tagħmel iktar sens. Ma nafx, forsi l-kelma prevista tolqotni ħafna iktar minn previżjoni. Ara l-prevista... ? Inkunu użajna l-istess zokk morfemiku 'previs-'... ma nafx. Huwa biss ħsieb.
Ħaġ' oħra. Fonti m'għandhiex x'taqsam assolutament xejn mal-fonts, li ħafna isibuhom bħala tipa, bil-Malti. Dan huwa eżempju ċar ieħor ta' kif il-qarrej medju Malti jaqra bil-Malti u jaħseb bl-Ingliż. Sors hija Ingliżata oħra, bir-rispett kollu, u fonti ilha ġmielha tintuża bil-Malti biex tfisser l-istess ħaġa. Għaldaqstant ma narax għalfejn għandha tinbidel issa għax jidhirli li għadha kelma valida. --Roderick Mallia 11:42, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Staqsejt ħames persuni, Maltin, jgħixu Malta, jew li għandhom kuntatt sew mal-lingwa u jgħallmu wkoll il-Malti: issevja xejn ma niżlitilhom. Af li kollha 50 sena w' il-fuq. L'aktar kelma diżambigwa skonthom hija "aħżen". Kliem ieħor li semmew kien erfa u faddal.. għallkemm ma ħasswhomx komdi bl-aħħar tnejn.
Ftit ħsieb: Fil-bidu nett, save f'kuntest ta' dati (= en: data) bl-ingliż kienet ambigwa wkoll għaliex tolqot aktar is-sens ta' faddal u salva. Minkejja dan illum ħadd ma tiġi f'moħħu li save hija ambigwa għaliex it-tifsira nbidlet. speichern bil-Ġermaniż, li skond il-WFR tal-lingwa hija krejazzjoni valida ta' verb minn nom ġiet ippreferuta mil-kelma eżisteni lagern li tfisser tpoġġi ġo maħzen. Għandha l'istess preċiżjoni ta aħżen u saret tiddistingwi bejn oġġetti astratti u mhux astratti. --Joelemaltais 09:42, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

@Gian: Għandek raġun fuq "save" u "print" però jien jidhirli li l-kliem Ingliżi bħal "print" li fihom biss vokali puri ma jinħassux ħażin bil-Malti daqs dawk li fihom id-dittongi bħal "save"!

"Leli Forte 12:40, 5 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

@Joelemaltais: Ma naqbilx ma "aħżen" li tfisser li terfa' għal żmien twil. Waqt li terfa' xi ħaġa għal għada ma taħzinhiex għal għada. Wara id-dikussjoniet li saru naħseb li "żomm il-bidliet" jew "erfa' l-bidliet" huma l-iżjed ċari.

"Leli Forte 12:40, 5 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

Ipprintja mhu togħġobni xejn, ħadd ma jgħid l-ipprintjar tal-gazzetti per eżempju imma l-istampar tal-gazzetti. Dik hija l-kelma propja bil-Malti.

issevja kerha wisq.. qiegħed naraha..għaliex ma nagħmluwiex "Biddel" biss.. wara kollox għalhekk niktbu "Tibdil riċenti"

--Gian 12:17, 19 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]


Idea oħra għal "Issejvja l-paġna". Bil-Franċiż jużaw "publier", ippubblika. X'taħsbu?

"Leli Forte 16:02, 19 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

L-aħħar żewġ proposti jogħġbuni. Forsi ta' Leli tikka iktar għax il-kunċett ta' editjar u li kulħadd huwa editur fil-wiki, jogħġobni; u l-editur, jeditja u jiddeċiedi x'jiġi ppubblikat. --Roderick Mallia 17:47, 19 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Sock Puppets u Meat Puppets

x'ha nagħmluwhom bil-malti? grazzi--Gian 12:57, 22 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Forsi sempliċement pupazzi? Għad m'hemmx kunsens dwar x'inhi t-tifsira eżatta ta' meatpuppet però jidher li dan huwa relatat sew ma' sockpuppet tant li "A number of other online sources, however, use the term "meatpuppet" for varied sockpuppet behaviors". Jiġifieri naħseb imqar għalissa, ninqdew b'kelma waħda għalihom it-tnejn. --Roderick Mallia 14:23, 1 Awissu 2008 (UTC)

Stub jew Abbozz?

Għandna nsibu kunsens fuq ngħidux jekk artiklu hux "stub" jew "abbozz". Fl-opinjoni tiegħi, kieku aħjar li nsemmuhom bħala "abbozz" għax din hi kelma aktar Maltija. Din tidher fit-template Stub. Anki minħabba l-paġni ta' għajnuna; naħseb Għajnuna:Abbozz għandha tkun il-paġna prinċipali waqt li Għajnuna:Stub għandha tkun redirect. L-argument ikompli jissaħħaħ hekk kif lingwi oħra jsemmu "stub" bil-lingwa tagħhom: fr:Wikipédia:Ébauche, it:Aiuto:Abbozzo, etċ.

L-ewwel net chris, iffirma l-kumment tiegħek. Le Abbozz tfisser Bill! mhux stub..

per eżempju:

A Bill to regulate appointments to boards of public bodies and government owned companies

Abbozz ta' Ligi li tirregola l-ħatra ta' bordijiet ta' entitajiet pubbliċi u kumpaniji tal-gvern

M'hemmx kelma li tfisser stub bil-Malti. Imma per eżempju nistgħu nużaw kliem bħal Żarġun li tfisser a twig (xi ħaġa żgħira metaforikament). --Gian 17:44, 19 Ġunju 2008 (UTC)[wieġeb]

Grazzi ta' l-għajnuna... issa ġitni f'moħħi l-użu tal-kelma "abbozz". Chrisportelli 09:50, 28 Ġunju 2008 (UTC)[wieġeb]

Fuq il-kalepin ta' E.D Busuttil hemm miktub - stub - qasbija... issa ma nafx man. Jekk filkaz ħallija stub hux.--Gian 23:35, 4 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Nixtieq nippreċizak Gian. Abbozz tfisser ukoll: rough draft, sketch, outline. Għandha tifsir usa minn dak li qed taħseb int. Apparti minn hekk kliem għal stub bil-Malti għandna wkoll. Issa peress li stub huwa artiklu qasir, xi ħaġa żgħira li tista' tibni fuqha, il-kelma 'abbozz' toqgħod perfettament. Ma kontx implimentajtha għax ma sibtx min jagħtini parir jew jikkkummentali u ma xtaqt nitbiegħed iżżejjed mill-Wikis l-oħrajn. Xtaqt inżomm ċertu familjarità, biex niftiehmu. F'moħħi apparti 'abbozz' li hija kelma teknika, kienet ġietni wkoll il-kelma 'loqma' li tintuża biex tfisser xi ħaġa żgħira - kważi kważi tlaqqit, fdal, xi ħaġa li waħidha mhux biżżejjed. Stub hija wkoll dil-il-parti tas-sigarett li tintrema' wara li jitpejjep (il-loqma tas-sigarett). Jiġifieri l-kelma hija magħrufa wkoll. Issa jekk tridu jiena nipproponi li stub inneħħuha u ndaħħlu kelma Maltija. Jiena nipproponi 'abbozz' jew 'loqma'. Ta' l-aħħar niggustaha għax hija iktar metaforika. Però d-deċiżjoni nixtieq li toħduha intom ukoll. Għandkom xi suġġerimenti oħrajn minbarra dal-kliem? Jekk tridu, nistgħu nagħmlu sondaġġ żgħir u naraw x'tippreferu. X'taħsbu? --Roderick Mallia 14:12, 1 Awissu 2008 (UTC)


nota: Kif qed tinnutaw ċaqlaqt id-diskursata iktar 'l isfel taħt is-sezzjoni tal-Malti, biex b'hekk ikollna kollox pulit u tkun faċli għalina sabiex nikkummentaw --Roderick Mallia 14:12, 1 Awissu 2008 (UTC)

Jien għalija kieku aħjar nużaw il-kelma abbozz; għalkemm imbagħad m'għandniex nillimtaw ruħna għal din il-kelma biss. Nistgħu nużaw kliem oħra li semmejna bħal 'loqma' jew anki 'stub' biex ma nibqgħux nużaw l-istess terminu. Chrisportelli 14:34, 1 Awissu 2008 (UTC)

Jien nippreferi "abbozz" minn "stub" għalkemm l-artikli li ngħidulhom "stub" ġeneralment m'għandhomx pjan jew abbozz. "loqma" ġeneralment tirreferi għal oġġetti ta' l-ikel. Toġgħobni l-idea ta' l-Olandiż: "Begintje" jew "bidu żgħir". Forsi jmissna nivvintaw kliem ġodda fejn ma nsibux kelma adekwata bħall "bdejju" - bidu żgħir! "Leli Forte 14:50, 1 Awissu 2008 (UTC)".

Loqma għandha ħafna tifsiriet u mhux biss dawk relatati ma' l-ikel: a piece, a bit, a morsel (food), cigarette stub, fost l-oħrajn. Biex inkunu kreattivi ma naħsibx li rridu nillimitaw it-tifsiriet tal-kliem u npoġġuhom kollha ġo kaxxi. Jekk nużaw il-kliem bħala stampi u nħallu l-moħħ jifimhom, il-lingwa tiġi ħafna isbaħ. Per eżempju qatt smajt, anke f'marċi, min jgħajjar lil ħaddieħor "tal-loqom"? Taħseb li riedu jfissru għax m'għandhomx x'jieklu? Xejn affattu! Jgħidulhom hekk għax tal-ftit, irħas, u li m'għandhomx armar jew briju. Jiġifieri hemm ħafna modi kreattivi kif nużaw il-kliem u huwa propju dak is-sabiħ tal-lingwa. Intant, jekk jiġini xi ħaġa f'moħħi li biha nkunu nistgħu nimxu fuq din l-idea Olandiża navżakom. --Roderick Mallia 17:25, 1 Awissu 2008 (UTC)

"Bdejju" huwa-diminuttiv ta' "bidu" bħalma "Begintje" hu d-diminuttiv ta' "begin" jew "bidu". Ħasra li fil-Malti nsejnieh l-użu tad-diminuttiv! Idea oħra "Nibbieta" ? "Leli Forte 20:29, 1 Awissu 2008 (UTC)"

Id-diminuttiv veru jogħġobni jien - anzi! Imma n-nies donnhom ma jifmuhx. Fil-fatt darba ttantajt nittraduċi password bħala muftieħa - ċavetta żgħira - imma donnu mhux kulħadd jifimha (forsi għax ħadd ma jrid iħaddem rasu llum). Klejma wkoll ħelwa u ddoqqli ħafna iktar minn paswerd (sic). Però ta' l-ewwel donnha tispjega ruħha aħjar hux? :) --Roderick Mallia 23:28, 1 Awissu 2008 (UTC)

Ismijiet tan-Namespace

Naf li kien hemm diġà diskussjoni fuq din l-affari, però hemm bżonn li Għajnuna: issir namespace minflok Help:. Grazzi. »Chrisportelli (tħaddet) 04:31, 6 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Kif inhuma bħalissa u kif sippost naħseb li għandhom jiġu:

  • Talk ---> Diskuti
  • User ---> Utent
  • User talk ---> Diskuti utent
  • Wikipedija ... din orajt
  • Wikipedija talk ---> Diskuti Wikipedija
  • Image ---> Stampa
  • Image talk ---> Diskuti stampa
  • MediaWiki ...din orajt
  • MediaWiki talk ---> Diskuti MediaWiki
  • Template ---> Tabella?
  • Template talk ---> Diskuti tabella?
  • Help ---> Għajnuna
  • Help talk ---> Diskuti għajnuna
  • Category ---> Kategorija
  • Category talk ---> Diskuti kategorija

x'taħsbu?--Gian 19:45, 2 Awwissu 2008 (UTC) Nota: Il-Link ta' Għajnuna fis-side menu mhux qegħda taħdem għal sempliċi raġuni li l-link it-tajjba hija, Help:(Għajnuna) Kontenut mhux Help:Kontenut. --Gian 20:13, 2 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Naħseb li m'għandniex nużaw 'diskuti'.. diskuti m'għandna l-ebda forma ta' grammatika, u fil-parir tiegħi nużaw 'diskussjoni' għax hi f'forma aħjar. Jekk imbagħad tkun se tużaw diskuti, minflok għandkhom tużaw iddiskuti, però jien nibqa' xorta ta' l-idea ta' l-ewwel waħda, i.e. diskussjoni. Fuq template, nistgħu nużaw 'mudell' kif diġà hemm. Chrisportelli 06:09, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Kif qal Chris, "diskuti" ma tagħmilx wisq sens allura għandna nagħżlu bejn diskussjoni/iddiskuti skond il-kuntest. Dawn kif naħseb li għandhom jiġu:

  • Talk ---> Iddiskuti / Diskussjoni (naħseb f'dal-każ nippreferi l-imperattiv)
  • User ---> Utent / Użatur (però ta' l-ewwel tidher li daħlet sew, x'taħsbu?)
  • User talk ---> Diskussjonijiet tal-utent
  • Wikipedija
  • Wikipedija talk ---> Diskussjonijiet dwar il-Wikipedija
  • Image ---> Stampa
  • Image talk ---> Diskussjoni dwar l-istampa
  • MediaWiki
  • MediaWiki talk ---> Diskussjoni dwar il-MediaWiki
  • Template ---> Kalk* / Mudell (NB:Tabella = table) *Nippreferi Kalk f'dal-każ għax tispjega tikka aħjar x'inhu template. Jekk qatt ma smajtuha, ngħidilkom li tintuża ħafna fis-snajja minn dawk li jagħmlu l-forom u hekk. Il-kalk huwa t-template li huma jużaw biex joħorġu l-forom.
  • Template talk ---> Diskussjoni dwar il-kalk/mudell
  • Help ---> Għajnuna
  • Help talk ---> Diskussjoni dwar l-għajnuna
  • Category ---> Kategorija
  • Category talk ---> Diskussjoni dwar il-kategorija

Rigward il-link ta' l-għajnuna fil-menù tal-ġenb, niċċekkjaha iktar tard --Roderick Mallia 12:10, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Naħseb kliem bħal Diskussjoni dwar il-mudell hija wisq twila bħalha namespace, ftakar li dawn se jkunu ta' prefissi għal gruppijiet ta' artikli jiġġiefieri jekk hemm "talk page" ta' Paġna tal-Wikipedija se tibda hekk??

Diskussjoni dwar il-Wikipedija:Amministraturi?

ma naħsibx li daqstant tagħmel sens? ma taħsibx?

Dwar kalk u mudell, ma nafx għax kalk qatt ma smajt bija biex inkun onest.

--Gian 13:56, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Jekk se jinbidlu n-namespaces dawn mhux se jkollhom artiklu fihom bħal 'Diskussjoni dwar il-Wikipedija'. Din se tkun 'Diskussjoni Wikipedija:' biss. Jien qatt ma smajt bil-kelma kalk; ma rridx ngħid li ma teżistix, imma kieku aħjar nużaw kelma li hi aktar sempliċi u li tinftiehem, f'dan il-każ 'mudell' hi ħafna aħjar, minħabba li kalk ftit li xejn tinftiehem u (bħal fil-każ tiegħi) ma nifhimiex. Chrisportelli 14:27, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Naqbel miegħek Gian: it-tul huwa tikka problema. Però għandna problema oħra hawn għax il-Malti ma tistax tqassru kif ġieb u laħaq bħall-Ingliż għax jitlef is-sens. Kieku mhux għat-tul, Diskussjoni dwar il-Wikipedija:Amministraturi tagħmel sens għax turi kollox eżatt kif inhu. Imma naħseb għandna nsibu kompromess b'xi mod. --Roderick Mallia 14:28, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

U hekk x'taħseb?

  • Talk ---> Diskussjoni
  • User ---> Utent / Użatur
  • User talk ---> Diskussjoni_Utent
  • Wikipedija
  • Wikipedija talk ---> Diskussjoni_Wikipedija
  • Image ---> Stampa
  • Image talk ---> Diskussjoni_Stampa
  • MediaWiki
  • MediaWiki talk ---> Diskussjoni_MediaWiki
  • Template ---> Kalk / Mudell
  • Template talk ---> Diskussjoni_Kalk/Mudell
  • Help ---> Għajnuna
  • Help talk ---> Diskussjoni_ Għajnuna
  • Category ---> Kategorija
  • Category talk ---> Diskussjoni_Kategorija

--Roderick Mallia 14:34, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Hekk aħjar kieku... imma nippreferi utent milli użatur, u mudell minflok kalk. Chrisportelli 14:45, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Tajjeb wisq :) Naqbel miegħe ta... naħseb ta' min nużaw mudell u utent - hekk jew b'hekk donnhom jinftiehmu iktar malajr --Roderick Mallia 15:30, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]


Jien naqbel ma' Chrisportelli li aħjar utent u mudell minn użatur u kalk. Il-bqija naqbel mal-proposti ta' Roderick għal kollox .

"Leli Forte 10:41, 5 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

Naħseb li hawn kunsens fuq dawn:
  • Talk ---> Diskussjoni
  • User ---> Utent
  • User talk ---> Diskussjoni_Utent
  • Wikipedija
  • Wikipedija talk ---> Diskussjoni_Wikipedija
  • Image ---> Stampa
  • Image talk ---> Diskussjoni_Stampa
  • MediaWiki
  • MediaWiki talk ---> Diskussjoni_MediaWiki
  • Template ---> Mudell
  • Template talk ---> Diskussjoni_Mudell
  • Help ---> Għajnuna
  • Help talk ---> Diskussjoni_ Għajnuna
  • Category ---> Kategorija
  • Category talk ---> Diskussjoni_Kategorija

--Gian 14:11, 5 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Hekk donnu Gian! --Roderick Mallia 07:34, 6 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
X'se jsir minħabba dawn? Chrisportelli 15:57, 18 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Ismijiet tal-Gruppijiet

Qiegħed nitkellem dwar dawn.

Kif inhuma bħalissa u kif sippost naħseb li għandhom jiġu:

  • Bot ---> Bots
  • Amministraturi ...din orajt
  • Burokrat ---> Buròkrati
  • Check Users ---> Verifikaturi
  • Stewards ---> Stwetti
  • Board vote admins ---> Amministraturi tal-voti?
  • Importers ---> Importaturi
  • Transwiki importers ---> Importaturi transwiki?
  • Developers ---> Żviluppaturi
  • Oversighters ---> ?

x'taħsbu?--Gian 19:45, 2 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Ma nafx eżatt, imma 'stwetti' kelma? Chrisportelli 06:10, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Mhux talli hija kelma imma hija aċċettata bħalha kelma maltija. --Gian 07:11, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]


  • Bot ---> Bots
  • Amministraturi
  • Burokrat ---> Burokrati (NB: fil-Malti l-aċċent jista' jaqa' biss fuq l-aħħar sillaba eż. kafè, purè, sufflè, eċċ)
  • Check Users ---> Verifikaturi
  • Stewards ---> Stwetti (jidhirli li teżisti din imma mhux komuni wisq. Fuq liema dizzjunarju sibtha Gian?)
  • Board vote admins ---> Kummissjoni elettorali
  • Importers ---> Importaturi
  • Transwiki importers ---> Importaturi transwiki / Importaturi bejn il-wiki (ta' l-ewwel naraha t-tajba għax il-prefiss trans- jeżisti fil-Malti)
  • Developers ---> Żviluppaturi
  • Oversighters ---> Għassiesa / Indukraturi / Superviżuri (togħġobni) / Spettur (din togħġobni għax x-xogħol jikkonsisti f'spezzjoni tax-xogħol)

--Roderick Mallia 12:27, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

* Stwetti qegħda fuq il-kalepin ta' E.D Busuttil, avvolja issa ġibtni fija... naħseb aħjar dispensier f'dan il-każ.
  • Dwar Oversighters, Indokraturi/Indukraturi? hija l-aktar waħda li tidħol f'dan il-kuntest għax ix-xogħol ta' l-oversighters huwa li mhux biss jaħdmu ta' għassiesa/superviżuri jew spetturi imma li jieħdu azzjoni u iħassru "reviżjonijiet mill-kronoloġija".
  • Importaturi transwiki aħjar.

--Gian 12:49, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

*Stwetti jidhirli li smajtha imma fuq żewġ dizzjunarji tiegħi ma sibthiex jiġifieri jaf inqatgħet mid-diskors. Però, irrid niċċekkja fuq ta' Aquilina għax dak l-aħjar dizzjunarju li għandna bħalissa.
  • Dwar Oversighters iċċekkjajt ix-xogħol tagħhom eżatt qabel issuġġerejt dawk. Indokraturi (indukraturi - forsi varjanti?) - guardians/carers - mhux wisq il-bogħod mill-kliem l-oħra. Għassiesa l-inqas waħda li togħġobni. Però għandek punt: indokra huwa verb ftit iktar "attiv" mill-oħrajn għax ma jinvolvix biss spezzjoni jew għassa. Naraw x'jaħsbu l-oħrajn ukoll.
  • Jien ukoll tal-idea li nużaw importaturi transwiki bejn għax kif għidt trans- tintuża diġà, u bejn għax tajjeb li nżommu ċertu terminoloġija bażika konsistenti ma' dik ta' lingwi oħra.

--Roderick Mallia 13:02, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Logs jew Reġistri

Qiegħed nitkellem dwar il-lista t'hawnhekk.

Issa dwar il-lista tar-Reġistri/Logs differenti, Jien naħseb reġistru hija aktar adatatta f'dan il-kuntest.

Jien naħseb li għandhom jiġu hekk:

  • Blokkar ---> Reġistru tal-blokkar
  • Bot Status Log ---> Reġistru ta' l-istatut tal-bots
  • Drittijiet tal-utenti ---> Reġistru tad-drittijiet ta' l-utenti
  • Global account log ---> Reġistru tal-kont globali
  • Global rights log ---> Reġistru tad-drittijiet globali
  • Importazzjoni ---> Reġistru ta' l-importazzjoni
  • Log ta' tgħaqqid --> Reġistru tat-tgħaqqid
  • Log tal-fajls li ġew "uploaded" --> Reġistru tal-fajls
  • Modifiki verifikati --->Reġistru tal-modifiki/edits verifikati (skont il-kunsens li hemm bejn edit u il-kelma modifika)
  • Protezzjoni ---> Reġistru tal-protezzjoni
  • Tħassir ---> Reġistru tat-tħassir
  • User creation log ---> Reġistru ta' l-utenti ġodda
  • User rename log ---> Reġistru ta' l-ismijiet ġodda
  • Ċaqlieq ---> Reġistru taċ-ċaqlieq

x'taħsbu? --Gian 21:01, 2 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Reġistru naħseb toqgħod tajba wkoll - togħġobni. Jekk tinnutaw fuq l-it.wiki ħafna drabi il-kelma log/reġistru ma tintużax jiġifieri mhux bilfors għandna ninkluduha. Però tajjeb li nkunu konsistenti u jekk nużawha darba jew tnejn, nibqgħu nużawha. Jiena kieku ngħid:

  • Blokkjar ---> Reġistru tal-iblokkjar / Blokki
  • Bot Status Log ---> Reġistru tal-istatus tal-bots (NB:statut - statute u mhux status)
  • Drittijiet tal-utenti / Reġistru tad-drittijiet tal-utenti
  • Global account log ---> Reġistru tal-kont globali / Kont globali
  • Global rights log ---> Reġistru tad-drittijiet globali / Drittijiet globali
  • Importazzjoni ---> Reġistru tal-importazzjoni / Importazzjonijiet
  • Log ta' tgħaqqid --> Reġistru tat-twaħħid / Twaħħid (bejn tgħaqqad u twaħħad, ta' l-aħħar hija iktar viċina t-traduzzjoni ta' "merge". Tgħaqqad - to join, to tie, to make into a knot)
  • Log tal-fajls li ġew "uploaded" ---> Reġistru tal-fajls mtella' / Fajls imtella'
  • Modifiki (editi/edits?) verifikati / Reġistru tal-modifiki (editi/edits?) verifikati (strettament, m'għandniex nintrabtu biss li nużaw kelma waħda bejn edit u modifika, avolja jkun hemm kunsens. La l-Malti jagħtina opportunità b'dawn is-sinonimi, għandna nużawhom skond il-kuntest u kif jaqblilna)
  • Protezzjoni ---> Reġistru tal-protezzjoni / Paġni protetti
  • Tħassir / Reġistru tat-tħassir
  • User creation log ---> Reġistru tal-utenti (użaturi) ġodda / Utenti (użaturi) ġodda
  • User rename log ---> Reġistru tal-utenti (użaturi) li ngħataw isem ġdid / Utenti (użaturi) li ngħataw isem ġdid (jew forsi biex inqassru: "li ssemmew mill-ġdid"?)
  • Tmexxijiet / Reġistru tat-tmexxijiet (ċaqlieq mhux kelma b'saħħitha daqs mixi u nemmen li għandha tinbidel. Meta tmexxi tkun qed tagħmel hekk fuq distanza ikbar milli meta ċċaqlaq)

--Roderick Mallia 12:50, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Betawiki

Nifhem li kulħadd jiżbalja imma l-ammont eżaġerat ta' żbalji ortografiċi fuq il-Betawiki seta' faċilment jitnaqqas bl-użu (mqar sporadiku) ta' dizzjunarju. Qiegħed indur id-daħliet ftit ftit. Intant jekk insibu kunsens fuq il-kliem "Ingliż" kieku aħjar. --Roderick Mallia 14:06, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

NB: It-termini qed inħallihom kif inhuma għalissa - m'jien se nmiss xejn qabel ikun hemm kunsens. Qed nirranġa biss l-iżbalji ovvji ta' grammatika u/jew ortografija. --Roderick Mallia 14:15, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Li ħa nagħmel hawn fir-rigward tal-Betawiki huwa li nirranġa kollox fuq l-mt.wiki l-ewwel, imbagħad nesportaw kollox fuq il-Betawiki għax viċe-versa jidher li ma taħdimx il-ħaġa. Dan ħa jkun ta' vantaġġ għax hekk ħa jkun eħfef biex nikkumparaw il-verżjoni lokali ma' dik ta' fuq il-BW. Apparti hekk, ħa nkunu qed naraw kif dan it-tibdil ser jaffettwana fuq il-wiki u fuq kollox, ikollna iktar kummenti u 'feedback' mingħand l-utenti li jużaw il-wiki. Jiġifieri tieħdux qatgħa jekk taraw xi tibdil fil-jiem li ġejjin. Intant, ibqgħu ibagħtu s-suġġerimenti u l-kummenti tagħkom rigward il-kliem li tixtiequ li jinbidel u/jew jaġġorna ruħu. S'issa d-diskussjonijiet kienu ferm produttivi. Inselli għalikom --Roderick Mallia 17:44, 1 Awissu 2008 (UTC)

X'taħsbu dwar Sommarju -- Taqsira? Sommarju hija wisq ingliżata minn Summary, Taqsira min-naħa l-oħra hija aktar maltija. --Gian 19:50, 2 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Propja propja, sommarju propjament ġejja mit-Taljan sommario u ilha tintuża ż-żmien. Hija forma aċċettata u għandek issibha f'kwalunkwe dizzjunarju. --Roderick Mallia 11:56, 3 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Avviż żgħir żgħir biex ngħidilkom li x-xogħol fuq il-Betawiki miexi ġmielu u l-istess fuq il-lista ta' messaġġi speċjali tal-wiki tagħna. Għaldaqstant, tafu tibdew taraw xi tibdiliet żgħar f'dawn il-jiem. Intant jekk ma jogħġobkomx xi ħaġa, nitlobkom tħallu messaġġ fuq dil-paġna, jew il-paġna ta' l-utent tiegħi, jew inkella b'email. Grazzi! --Roderick Mallia 07:23, 6 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Kliem ieħor


F'dis-sezzjoni għandna npoġġu kliem ieħor li naħsbu li għandu jkun hemm kunsens dwaru.


Jiena naħseb li għandna nużaw:

  • storja jew kronoloġija (teknikament storja hija l-kelma għal-history jiġifieri naħseb sirt nippreferiha)?
  • segwi jew osserva?
  • links jew ħoloq? (araw id-diskussjoni iktar 'il fuq)
  • email, ittra-e, ittra elettronika, imejl jew ittre? U bl-istess raġunament, internet / electronic adress, indirizz elettroniku, indirizz-e, jew indirizze? eċċ
  • tilloggja jew tidħol?

--Roderick Mallia 07:29, 6 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

  • Jien personalment storja kienet togħġobni però wara li kien ġie Chris biex jgħidli li jippreferi kronoloġija erġajt ħsibta u fhimt li wara kollox li se tara huwa "l-kronoloġija tar-reviżjonijiet ta' kif seħħew il-modifiki/edits fuq l-artiklu/il-paġna". B'hekk illum sirt nippreferi kronoloġija. --Gian 14:08, 5 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Il-preferenzi tiegħi huma:

  • kronoloġija
  • segwi
  • ħoloq
  • email, indirizz elettroniku jew indirizz-e jew ind-e
  • tidħol

"Leli Forte 09:27, 6 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

Fil-ħsieb tiegħi naħseb nippreferi:
  • kronoloġija
  • segwi, minkejja li imbagħad nużaw 'lista t'osservazzjonijiet'
  • ħoloq
  • email/posta elettronika, indirizz elettroniku; minkejja li forsi nistgħu nqassru indirizz elettroniku għall-Malti, jien naħseb li aħjar kieku nużaw email xorta waħda (għal abrevjazzjoni ta' posta elettronika), għax fl-opinjoni tiegħi ma tantx tintgħaraf ind-e u lanqas inidirizz-e
  • tidħol/tilloggja, għalija xorta għax qisa' 'tilloggja' saret qisa' kelma aktar bil-Malti
Chrisportelli 10:28, 6 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
  • kronoloġija - kif ġa spjegajt
  • osservazzjoni għax jien miniex insegwi x'qiegħed jiġri eżatt iżda qiegħed nagħmel osservazzjoni dwar xi modifiki ġodda.
  • links - ħoloq qatt ma smajt bija.
  • posta elettronika, indirizz elettroniku; ma naħsibx li hemm bżonn noqgħodu noħorġu abbrevjazzjoni fl-opinjoni tiegħi.
  • tidħol u per eżempju f'ċerta każijiet anke agħmel aċċess togħġobni.

--Gian 22:08, 6 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Mela s'issa milli jidher qbiiltu fuq kronoloġija - jiena għadni qed intella' u nniżżel fuq din, però naħseb naqbel li tibqa' kif inhi. Jiena naqbel ma' Chris u Leli, u kieku nuża segwi imma lista ta' osservazzjoni. Il-fatt li tkun żammejt l-artikli fil-lista jfisser li tkun qed issegwihom - issa kemm fid-dettall hija xi ħaġa li trid tara int. Observe tfisser ukoll: to watch attentively, to note, to see, to perceive, or inspect, u b'mod xjentifiku to keep track of changes. Għalhekk naħseb li segwi taqdina tajjeb ferm. Għall-kelma link, ħolqa/ħoloq ma jdejquni xejn; rabta/rbit wkoll ma narahomx ħżiena speċjalment meta nkunu qed nirreferu għall-verb illinkja: oħloq (ħolqa) vs. orbot (rabta). Filwaqt li l-kelma nnifisha ħolqa togħġobni iktar, meta naslu biex noħorġu l-verbi minnha, hemmhekk nemmen li ħa nbatu (eż. "oħloq paġna ma' l-oħra" taf titfa' l-qarrej f'kuntest totalment ieħor). Però ma nafx għandniex nibdlu dil-kelma, peress li għandha status kważi internazzjonali li għandha. U l-istess jingħad għal email. Però, issib lingwi li jibluhom dal-kliem (email iktar minn links) jiġifieri ma hemmx xejn ħażin billi nagħmlu hekk aħna wkoll. Rigward illoggja - kif qal Chris - din donnha qabdet ukoll fil-Malti. S'issa għadni nippreferi idħol però jaf jasal iż-żmien meta din inkunu rridu nirreveduha. Aċċessa ma ddoqlix wisq għax donnha mhijiex kelma komuni ħafna (għalinqas għalissa) avolja aċċess tintuża mhux ħażin. Tagħtini wisq l-impressjoni ta' xi ħaġa marbuta ma' skoss permessi u livelli ta' sigurtà. Imma dik kif naraha jien. --Roderick Mallia 10:41, 7 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Fuq biex tillogja jew tidħol, eżempju x'inhi l-aħjar verżjoni ta' sentenza fuq betawiki għal "Click here to log in to YouTube" - Agħfas hawn biex tillogja fuq YouTube, jew, Agħfas hawn biex tidħol fil-kont tiegħek fuq YouTube. Jien għalija xorta, u naħseb li għandna nużaw it-tnejn li huma bl-istess mod... Chrisportelli 05:30, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Chris, jiena togħġobni "biex tidħol fil-kont tiegħek..." --Roderick Mallia 13:41, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

isma għax qiegħed nara taħwida, sandbox vs kaxxa tar-ramel...x'taħsbu? għax kemm -il darba rajta miktuba is-sandbox bħalikieku hija xi kelma maltija u biex inkun onest Kaxxa tar-ramel naraha wisq literal translation għaliex mhux kaxxa tal-provi jew kaxxa tat-testjar?? --Gian 13:20, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

U lanqas kaxxa jekk niġu f'dan Gian għax f'dak il-kuntest ma tagħmilx wisq sens. Paġna tal-provi forsi? Għax hemmhekk iktar biex niffamiljarizzaw rwieħna u nippruvaw inħaddmu l-wiki qiegħed. Veru li nittestjaw l-affarijiet jekk humhiex jaħdmu jew le, imma l-objettiv primarju huwa li nippruvaw. X'taħseb? --Roderick Mallia 13:41, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Paġna tal-provi tagħmel sens aktar minn Kaxxa tar-ramel :) --Gian 14:37, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Tajjeb :) Mela jekk jaqblu l-oħrajn ukoll, nerġgħu ngħammdu s-sandbox, did-darba b'isem iktar diċenti u li jagħmel sens --Roderick Mallia 09:02, 10 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]


Ħbieb iddoqqilkom Ikkanċella lilkom? Jien naraha tikka mqanżħa. Min jaf jekk nużaw Annulla? Bit-Taljan naf li ġieli tintuża wkoll, anke fil-Wiki biex tfisser l-istess. Xi tgħidu? Jiena, personalment, nippreferiha. --Roderick Mallia 18:28, 14 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Naħseb li annulla aħjar. --Gian 15:39, 15 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Rigward il-ħoloq

Xi ħadd ħaseb kif ħa ngħidu illinkja bil-Malti? Jekk ħa nużaw il-kelma ħolqa għal link din ħa tkun ħaġa impossibbli għax l-għerq ta' ħalaq huwa l-istess bħal dak ta' ħoloq (għax l-għerq ta' dawn il-kelmiet tħallat maż-żmien). Oħloq il-paġna per eżempju, qatt m'hi se tfisser link the page imma create the page. Għaldaqstant hawn qed nara ħames possibiltajiet. (1) il-verb sensel, li jfisser sewwasew "torbot ħolqa ma' oħra, (u forsi minn din għal oħra wkoll...)" Mill-għerq ta' dil-kelma noħorġu sinsla, sensiela, eċċ. bażikament ħafna affarijiet marbutin ma' xulxin; (2) il-verb orbot fil-konjugazzjonijiet kollha tiegħu. link isir rabta, illinkja issir orbot, eċċ; (3) nużaw il-kelma link (la diġà għandna sink) u nikkonjugaw lilha (eż. illinkja); (4) il-verb ikkollega, li minnu noħorġu kollegament, ikkollega, eċċ. (5) nużaw ħoloq però la ma nistgħux nikkonjugawha, ikollna ninqdew b'xi waħda mill-possibiltajiet l-oħra. Ladarba niddeċiedu fuq verżjoni, nibdew innaddfu l-artikli kollha. Ta' min nagħmlu sforz però u neħilsuha għax inkella ħa neħlu u għad hemm iktar affarijiet li rridu niddiskutu. Għalhekk nitlobkom turu x'soluzzjoni tippreferu u tgħidu għaliex. Jekk għandkom xi suġġerimenti oħra, ressquhom ukoll. Grazzi --Roderick Mallia 13:44, 22 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Jien għalija nippreferi orbot għax meta nagħmlu se nikkojugaw xi ħaġa ma' oħra. Sensel ma narahx bħala verb addattat, waqt li lanqas tikkollega. Fuq ħoloq, billi ma nistgħux nużaw oħloq din il-paġna (kif spjegajt sew int), nistgħu nagħmlu agħmel ħolqa għal din il-paġna. Naf li forsi hi twila, però fl-aħħar mill-aħħar nibqgħu nżommu l-istess terminu. Però għalija jew orbot jew agħmel ħolqa. Chrisportelli 14:03, 22 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Hemm verb ieħor minn ħolqa: ħolloq, però jien nippreferi qabbad ħolqa ma' din il-paġna. "Leli Forte 14:39, 22 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

Leli, ħafna drabi fl-informatika jkollna wkoll nużaw l-imperattiv, speċjalment jekk ikollna każ, per eżempju, fejn ikollna kmand permess ta' buttuna. U f'dak il-każ. Oħloq ma taqdiniex. Tajjeb naħseb, li nħarsu lejn l-istampa globali wkoll u fl-eventwalitajiet kollha, għax bil-wisq nibża' li ħa nispiċċaw nużaw il-ħolqa imma n-nies xorta tkun trid tillinkja ma' din jew dik il-paġna. Li qed issemmi int imma Leli, huwa verb tat-II forma, le? It-II forma tneħħi l-azzjoni minn dak li jkun u titfagħha fuq terzi persuni/oġġett b'ġagħil - però fl-aħħar mill-aħħar ma hemmx oġġett konkret f'dal-każ, jiġifieri ma nafx kemm tista' taqdina. Għax il-link kulma hu tieqa miftuħa f'artiklu ieħor - kważi kważi tista' tgħid li ż-żewġ artikli huma jkomplu ma' xulxin u mhux xi ħaġa li qed tħolloq. Forom apparti, it-traduzzjoni li tajt għal "link to this page" hija aċċettabbli, għalkemm orbot ma' din il-paġna naraha iktar diretta u b'saħħitha. Però, jekk kulħadd jixtieq li nżommu ħolqa, naraw x'nistħgu nivvintaw. Iktar 'il fuq insejt insemmi l-verb ipponta wkoll, li forsi wieħed jista' jikkunsidra, għalkemm fl-opinjnoni tiegħi, m'huwiex b'saħħtu biżżejjed u nippreferi bil-bosta l-metafora ta' ħolqa u rabta. S'issa mela, jidher li t-tellieqa hija bejn ħolqa u rabta. Ħa naraw xi jgħidu iktar l-oħrajn. Grazzi tal-kummenti --Roderick Mallia 18:00, 22 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Nippreferi rabta, orbot ma' din il-paġna u rabtit esterni. Ir-raġuni hija li ħoloq hija toqba żgħira u mhux ta' bilfors torbot żewġ affarijiet f'daqqa. Norbot naraha aktar diretta. Ipponta ma togħġobniex lanqas. Grazzi. --Gian 19:16, 22 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

M’għandi xejn kontra "rabta". Però din diġà użata f’ħafna sensi: rabta ta’ mħabba, familja etċ. u kif jgħidulha bl-Ingliż boring. Naħseb li nkunu qegħdin nestendu l-lingwa jekk nużaw "ħolqa". Din ħafna iżjed metaforika u simbolika għax iġġibilna quddiem għajnejna l-immaġni ta’ katina ta’ paġni "mqabbda" ma’ xulxin bil-ħoloq. Jekk nużaw "ħolqa" naħseb li għandna nużaw il-verb "qabbad" għax testendi l-metafora u "torbot ħolqa" ma tagħmilx sens fiżikament u tinstema’ ħażin.
"Leli Forte 09:18, 25 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

Naqbel miegħek perfettament Leli - dak huwa punt kbir favur il-ħolqa: il-fatt li hija ħafna iktar metaforika u kkulurita. Fil-fatt kontra qalbi qed nargumenta kontriha, imma qed nipprova nkun oġġettiv kemm jista' jkun. Veru li rabta m'hijiex l-iktar kelma eċċitanti u entużjażmanti, però fl-aħħar mill-aħħar l-importanti huwa li l-kelma taqdina f'kull kuntest għax inkella ma tintużax. Għalissa, l-iktar li nistgħu nagħmlu huwa li nagħmlu sforz u nużaw ħolqa kemm jista' jkun f'kwalunkwe forma tagħha u naraw eżatt meta niġu għas-si u n-no, x'l-aħjar forom nużaw. "Qabbad ħolqa" taf tkun soluzzjoni plawżibbli. "Sensel", ukoll. S'issa bil-ħoloq jidher li qed ninqdew tajjeb u ma kellniex xi problemi kbar. Per eżempju, fil-menù tal-ġenb ma nafx innutajtux imma "What links here" ittraduċejtha "li jwasslu 'l hawn". Jiġifieri b'naqra kreattività naslu u m'għandniex nintrabtu biss ma' forma waħda, jekk fl-aħħar mill-aħħar nistħgu inwasslu l-messaġġ xorta waħda. Jaqblu l-oħrajn? Jekk tridu, nistgħu nagħmlu sondaġġ u kulħadd jivvota għal preferenza tiegħu. Però la qegħdin erba' minn nies biss niddiskutu naħseb iktar hemm ċans nilħqu kompromess raġjonevoli bid-diskors. --Roderick Mallia 11:03, 25 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]



ta' quddiem vokali

Ħbieb, f'ġieħ il-konsistenza għandna nagħżlu x'nagħmlu meta jkollna prepożizzjoni quddiem vokali. Teknikament kemm il-verżjoni sħiħa (eż. ta') u kemm dik imqassra (eż. t') huma aċċettati. Jiena però tal-idea li ma nqassruhiex u nużaw dejjem il-verżjoni sħiħa, kemm biex ma jkollniex ħafna bdil fl-istil, u għax anke fil-għajn naħseb li tidher isbaħ eż. Afrika ta' Isfel u Afrika t'Isfel, eċċ. Taqblu? --Roderick Mallia 09:45, 18 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Jien naqbel kieku nagħżlu verżjoni waħda. Imma hemm xi kliem li jidhru li aħjar jinkitbu b't' milli b'ta'. Naħseb li hu aħjar li tinkiteb Afrika t'Isfel, Korea t'Isfel, Jemen t'Isfel etċ. Tagħmel daqxejn aktar sens. Fuq in-naħa l-oħra ta' nistgħu nużawaha bħal 2 t'Awwissu jew 4 t'April għax 'a' ħdejn xulxin ma tantx togħġobni. Ninsab f'dilemma liema nagħżlu. Chrisportelli 10:00, 18 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Ma naħsibx li hemm wisq kwistjoni ta' "sens" kif qed tpoġġiha int Chris, ladarba l-Kunsill jaċċetta ż-żewġ verżjonijiet. Però jien tal-idea li jekk ħa nużaw verżjoni waħda, nużawha dejjem. Ix-xogħol ikun ħafna isbaħ hekk :) Jiena, dment li nagħżlu verżjoni waħda kuntent avolja nxaqleb lejn il-prepożizzjoni sħiħa (ta', ma', eċċ) fil-kitba għax naraha iktar kompluta - bħad do not u don't fl-Ingliż, speċi. Fil-kitba tal-ewwel hija il-verżjoni preferuta. Insomma, ħa naraw x'jaħsbu l-oħrajn ukoll --Roderick Mallia 11:00, 18 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Biex inkun onest magħkom jien aktar favur t' għax meta nkun qiegħed nitkellem, t' inħoss mhux ta' quddiem kliem bil-vokali (per eżempju 5 t'April). Jekk ma nsibux kunsens fuq din il-biċċa, ma naħsibx li għandha tkun problema, jekk il-kunsill aċċetta it-tnejn li huma (sinjal li ma kienx hemm kunsens fost il-membri tagħha wkoll :P), ma nafx għala aħna maniex nagħmlu użu minnhom it-tnejn. Personalment jien ma tantx tagħtini fl-għajn.. hemm ħafna affarijiet oħra li jtuni --Gian 22:37, 18 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
L-iktar li tagħmel differenza hija fit-titlu tal-paġni. Mill-bqija fl-artiklu nnifsu mhux daqstant għalkemm tkun isbaħ jekk insibu stil wieħed u nżommu miegħu biss. --Roderick Mallia 09:14, 19 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Mudelli ġodda għat-tħassir tal-artikli - nota importanti

Minħabba li kien hemm xi ħadd żied xi mudelli ġodda bla bżonn spiċċajna b'xi wħud żejda li kienu qed joħolqu konfużjoni. Għaldaqstant, b'effett immedjat, il-mudelli l-ġodda li għandhom jintużaw huma dawn:

  • Biex jiġi propost u diskuss it-tħassir ta' paġna għandu jintuża l-mudell {{ħassar}}
  • Biex tiġi proposta paġna għat-tħassir immedjat għandu jintużaw l-mudell {{ħassar minnufih}}

L-ismijiet ġew magħżula b'dal-mod (fl-imperattiv) biex ikunu dħulin u sempliċi kemm jista' jkun. Infakkarkom li dawn il-mudelli għandhom jintużaw bil-qies. Grazzi! --Roderick Mallia 14:37, 20 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Idea tajba li ma jkollniex numru ta' templates li fl-aħħar mill-aħħar iservu għall-istess prinċipju. Jien għandi suġġeriment li nistgħu nagħmlu/nimmodifikaw template u li fiha l-utent li jipproponi paġna għat-tħassir joffri r-raġuni jew permezz ta' kriterja jew raġuni personali - tixbah ħafna lil template fuq il-wiki Taljana it:Template:Cancella subito. Chrisportelli 15:01, 20 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Illistra! Antiċipajtni Chris! :) Il-pass li jmiss fil-fatt huwa li nimmudella il-mudell tat-tħassir minnufih fuq dik Taljana. Togħġobni l-idea tan-numri kif ukoll, il-fatt li tista' tħalli r-raġuni fil-paġna stess. U naraha tagħmel ħafna sens ukoll. Grazzi tal-kummenti! --Roderick Mallia 15:13, 20 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Problemi relatati ma' l-ismijiet tal-pajjiżi u lingwi oħrajn

"Svezja" jew "Żvezja"

Skużawni talli qed intellifkhom mix-xogħol tagħkhom u napprezza ħafna l-ħin li ssibu biex tirrisponduni. Fuq "Svezja" jew "Żvezja" naħseb li aktar insibuha bħala 'Svezja. Skond il-link provdut minn Joe, sibt li fuq "Kelmet" hemm diskussjoni fuq Svezja jew Żvezja. Kieku aħjar noħolqu kunsens u nibdew nużaw isem wieħed, milli jkun hemm diversi paġni dwar min juża' isem u min isem ieħor.

Chrisportelli 10:05, 27 Mejju 2008 (UTC)[wieġeb]

Fil-Proġett ICU jużaw Żvezja Joe :))
Nixtieq nerġa' nqajjem dan il-punt għax ġejt (għal darb'oħra :P) fid-dubju jekk hix tajba Svezja jew Żvezja. Ħarsti reġgħet daret fuq l-ewwel waħda u naħseb li l-ktiba tal-kelma tiġi mill-pronunzja ta' l-istess kelma; hemm min iħossha biż-Ż u hemm min bis-S. Aħna ngħidu Svizzera u mhux Żvizzera; għalhekk bl-istess mod naħseb li għandu jkun għal Svezja. Nixtieq nara l-ħsibijiet tagħkhom. Chrisportelli 16:38, 1 Awissu 2008 (UTC)

Kopenagen jew Kopenħagen

Għajnuna jekk jogħġobkom! Grazzi.

"Leli Forte 11:24, 15 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

Jidhirli li l-pronunzja approssimattiva bid-Daniż tiġi kow-ben-ħawn. Li hu żgur li l-ħ iħossuha u personalment naħseb li għandna nżommuha (it-Taljani eċċezzjoni għax dawk ma jħossuhiex). Allura, nissuġġerixxi Kopenħagen. --Roderick Mallia 12:02, 15 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Grazzi Roderick, jien hekk kont qed naħseb.

"Leli Forte 12:26, 15 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

M'hemmx imniex ħabib :) --Roderick Mallia 12:29, 15 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Pajjiżi tal-NF-Board

Bħalissa kont qed nikteb dwar it-Tazza tad-Dinja VIVA u hemm stati/pajjiżi li ma nafx x'inhuma l-isem għalihom. Dawn huma l-ismijiet u ħdejhom hemm it-traduzzjoni korrispondenti għalihom (li għamilt minn moħħi):

  1. Occitania - Okksitanja
  2. Sápmi - Sapmi/Sápmi/Lapponja (Lapponja hi mit-Taljan)
  3. Southern Cameroons - Kamerun t'Isfel (mit-Taljan)
  4. Aramean-Syriac people - Aramea/Arameja (mit-Taljan)
  5. Free State of Fiume - Riġeka/Rijeka (mill-Ingliż)
  6. Maasai - Masaj/Maasaj
  7. Romani people - Romani/Nies Romani
  8. South Moluccas - Molukki t'Isfel.... u oħrajn (fuq Template:NF-Board teams)

Nixtieq xi risposta mingħandkhom. Grazzi. Chrisportelli 07:59, 16 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Jien tal-idea li nagħmluhom xi ħaġa hekk:

  • Oksitanja
  • Sapmi
  • Kamerun ta' Isfel
  • Il-Poplu Aramej
  • L-Istat Ħieles ta' Fiume / Rijeka - għal raġunijiet storiċi, naħseb ta' min insemmuhom it-tnejn u nagħmluhom jippuntaw lejn artiklu prinċipali 'Rijeka' għax il-Kroati dak qed jużaw illum il-ġurnata. Storikament però, Fiume kien jintuża wkoll waqt il-ħakma Taljana u qrajt kotba u testi storiċi bl-Ingliż li jsemmu Fiume.
  • Masaj
  • Rom (sing); Roma (pl); Il-Poplu Roman
  • Molukki ta' Isfel

Jien tal-idea li kemm jista' jkun noqorbu lejn il-kelma li n-nazzjon innifsu juża u ma nagħtux kas tal-Ingliż jew it-Taljan, għalkemm, ovvjament, dawn jistgħu jagħtuna daqqa t'id sew. Wara li naraw kif tkun il-pronunzja fil-lingwa l-propja, niktbuha bil-fonetika Maltija. Ara l-eżempju ta' Kopenħagen iktar 'il fuq - la niktbu Kowpinħejgin, la Kopenagen, u lanqas Copenhagen :) Nispera li kont ta' għajnuna --Roderick Mallia 13:59, 16 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Grazzi kbira mill-qalb ;) Chrisportelli 14:32, 16 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Dawn l-aħħar tlett ijiem

Ħbieb, sas-6 ta' Awwissu ser inkun imħabbat ħafna u ma tantx inkun nista' niġi 'l hawn ta' spiss. Rod ser ikun hawn. Id-dikussjoni ta' dawn l-aħħar jiem (1, 2, 3, 4) ħabtittni mhux ħażin. Tbissimt ilbieraħ meta, kważi b'kunsens telepatiku, kulħadd reġa' għaddas rasu għax-xogħol. Ħaġa matura ħafna. Għall-ewwel sibtha diffiċli nagħti il-vot tiegħi. Lil Chris sirt nafu aħjar, u bir-rejazzjoni tiegħu ir-rispett tiegħi lejh kiber u mhux naqas.

Jidher li hemm kunsens fuq il-kliem ta' birdy; li aħna bl-għan ewlieni fuq l-istess naħa qegħdin. Hemm kunsens wkoll illi nixtiequ amministratur ieħor u nixtiequ nkunu żguri li hu ta integrità u ta' strapazz. Id-diskussjoni m'hix magħluqa... però jekk nieħdu pawża zgħira qabel ma nerġgħu nkomplu nitħabtu nkun grat ħafna. Fil-ftit ħin li għandi fil-jiem li ġejjin nixtieq nikkonċentra fuq il-problema li hemm bl-import tal-istylesheets minn sors wieħed. Insellmikom --Joelemaltais 10:18, 1 Awissu 2008 (UTC)

Rikjesta minn en.wiki


Skuzi, tista' tgħinni? Ma nitkellimx tajjeb bil-Malti ;) I was wondering if you could take a look at this thread on en.wp - we could do with someone fluent in English and Maltese to have a look through the contributions there and check them out; for example, the user is claiming Zurrico and Birchircara are still current English usage (e.g. [1]) which I do not believe from my reading and experience of Malta. I'd sort it myself, but hundreds of changes have been made on practically every article relating to Maltese geography on en.wp - we could do with an expert's eye of what to do next. Please let anyone else know who might be interested too. Many thanks in advance for any help you can provide Knepflerle 15:48, 1 Awissu 2008 (UTC)

Hi Knepferle, wow thanks for telling us. That's so sick :°|. I can't chime in right now but promise to do so tonight, latest tomorrow. In the meantime, I'm moving this message to our forum.--Joelemaltais 16:17, 1 Awissu 2008 (UTC)

Betawiki: better support for your language in MediaWiki

Dear community. I am writing to you to promote a special wiki called Betawiki. This wiki facilitates the localisation (l10n) of the MediaWiki interface. You may have changed many messages here to use your language in the interface, but if you would log in to for example the Japanese language Wiktionary, you would not be able to use the interface as well translated as here. In fact, of 1,736 messages in the core of MediaWiki, 3.05% of the messages have been translated. Betawiki also supports the translation of messages for 126 extensions, with 2,174 messages. Many of them are used in WMF projects and they are vital for understanding the wiki. Currently none of the WMF extension messages have been translated. Translators for over 90 languages contribute their work to MediaWiki this way every month.

If you wish to contribute to better support of your language in MediaWiki, as well as for many MediaWiki extensions, please visit Betawiki, create an account and request translator privileges. You can see the current status of localisation of your language on MediaWiki.org and do not forget to get in touch with others that may already be working on your language on Betawiki.

If you have any further questions, please let me know on my talk page on Betawiki. We will try and assist you as much as possible, for example by importing all messages from a local wiki for you to start with, if you so desire.

You can also find us on the Freenode IRC network in the channel #mediawiki-i18n where we will be happy to help you get started.

Thank you very much for your attention and I do hope to see some of you on Betawiki soon! Thanks, GerardM@Betawiki ( moved from Portal tal-komunità Talk) by 「ѕʀʟ·08:32, 6 Frar 2008 (UTC)[wieġeb]

pfff 13.53% biss?? ili għaddej siegħat :( --Gian 10:47, 7 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]

Problema

Jista' xi ħadd jirranġa din il-problema? Fuq il-firefox, l-istampa mhux qegħda tiġi tajjba.

Għar-referenza screenshots:

Għażiż anonimu, iċċekkja l-preferenzi tiegħek. Naħseb kulma għandej bżonn hija bidla fl-iskin. Jiena bħalissa qed nuża l-aħħar verżjoni tal-FF u f' il-preferenzi tiegħi > aspett għandi MonoBook magħżul. Ara tirranġax hekk :) --Roderick Mallia 17:26, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Skuzani insejt niffirma. Iva aspett MonoBook qiegħed magħżul bid-default. Jien qiegħed nagħmel użu minn Firefox Verżjoni 3.0.1. Xorta kollox kbir qiegħed jiġini. :S --Gian 08:35, 10 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Jien nuża' l-firefox ukoll; il-problema hi minħabba l-kobor tat-test (font)? Jekk għalhekk dak mhux minħabba xi setting fuq xi skin tal-Wikipedija (naħseb), dak tkun kabbart il-font tal-paġna... jien sewwa qed tidhirli. Chrisportelli 08:45, 10 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Ok solvejta, mid-dehra kelli l-paġna zoomed in, allura għamilt reset u issa ġie kollox sew. --Gian 08:53, 10 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Dak l-aqwa xbin! :) --Roderick Mallia 08:58, 10 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Fittex

Hemm problema fit-tfittix ta' paġni fuq il-Wikipedija li forsi jista' jissewwa. Il-biċċa kbira tan-nies m'għandhomx il-karattri speċjali fuq it-tastiera tal-kompjuter u jekk per eżempju jkunu qegħdin ifittxu "ħġieġ" jittajpjaw "hgieg" imma din ta' l-aħħar ma tik xejn. Indunajt li dan mhux hekk fil-lingwi l-oħra. Per eżempju bil-Franċiż jekk infittex "garcon" ittini "garçon" u bl-iSpanjol jekk infittex "Espana" ittini "España".

"Leli Forte 13:46, 7 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

Taħt it-titlu garçon hemm (Redirigé depuis Garcon), jiġifieri din hija paġna riindirizzata. Issa kemm hu lant nagħmlu hekk għal kull kelma huwa dibattibbli għax ħa noħolqu skoss paġni li m'għandniex bżonn. Però il-punt tiegħek huwa validu. Illum-il ġurnata, kull min għandu l-Win XP jista jattiva t-tastiera bil-Malti f'ħames minuti kollox. Jekk nagħmlu avviż fil-paġna prinċipali u link li jurik kif tattiva din it-tastiera, taħseb li nkunu lħaqna kompromess tajjeb? --Roderick Mallia 14:21, 7 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Jien naqbel ukoll ma' din l-idea. Forsi jistgħu jsiru l-karattri tal-font Malti taħt il-kaxxa tat-tfittxija, bħal dawk li nsibu meta nkunu qed niktbu l-artikli. Jien mhux qed ngħid li ndaħħluhom kollha imma li nagħmlu l-importanti, jiġifieri: Ċ ċ Ġ ġ Ħ ħ Ż ż. Dawn jistgħu jkunu biżżejjed. Chrisportelli 14:28, 7 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Għaddietli minn moħħi wkoll Chris. Iktar tard nippruvaha u nara jekk hux possibbli nagħmlu xi ħaġa simili. Imqar dawk li semmejt int biss (żgur mhux iktar għax ikollna geġwiġija nkella. Però, il-link u l-avviż noħolquh żgur jekk taħsbu li aħjar hekk. Jien naraha tagħmel sens. --Roderick Mallia 14:33, 7 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Anke jien naqbel magħha; ma naqbilx li nagħmlu rindirizzi, għax kif qgħedt int Rod, se noħolqu paġni żejda. Ir-rindirizzi f'kuntest tal-ktiba tal-kelma, għandna nużawhom biss meta jintużaw xi aċċenti bħal per eżempju Ġesu → Ġesù. Barra li ninfurmaw dwar il-bżonn li jintuża' l-font Malti fit-tfittxija, nistgħu nżidu dawk l-ittri. Chrisportelli 05:18, 8 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Ippruvajt nilgħab naqra mal-menù tal-ġenb ilbieraħ, biex indaħħal avviż żgħir u dawk il-karattri kif iddiskutejna. Is-sezzjoni irnexxieli noħloqha, però il-kliem ma bediex jidher għax mid-dehra, kulma jieħu dak il-menu huma rabtiet ma' paġni oħra. Li nistgħu nagħmlu huwa li xorta noħolqu sezzjoni (ngħidu aħna, karattri Maltijn) u fiha ninkludu rabta lejn dokument .pdf li jispjega tajjeb kif tattiva t-tastiera Maltija fuq il-Windows, u nsemmuh kif iġġib il-karattri Maltin fuq it-tastiera tiegħek. Jinstema' daqsxejn twil, imma naraw kif jidher. --Roderick Mallia 09:09, 9 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Għaliex meta nfittex "Schrodinger" insib "Schrödinger" mingħajr l-ebda riindirizzazzjoni. Jista' jispjegali xi ħadd? Grazzi.

"Leli Forte 09:50, 11 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

Leli, bħalissa ma teżisti l-ebda paġna ta' riindirizzazzjoni li minn Schrodinger tieħdok Schrödinger, bħalma hemm per eżempju fil-Wikipedija Ingliża. Però, meta tfittex titlalek bħala l-ewwel waħda fil-lista ta' artikli misjuba, hux hekk? --Roderick Mallia 10:12, 11 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Grazzi Roderick. Imma l-mistoqsija tiegħi hi għaliex m'hemmx bżonn riindirizzazzjoni biex tinstab waqt li għall-karattri speċjali oħra hemm bżonnha?

"Leli Forte 10:18, 11 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

Naħseb indunajt għaliex. Grazzi.

"Leli Forte 10:21, 11 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

Eh! Skużani ma fhimtekx sew mal-ewwel. Ifhem, teknikament, naħseb li għandna nagħmlu riindirizz f'dak l-artiklu għax il-karattru ö mhux parti mill-alfabett Malti u għaldaqstant, dak li jkun jaf ikollu problema biex jispellih l-isem. Jien tal-idea li kull fejn hemm karattri li jiġu minn alfabeti oħra, u kull fejn jidħlu l-aċċenti (għax ħafna bi żball, jiktbuhom b'appostrofu minflok), għandna nagħmlu riindirizz. Pero ma naqbilx li għandna nirrindirizzaw il-karatti kollha Maltin, għax ngħidu aħna, ċ biss għandna fl-alfabett tagħna, u kulħadd iħoss id-differenza bejn ż u z, eċċ. Naħseb dan tal-aħħar ikun ħela ta' ħin u riżorsi. Ma nafx l-oħrajn x'jaħsbu. Tajjeb li niċċarawha din ħalli nevitaw ħafna paġni żejda u nkunu nistgħu nibdew nirranġaw dawk li diġà hemm (jekk hemm bżonn). Intant, la titnieda l-paġna l-prinċipali l-ġdida, ħa nkunu qed inpoġġu rabta sabiex kulħadd ikun jista' jattiva t-tastiera bil-Malti biex b'hekk: (1) inħeġġu n-nies jiktbu iktar bil-Malti, (2) inkun qed nuru l-apprezzament tagħna għal min iddedika l-ħin u r-riżorsi tiegħu għal dan ix-xogħol siewi, għax it-tastiera Maltija, kienet ħaġa li ilha tinħass il-ħtieġa tagħha, (3) inqajjmu l-għarfien tat-tastiera bil-Malti --Roderick Mallia 10:34, 11 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]


Manual for new and small Wikipedias

Hello, at Meta there are pages created to help new and small Wikipedias: Manual and Wikipedia and help pages. You are welcome to have a look and comment. Kind regards--Ziko 22:57, 13 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

It-Titanic

Ħbieb

Napprezza x-xogħol li qiegħed isir biex titnaddaf u tiġi riorganizzata l-Wikipedija. Però naħseb li qiesna qegħdin nirranġaw is-siġġijiet fuq it-Titanic. Jekk ma niktbux artikli serji ġodda jew inħajru l-ħadd ieħor li jiktibhom, ħa negħrqu!

"Leli Forte 16:04, 21 Awwissu 2008 (UTC)"[wieġeb]

Fil-paġna prinċipali hemm indikazzjoni għal lista ta' artikli bażiċi li għandu jkollna. Jien tal-idea li nibdew minn hemm. Xi ħaġa oħra li nistgħu nagħmlu hija li ntejbu l-abbozzi li għandna u ma niktbux artikli qosra żżejjed. Hemm xi tindif ieħor tal-artikli li jista' jsir. Tkun ħaġa sabiħa li nibdew minn hemm, għalkemm, ovvjament, ma nistgħu inġiegħlu 'l ħadd... Il-problema hija li n-numru ta' utenti huwa żgħir wisq. Bħalissa kulma qegħdin 5-6 attivi biss u kulħadd qed jieħu ħsieb aspetti differenti, li kollha kemm huma huma neċessarji. Int għandek xi pjan jew xi ħaġa tberren f'moħħok, Leli? --Roderick Mallia 16:43, 21 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Naf li ma staqsejtx lili imma se nirrispondi tant ieħor, jien tal-fehma li kif issuġerixxa Roderick, inkomplu għalissa inlestu ftit artikli oħra minn dik il-lista ta' artikli bażiċi, barra minn hekk il-paġni tal-wikipedija għadhom lura, dal-aħħar sirt konxju li l-bots li hawn fuq din il-Wikipedija m'huma ta' għajnuna xejn. Kollha huma interwiki bots li ma tantx huma attivi. Issa kieku nagħmlu bot li per eżempju ibidel kliem bħal skond għal skont u ħafna oħra min jaf kemm jagħmlilna ħajjitna faċċli. Filfatt kont qiegħed infittex fil-ktieb tal-computing java biex nara kif tagħmilha imma jien ma tantx kont tajjeb fih biex inkun onest għalhekk qiegħed noqgħod naqa lura. Bħalissa qiegħed ukoll nagħti daqqa t'għajn lil paġna prinċipali biex ineħħi dik l-imbierka titlu minn hemm, qiegħed nipprova insib ftit għajnuna mill-Wikipedija ingliża imma s'issa ma sibt xejn. Meta inlestu dan kollu. Jien lest li nipproponi li noħolqu "chapter" maltija tal-Wikimedia.. jiġġiefieri Wikimedia Malta. M'għandiex tkun problema nsibu post biex jagħtuna kamra x'imkien il-kunsill tal-malti jew l-akkademja għax naħseb li hija xi ħaġa pożittiva.. Jekk l-akkademja jew kunsill tagħtina ftit fondi kieku nibdew nagħmlu ftit pr tal-proġett u inġibu ftit utenti oħrajn. Imbgħad utenti iġġibu l-utenti oħrajn. Postijiet fejn naħseb li nistgħu faċċilment nagħmlu pr huwa mal-KNZ, fakulta tal-malti l-uni u ħafna.. jekk naħdmu flimkien jien ottimist li dan jista' jsir. --Gian 08:59, 22 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Fondi? ħeħe dawk jaħdmu b'volontarjat huma stess Gian. U anqas kieku ħa ngħidlek. Naf uħud minnhom u m'humiex wisq interessati li jgħinu, jiġifieri ħa jkollna naqdfu għal rasna. Imma dan m'għandux jaqtalna qalbna. Jien tal-idea li nkomplu naħdmu kif qegħdin nagħmlu - bil-galbu-, neħilsu bosta mill-artikli bażiċi u għalissa, inservu aħna ta' riklam għall-Wiki. Imbagħad skond id-daqqa niżfnu. Fuq nota oħra, din tal-bots vera idea tajba kieku tista' tiġi fis-seħħ! Ħasra li ma nifhimx akka fejn tidħol l-informatika. --Roderick Mallia 09:45, 22 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Translation request

Hello, could someone translate the template commons:Template:User SUL ? This template is useful for knowing the main account of an user's SUL and talk on it. Thanks Otourly 13:56, 30 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Created here. Chrisportelli 05:50, 31 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]
Thank you very much! Otourly 06:39, 31 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

Diskussjonijiet bħalissa

Dan il-kumment hu biss sommarju/taqsira ta' dak li qed isir/għandu jsir u ta' diskussjonijiet (li naħseb jien) huma ta' importanza u/jew għadhom ma ġewx solvuti.

  • Il-kwistjoni tal-ismijiet tal-buttuni u tal-ħoloq tal-Wikipedija:
Verżjoni kurrenti Proposti
Issejvja l-paġna Salva l-paġna; Erfa' l-paġna; Żomm it-tibdil; Ippublika
Uri anteprima Uri previżjoni; Uri kif se tidher
Uri t-tibdiliet Uri t-tibdil, Uri l-bidliet
  • Termini tekniċi li jintużaw fuq il-Wikipedija
Verżjoni kurrenti Proposti
Stub Abbozz; Bdejju; Bidu żgħir; Loqma; Nibbieta
Ipprintjar Stampar
Modifka minuri Modifka żgħira; Bidla żgħira; Bidla minuri
Link Ħolqa; Rabta; Sensiela
Namespace Spazju tal-isem; Kexxun tal-isem
Ċaqlieq Mixi/Tmexxih/Tmexxija
Blokkar Imblukkar
Ħoloq oħra Ħoloq esterni; Links esterni
Editja (tas-sezzjonijiet) Immodifika
  • Spazji tal-isem/Namespaces, gruppi, reġistri
  1. Bżonn kbir li xi spazji tal-isem jitbiddlu u oħrajn li jiġu kkreati (speċjalment Mudell, Għajnuna u Portal)


  • Kunsens fuq il-ktiba tal-Malti
  1. Bżonn li nagħtu daqqa t'għajn lejn ir-regoli l-ġdid tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti (ħolqa)
    1. It-ta' l-, ma' l-, u sa l- ġew mibdula għal tal-, mal-, u sal- rispettivament
    2. Meta jinkitbu l-ismijiet ta' xi kliem bħal l-Istati Uniti, l-Istadju, l-Istrina, dawn għandhom jinkitbu b'I kbira jew żgħira (l-Istati Uniti jew l-iStati Uniti)
  2. Ismijiet ta' xi pajjiżi
    1. L-aktar diskussi huma Svezja/Żvezja, Bosnia u Ħerżegovina/Bożnija u Ħerżegovina, Israel/Iżrael, Iżlanda/Islanda, u xi oħrajn.


Skużawni talli forsi kont daqxejn impulsiv (eżattament minix) imma ħassejt li kien hemm bżonn ta' dan ir-rijassunt fuq dak li qed jiġri fuq il-Wikipedija (b'diskussjoni għadhom miftuħa). Għandna nagħtu kas dwar x'jista' jsir dwar l-ispazji tal-isem, kif jistgħu jitbiddlu etċ, għax se naħlu l-ħin biex noqgħodu nimmodifikaw il-paġni biex nirranġaw l-ispazji tal-isem li tbiddlu. Nisma' mingħandkom. Chrisportelli 09:36, 27 Awwissu 2008 (UTC)[wieġeb]

L-Ismijiet tan-namespace u ir-reġistri sadanitant ma ġara xejn dwarhom. --Gian 07:29, 5 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Skont il-Kunsill Nazzjonali tal-Malti, dawn huma xi ftit ismijiet bil-verżjoni t-tajba: Żvezja, Iżlanda, Żvizzera, Strażburgu u Liżbona. Chrisportelli 07:07, 6 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Chris, dwar l-i tal-leħen, il-Kunsill ikkumenta fuqha jew le? "Leli Forte 09:09, 10 Settembru 2008 (UTC)"[wieġeb]

Fuq l-i għadni ma sibtx soluzzjoni tagħha. Meta kont bagħt lill-Kunsill minħabba dilemma dwar il-pajjiżi kitbu l-ismijiet tal-pajjiżi hekk: l-Iżvezja, l-Iżvizzera. Ma nafx issa hi aċċettata taħt din il-forma jew kitbuha hekk mingħajr ma qagħdu jagħtu kas dwar il-ktiba. Xi darba din il-ġimgħa nipprova nibgħatilhom... jekk trid tista' tipprova fuq kunsilltalmalti@gov.mt Chrisportelli 10:37, 10 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Grazzi. "Leli Forte 10:52, 10 Settembru 2008 (UTC)"[wieġeb]

Pawża żgħira

Ħbieb ħa jkolli nillarga naqra għal xi jumejn minħabba x-xogħol. Intant, għandu jkun hawn Joe. Jekk hemm xi affarijiet urġenti, tistgħu xorta tikkuntattjawni b'email. Grazzi --Roderick Mallia 20:30, 2 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Traduzzjoni tal-prefissi fil-wikilinks

Ħbieb, sfortunatament l-amministraturi fuq betawiki m'avżaw lill ħadd qabel m'għamlu checkout tat-traduzzjonijiet. Bil-konsekwenza li numru sew ta' prefissi fil-wikilinks inkisru. L'amministraturi lokali m'għandhomx l'għodda meħtieġa biex jaqilbu il-ħoloq f'daqqa. Ħallejt messaġġ fuq betawiki. Jekk ma tinsabx soluzzjoni hemm, niftaħ ticket fuq Bugzilla. Saħħa--Joelemaltais 21:28, 12 Settembru 2008 (UTC). postedit 13 Settembru 2008: Skużawni kont assumejt ħażin - il-problema li għaliha kont qed nirreferi kienet ikkawżata minn forma li ġiet mibdula u mmexxija min Gian. Ma sar ebda checkout minn beta għal-MessagesMt.php. Mindaqshekk ħtaft l'opportunità nipprova niċċara il-proċess ta' check-out minn Betawiki (cf. il-ħolqa fuq) Tislima --Joelemaltais 21:32, 13 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Bir-rispett kollu tista' tgħidilna, x'checkout hi din? għax sa fejn naf jien fuq Betawiki ma jistgħu jagħmlu xejn qabel ma jkun hemm rikjesta formali mill-komunità tat-tradutturi Maltin.

Barra minn hekk sa xahar ilu ntlaħħaq kunsens fuq l-ismijiet tan-namespaces kif għandhom isiru bil-Malti u l-ebda amministratur minn dak in-nhar l'hemm ma tniffes.

Tistgħu tagħtuna ħjiel ta' x'qiegħed jiġri, jekk jogħġbok u għaliex qegħdin iddumu daqshekk biex tieħdu azzjoni.

Grazzi

--Gian 17:37, 13 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Tibża xejn Ġian dejjem fuq kunsens ħdimna hawn.. u bir-rispett kollu forsi kont taf tikkonsulta int qabel ma bdilt din il-forma http://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Template:Urikategorija&action=history jekk ma kontx taf x'qed tagħmel :))
Dak li qed jiġri hu trasparenti mill-autidtrail kemm hawn kif wkoll fuq betawiki - xejn iżjed, xejn anqas. L'unika haġa li qiegħed nagħmel li mhix trasparenti hi li qed nikteb patch għal-omegawiki biex forsi il-quddiem kliem ġdid jiġi diskuss fid-diżżjunarju u miżmum f'lok wieħed u mhux mifrux fil-pjazza. Mindaqshekk għalissa ikkunsidraħ bħala distrazzjoni u pjaċir personali tiegħi li m'għandu x'jaqsam xejn ma mt.wiki.
Il-proċess ta checkout fuq betawiki mhux ċar u kont diġa tlabt spegazzjoni hemmhekk xhar ilu... u tibża xejn din id-darba ser nibqa ninsisti. B'tislima --Joelemaltais 20:19, 13 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]
Jien qatt ma kont niddubita li qiegħed tagħmel xogħol tajjeb. Dwar Template:Urikategorija ma rajtx li kien hemm bżonn kunsens fuqha. Kemm qlibt mill-ingliż għal malti (għax hawnhekk nagħmlu użu mill-Malti ġeneralment :)), għaldaqstant ir-rindirizz minn Template:Showcategory baqgħet hemm allura m'għamlet l-ebda effett fil-Wikipedija. Prosit u nawguralek fuq ix-xogħol li qiegħed tagħmel fuq Omegawiki. --Gian 21:22, 13 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]
Sieheb, sfortunatament għamlet effett :-| Fil-forom li jiġu trasklussi (transcluded) ir-rindirizz ma jaħdimx - però hija strambezza ta' Mediawiki - u mhux la' kemm tiġik f'moħħok - anke lili damet ma ġietni f'rasi :)). Mindaqshekk għandek raġjun - l'isem tal-forma trid tinbidel. --Joelemaltais 21:48, 13 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]


Skont Roderick, bħalissa qed jippruvaw jagħmlu xi rikjesta fuq bugzilla. Chrisportelli (d) 17:41, 13 Settembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Betawiki update

  • Currently 89.34% of the MediaWiki messages and 2.48% of the messages of the extensions used by the Wikimedia Foundation projects have been localised. Please help us help your language by localising and proof reading at Betawiki. This is the recent localisation activity for your language. Thanks, GerardM 13:34, 15 Ottubru 2008 (UTC)[wieġeb]
  • Currently 89.35% of the MediaWiki messages and 1.94% of the messages of the extensions used by the Wikimedia Foundation projects have been localised. Please help us help your language by localising and proof reading at Betawiki. This is the recent localisation activity for your language. Thanks, GerardM 12:23, 10 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]
  • Currently 87.50% of the MediaWiki messages and 1.88% of the messages of the extensions used by the Wikimedia Foundation projects have been localised. Please help us help your language by localising and proof reading at Betawiki. This is the recent localisation activity for your language. Thanks, GerardM 10:05, 14 December 2008 (UTC)
PS Please help us complete the most wanted messages..

Problema fil-viżwal tal-interwikis

Jekk qed issibu problema biex taraw l-interwikis (jiġifieri l-ħoloq lejn wikis oħrajn) din mhix problema tagħna biss, iżda ta' kważi kull wiki. Bħalissa qed isir xi xogħol biex titranġa. Chrisportelli (d) 05:04, 25 Ottubru 2008 (UTC)[wieġeb]

Urġenti

Hemm xi ħaġa ħażina, Tibdil riċenti qed tmur fuq Tibdil relatat. Nistgħu nirranġawha? Tella' fajl qed tmur fuq l-ingliż.

"Leli Forte 15:16, 25 Ottubru 2008 (UTC)"[wieġeb]

Bidla fl-ispazji tal-isem

Bagħat rikjesta fuq bugzilla minħabba l-bidla fl-ispazji tal-isem. Niċċekjaw x'se jsir. Araw ir-rikjesta li saret hawnhekk. Chrisportelli (d) 21:17, 17 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Bot flag for Luckas-bot

  • Operator: Luckas Blade
  • Purpose: interwiki
  • Technical details: uses pywikipedia, automatic
  • Already has bot flag on: +/-70 wikis

Thanks. Luckas Blade 22:48, 18 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Approvat
Granted. Congrats ;) Chrisportelli (d) 06:30, 19 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Għalxejn kont għamilta din il-paġna Wikipedija:Politika_tal-bots/Rikjesti_għall-approvazzjoni :( --Gian 00:32, 19 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]

Gian, ir-raġjuni ma tridx forża. Jekk dan tajnieħ il-fiduċja għax wera li stħaqqitlu, fdajnieħ li jieħu deċisjoni bid-deħn fuq ħaġa li ovjament ma tridx wisq diskussjoni (talba ta' marka għal bot interwiki mgħaruf) - għidli int, x'hemm x'taħsiba!?. Ir-regoli qiegħdin hemm bħala strument ta' għajnuna, l'aktar meta l'opinjonijiet ikunu ovjament diversi, u mhux biex jiġġustifikaw lilhom innifishom. Naħseb ta' min jaħsiba hawn neħdux varjazzjoni oħra. Fil-każ tagħna policy simplifikata globali tidhirli li tgħamel akter sens m:Bot_policy/Implementation u request access directly from stewards. Insellmilkom Joe :)) --Joelemaltais 20:55, 23 Novembru 2008 (UTC)[wieġeb]

localized 'special' ('speċjali') namespace for mt.wp not resolving

Kopja tar-rapport ta' bug

16687

This Bug could be correlated to 16373 "Localized namespaces for mt.wp"

URLs to Special Pages in Navigation bar are not resolving. Special:RecentChanges has apparently been changed to Special:TibdilRiċenti and http://mt.wikipedia.org/wiki/Special:RecentChanges redirects correctly to http://mt.wikipedia.org/wiki/Special:TibdilRi%C4%8Benti.

but URL in Navigation Bar points to a non-existent localized Namespace 'Speċjali' ex. http://mt.wikipedia.org/wiki/Spe%C4%8Bjali:TibdilRi%C4%8Benti

I have access rights to modify the navigation bar. But since I have made no specific changes there, have not been involved in any correleated changes nor have any insight into the localization effort, I'm reporting this here.

Regards, --Joelemaltais 11:17, 17 Diċembru 2008 (UTC)[wieġeb]