Wikipedija:Amministraturi/Kandidati/Chrisportelli
- Id-diskussjoni t'hawn taħt ġiet preservata bħala arkivju ta' rikjesta bla suċċess għal amministratur. Jekk jogħġbok ħalliha kif inhi.
Agħti l-opinjoni tiegħek (paġna ta' diskussjoni) (1/2/0) (aġġorna); Spiċċat f'12:00, l-4 ta' Awwissu 2008 (UTC)
[[::Utent:Chrisportelli|Chrisportelli]] ([[::Diskussjoni utent:Chrisportelli|diskussjoni]] · [[::Speċjali:Kontribuzzjonijiet/Chrisportelli|kontribuzzjonijiet]]) - Jien nipproponi lili nnifsi għall-kandidatura bħala amministratur. Fuq il-Wikipedija Maltija ilni issa ftit inqas minn sena, u f'dan iż-żmien sirt aktar konxju mill-bżonn li nippreservaw il-lingwa tagħna u li hawn diversi utenti dedikati fil-lingwa Maltija. Qalb din il-komunità rnexxielhi nibni, nikkrea, u nimmodifika numru kbir ta' artikli ta' kull ġeneru u suġġett. Jien lest li nkun aktar attiv u noffri pont aktar wiesgħa u qasir bejni u bejn l-utenti l-oħra biex flimkien inwasslu aktar il-quddiem il-Wikipedija tagħna, minkejja li dan hu xi ftit diffiċli, però m'għandna qatt naqtgħu qalbna. Jien għandi opinjonijiet diversi bħal kulħadd u dan nesponihom fid-diskussjonijiet għal kunsens, u niġġieled il-vandaliżmu li jsir għax mhux hekk jixraq lill-artikli li l-utenti tagħna jkunu ħadmu fihom b'tant żelu. Hemm forsi xi kampjiet fejn għadni xi ftit ġdid fihom, però lest li nimpenja ruħi bi sħiħ.
Grazzi ta' kollox. Chrisportelli (tħaddet) 09:25, 16 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- Kandidat, jekk jogħġbok indika li taċċetta din in-nominazzjoni hawnhekk: Naċċetta. Chrisportelli (tħaddet)
Mistoqsijiet għall-kandidat
[immodifika s-sors]Għażiż kandidat, grazzi talli għażilt li sservi lil Wikipedija bħala amministratur. Huwa suġġerit li tirrispondi dawn il-mistoqsijiet mhux ta’bilfors sabiex jagħti gwida għall-partiċipanti:
- 1. F'liema xogħol amministrativ tintendi tieħu sehem?
- T: Jien lest li nkompli naħdem biex jonqos iktar il-vandaliżmu u li niċċekkja regularment x'inhu jsir fuq il-Wikipedija u l-aħħar modifiki fuq it-Tibdil riċenti. Permezz ta' l-għodda ġodda jien nista' ngħin aktar, fosthom fit-tħassir ta' paġni li l-Wikipedija m'għandha l-ebda ħsieb li tagħmel użu, u dan isir permezz ta' votazzjoni ħalli jintlaħaq kunsens. Jien lest li naħdem ukoll fuq il-protezzjoni ta' paġni biex ikun hemm nuqqas ta' vandaliżmu li jista' jiċċirkonda din il-komunità.
- Fuq l-imblukkar ta' xi utenti fuq fażi kmieni ma tantx naqbel fuqha, hekk kif dan għandu jkun infurmat fuq il-proċeduri li jistgħu jittieħdu kontrih, imma mat-tieni tenattiv dan għandu jkun imblukkat fuq perjodu ta' żmien partikulari. Jekk inkun amministratur, nixtieq nikkrea inqas distakk li tista' teżisti bejn l-istess amministraturi u l-utenti "normali". L-amministratur nemmen li għandu jimxi id f'id ma' l-utenti l-oħra.
- 2. X'inhuma l-aqwa kontribuzzjonijiet tiegħek fil-Wikipedija, u għaliex?
- T: Ħloqt diversi paġni ġodda imma naħseb li l-aqwa xogħol tiegħi kien f'artikli dwar erba' klabbs tal-futbol Ingliżi, minħabba li dawn kellhom xogħol kbir ta' tradizzjoni u jaqbżu l-20 u anki t-30 kB. Barra minn hekk pruvajt inżid kontenut ma' xi artikli biex ma jibqax aktar stub, u tajt għajnuna fil-paġni ta' l-għajnuna u proġetti.
- 3. Kont f’xi konflitti meta fuq editjar fil-passat jew utenti oħrajn qatt ħolqulek problemi fuq editjar? Kif solvejta u kif se tmur dwarha jekk terġa tinqalalek fil-futur?
- T: Naħseb jien qatt ma kelli xi problemi ma' utenti l-oħra. Meta kien hemm bżonn ta' diskussjoni, iddiskutejt b'mod mill-aktar ċivili. Jien m'inix xi persuna ta' rasi, u nasal anki biex naċċetta l-iżball tiegħi. Meta kien hemm bżonn ta' l-għajnuna dejjem pruvajt nagħmel li nista'.
Kummenti ġenerali
[immodifika s-sors]- Ħoloq relatati ma' Chrisportelli: Chrisportelli (diskus · kontrib · tħassir · għadd · logs · blokks · lu · rgħar · rgħk · rgk · pups · fittex an, ani, cn, an3)
Jekk jogħġbok żomm id-diskussjoni kostruttiva u ċivili. Jekk m'intix familjari mal-kandidat, jekk jogħġbok irrevedi hawnhekk il-kontribuzzjonijiet tiegħu qabel ma tikkumenta.
Diskussjoni
[immodifika s-sors]- Mhux se nivvota qabel ma taċċetta l-kandidatura tiegħek bħala amministratur, fit-TGA tiegħek. Barra minn hekk id-data skedata trid tirrefleti 7 t'ijiem minn meta taċċetta l-kandidatura tiegħek, jekk jogħġbok irranġa. Sadanitant it-TGA tiegħek se titneħħa mill-paġna tal-kandidati sakemm inti tagħmel dawn l-affarijiet li tlabtek hawn fuq. Grazzi --Gian 10:05, 20 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- Risposta għall-kummenti ta' Joelemaltais
- Napprezza l-kummenti tiegħek li għamilt u nirrispetta l-vot tiegħek, għax kulħadd għandu l-opinjoni u l-ħsieb tiegħu. Ridt biss niċċara xi punti. B'vandaliżmu, naf li forsi l-Wikipedija Maltija m'hawnx daqs tant vandaliżmi bħalma hemm fuq Wikipediji oħrajn, imma jien semmejt il-vandaliżmu fuq kuntest tal-protezzjoni ta' paġna; hemm bżonn li jsir xi forma ta' protezzjoni fuq xi paġni (li dan mhux qed isir). Barra minn hekk fuq l-imblukkar, jien semmejt il-ħsieb tiegħi biss u mhux dak li forsi qed isir bħalissa. Barra minn hekk hemm bżonn ta' tħassir ta' paġni li sfortunatament dan mhuwiex isir u parteċipazzjoni ikbar ta' amministraturi fid-diskussjonijiet li jkollna, minħabba li ftit li xejn tkunu attivi fid-diskussjonijiet, lanqas biss fil-paġna ta' diskussjoni tagħkhom personali. Naqbel miegħek perfettament fuq il-bżonn ta' titjib ta' artikli u paġni. Fuq il-kumment li għamilt jien dwar il-pożizzjoni ta' amministratur, hi mill-għajn ta' xi utenti "normali" li forsi jaħsbu li amministratur hu xi ħaġa ta' awtorità u li mingħajru ma jista' jsir xejn; jien xtaqt li din l-idea ma tibqax hemm.
- Jien naħseb, anzi ċert, li jekk ma nkunx jien, hemm bżonn żgur ta' amministratur, minħabba li l-amministraturi kurrenti ma tantx qed isostnu dan il-proġett ta' mt.wiki. Fil-fatt, b'kull rispett, int għamilt madwar xahar barra (16 Ġunju - 18 Lulju) mingħajr ma tħalli messaġġ li ma kontx se tkun preżenti fuq mt.wiki għal perjodu ta' żmien. Int żgur kont l-iktar amministratur attiv fuq mt.wiki, minħabba li Roderick Mallia ilu mit-12 ta' Ġunju ma jidħol, waqt li Srl ilu minn Frar. Jekk amministratur ingħata dan l-inkarigu għandu jaħdem bi sħiħ u jkun aktar attiv. Barra xogħlijiet ta' amministratur, jien kont se ngħin bħala amministratur speċjalment fuq MediaWiki:Commons.css. Darba kont saqsejtek dwar il-"wikitable" u int kont qegħdtli li kont se tistaqsi lil Srl però l-ebda risposta (Wikipedija:Pjazza#Tabelli); hemm bżonn li tara aktar x'għandhom bżonn l-utenti; fil-fatt ma stajnix noħolqu templates li jinkludu xi tags bħal "navbox", "infobox" etċ. Hemm bżonn li l-amministratur "jimxi id f'id" ma' l-utent u jara x'għandhom bżonn. Nistenna risposta. Grazzi. Chrisportelli 07:03, 30 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- Iva, kont ili ma nidħol minħabba ħtiġijiet personali. Però, sal-ġimgħa li għaddiet, erġajt dħalt nagħti daqqa t'għajn kif inhuma mexjin l-affarijiet u qed nibda xi xogħol ġdid. Is-sosteniment tal-Wiki għandu iktar jiġi mill-utenti kollha in ġenerali. Fis-sens li għax persuna hi amministratur ma jfissirx li għandha d-dritt u d-dover li tikteb l-artikli ġodda biss. Dak huwa xogħol kull utent. Il-problema, jekk irridu nħarsu lejha b'mod globali, hija li l-ammont ta' utenti attivi fil-komunità tagħna huwa baxx wisq. U lanqas għadna armajna l-enċiklopedija bl-iktar affarijiet u artikli bażiċi (it-templates, kważi kważi, huma biss sekondarji). Qatt tajt kas din il-lista per eżempju? Tara kemm għadna lura. L-artikli li hemm s'issa inkitbu minni, b'xi kontribuzzjoni ta' xi utenti oħra: Wikipedija:Lista_ta'_artikli_li_kull_Wikipedija_għandu_jkollha. Jien nemmen li għandna bżonn naħdmu ħafna iktar fuq dawn l-affarijiet bażiċi l-ewwel, qabel nibdew naraw kbir. Però, naqbel mija fil-mija li l-amministratur għandu jaħdem id f'id ma' l-utenti. U dejjem hekk ġara, għajr xi nuqqasijiet żgħar ħafna. Ħasra li kliemek bħal li kieku jagħti x'jifhem li l-amministraturi qatt ma jagħmlu xogħolhom sew. Min jisimgħek faċli jieħu l-impressjoni li jkollna gzuz ta' rikjesti mill-utenti u li ma nlaħqux magħhhom jew ma nagħtux kashom, meta fil-fatt, kemm ili amministratur jien, qatt ma ġara hekk. --Roderick Mallia 08:52, 30 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- Kienu ħafna drabi li tajt kas tal-lista ta' artikli li kull Wikipedija għandu jkollha, u rajt il-bżonn li hemm. Naħseb li kien hemm ftiehem ħażin forsi bil-kliem li qgħedt. Jien ma ridtx ngħid li l-amministraturi m'huma jagħmlu xejn; xejn affatu.. ridt ngħid biss li ma tantx huma attivi. Aqra iktar fir-risposta għal roderick mallia f'li jmiss.
- Risposta għall-kummenti ta' Roderick Mallia
- Naħseb jien ma nistax nara din il-komunità mingħajr ta' l-anqas amministratur ieħor; aħna l-utenti ma nistgħux nistennew il-ġranet u f'xi ċerti każi l-ġimgħat sakemm issir xi azzjoni amministrattiva fuq xi każ. Barra minn hekk, b'kull rispett, ma tantx qed narakhom attivi daqs tant, għax ma tantx qed narakhom li qed tagħtu ħarsa lejn il-kategoriji li jiġbru per eżempju l-paġni x'jitħassru, fuq il-bżonn li tiġi aġġornata l-paġna prinċipali u anki fuq il-bżonn kbir li hemm biex jidħlu tags ġodda bħal "navbox" u speċjalment "wikitable". Minbarra dan kollu, ma nixtieqx li nidher xi wieħed li rrid niġġudika fil-ħażin biss, imma qed nara li din il-komunità ma tistax timxi b'amministratur wieħed attiv ;) Grazzi xorta tal-kummenti roderick. Chrisportelli 09:03, 30 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- Nixtieqek tkun oġġettiv u tara kemm fil-fatt dil-komunità hija attiva. Forsi dan l-aħħar ma konnhiex wisq attivi minħabba x-xogħolijiet tagħna; jien l-iktar - nammetti. Però, kemm kienet attiva l-komunita in ġenerali? Għajrek u xi tnejn oħra, ma kienx hawn xi attività kolossali fost il-komunità. Mhux qed tara, anke f'sempliċi votazzjoni bilkemm ivvutaw 4 minn nies. U minn dik il-lista importanti ta' artikli bażiċi, kemm ikkontribwejt? Jiena nara lok għal amministratur ieħor meta l-komunità tkun iktar attiva, u ovvjament, f'każ li jkun hawn vot ta' maġġoranza favur dan il-għan. Ħaġa oħra. Jekk kont qed tħoss dawn in-nuqqasijiet, għaliex ma tissuġġerix li jsiru l-ewwel u tpoġġihom fuq il-mejda qabel titfa' n-nomina għal amministratur? U tinkwieta xejn - hawn xejn ma jittieħed personali. Kulħadd huwa intitolat għall-opinjoni, mhux hekk? --Roderick Mallia 09:50, 30 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- Meta intom kont inattivi, ta' l-anqas aħna konna qed nippruvaw inżommu ħaj dan il-proġett, u grazzi għalina li f'dawn l-aħħar xhur baqa' għaddej. Ma nafx kif stajna aħna nipproponu xi nuqqas li kien hawn, meta konna nafu li l-ebda amministratur ma kien attiv. Dawn in-nuqqasijiet ħadd ma seta' jirranġahom jekk mhux l-amministraturi. Lanqas jekk tikteb fuq il-paġna ta' diskussjoni tagħkhom personali ma stajna għax ma konnix nirċievu ebda risposta. U din baqgħet hekk għal xi ftit iktar minn xahar. Konna biss nitkellmu ma' xulxin u naraw x'nistgħu nagħmlu biex ladarba jitfaċċa amministratur ngħidulu. Chrisportelli 10:43, 30 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- Il-proġett għadda minn ħafna fażijiet inattivi, jiġifieri dan la kienet l-ewwel u lanqas ħa tkun l-aħħar. Meta jkollok komunità żgħira xi ħaġa hekk tistenniha. Apparti minn hekk huwa ftit ix-xogħol li jista' jagħmel biss l-amministratur. Kif diġà tennejt, il-maġġor parti tax-xogħol jagħmluh l-utenti normali bil-bini ta' artikli estensivi. L-argumenti tiegħek ma jreġux għax: (1) Fuq il-paġna tiegħi ma jidhirlix li ħallejtu xi messaġġ. (2) Dejjem għandek il-faċilità li tibgħat email lil kwalunkwe utent f'każ li dan ma jkunx attiv f'dak il-mument partikulari. F'daż-żmien li kont kemxejn inattiv xorta rċevejt xi email jew tnejn. Jiġifieri x-xogħol minn wara l-kwinti jsir ukoll, tinkwetax. U apparti minn hekk, biex inkunu għidna kollox, kont inkun fuq wiki ukoll: biss biss, jekk tara hawn[1], tinduna kif fit-13 ta' Lulju rrispondejt lil Borgdylan rigward il-portal tal-kimika. Jiġifieri min kitibli rrispondejtu. Altru qatt ma kont preżenti! --Roderick Mallia 22:28, 30 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- Naf li forsi l-inattività fuq din il-wiki hi aktar komuni, imma din l-inattività hemm bżonn li tonqos xi ftit; naf li forsi ma tistax tieqaf imma ta' l-anqas inqassruha xi ftit. Ma nifhimx għala l-fatt li l-maġġor parti tax-xogħol jagħmluh l-utenti normali; għaliex intom ukoll l-amministraturi m'għandkhomx tgħinu lilna wkoll nibnu dan ix-xogħol. Mhux qed ngħid li mhu qed tagħmlu xejn, imma int qgħedt li xogħol l-amministratur huwa ftit, meta dan jista' jsir aktar billi tgħinuna aktar fil-bini ta' l-artikli. Forsi jien ma kkuntatjatx lilek personali imma pruvajt lil joelemaltais għax dak kien l-iktar wieħed xi ftit attiv; kemm fuq il-paġna ta' diskussjoni u anki permezz ta' email ma rċevejt l-ebda risposta lura. Però jibqa' l-fatt li kont madwar 8 xhur barra mingħajr (sa fejn naf) tgħidilna li kont se tħallina għal perjodu. M'hemmx bżonn li tirċievi emails jew jibagħtu msġ fuq il-paġna ta' diskussjoni tiegħek; trid tara wkoll x'qed niddiskutu wkoll fuq il-paġna ta' diskussjoni ta' xulxin u anki fuq dawk ta' l-artikli. Jien mhux qed nagħmel hekk biex taparsi nikkonvinċikom li nsir amministratur, imma rrid biss li minn din il-ġurnata tibdew tkunu attivi aktar fuq mt.wiki, għax imbagħad jekk nerġgħu nispiċċaw mingħajr amministratur, allura żgur ikollna bżonn ta' amministratur ieħor. Chrisportelli 05:13, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- Ftit fis-sens li admin m'għandux xi privileġġi iktar mill-oħrajn. Imma naħseb ftehmna. U żgur li għandna ngħinu lil xulxin f'dax-xogħol - għalhekk tajjeb li timmarkawlna n-nuqqasijiet ħalli nkunu nistgħu nsolvuhom. Jiena minn naħa tiegħi qed inħejji xi artikli li bi ħsiebni ntella' daqt fuq il-wiki per eżempju, u avolja mhux attiv iżżejjed fuq il-Wiki, ix-xogħol qed isir ukoll. Fl-opinjoni tiegħi, l-artikli bażiċi huma iktar importanti mill-istruttura tal-wiki għalissa. Nemmen li din għandha lok fejn titjieb ħafna; u żgur. M'għandi l-ebda dubju dwar hekk u diġà tkellimt ma' Joe fuq hekk. Jekk hemm xi nuqqasijiet li tixtiequ timmarkaw, bil-qalb kollha għamlu hekk. Iva, nista' noqgħod nittawwal fil-paġni tad-diskussjoni tagħkom, però, jekk tridu tkellmu lili direttament tafu x'għandkom tagħmlu. Xi darba jew oħra ħa jkun hemm kumment li jkun qabeż, u billi tiġbdulna l-attenzjoni direttament ma tkunx se taqa' d-dinja anqas. Li toqgħod tgorr u tikkonfoffa waħdek jew ma' xi ħadd mhi se tgħin lil ħadd.
- U nassigurak li jekk xi ħadd minnha ma jkunx se jlaħħaq max-xogħol tal-Wiki, ħa nieħdu ħsieb li jkun hemm biżżejjed nies responsabbli jmexxu. Tinkwieta xejn - aħna m'aħniex kontra li jilħqu iktar nies bħala sysop. La naraw iktar nies attivi f'dil-komunità, dik probabbli ħa tkun l-ewwel ħaġa li ħa jkollna nikkunsidraw --Roderick Mallia 08:48, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- Grazzi ta' kollox. Jien għalija bħalissa l-prijorità hi li intom (l-amministraturi) tibqgħu attivi. Dan ma jfissirx li toqogħdu 24 siegħa fuq il-wiki, imma li ta' l-anqas li tiddiskutu magħna u li tidħlu regularment. Chrisportelli 08:57, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- It-TGA ġiet estiża uffiċjalment sa l-4 ta' Awissu 2008, wara deċiżjoni tal-buròkrati. Grazzi --Gian 07:58, 31 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
Favur
[immodifika s-sors]- Appoġġja - Dan l-utent għandu esperjenza mhux ħażin u għandu l-kwalifiki kollha sabiex jilħaq amministratur. Prosit. --Gian 11:12, 21 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
Kontra
[immodifika s-sors]- Xtaqt li aktar utenti taw l'oppinjoni tagħhom. Inħossni ftit inċert b'din id-deċiżjoni u ma nixtieqx inkun inġust. Chrisportelli wera preżenza kontinwa u immarka każi ta' vandaliżmu kmieni. Dan napprezzaħ ħafna. Madankollu il-vandaliżmu mhix problema serja hawnekk u il-miżuri meħuda huma adekwati. L'istess hu veru għal-miżuri ta' l-imblukkar - dejjem kien hemm rejazzjoni meħtieġa fi-żmien qasir. U għalhekk, l'intenzzjoni illi jiffoka ix-xogħol amministrativ f'dan il-qasam ma tolqotnix bħala ġudiżju tajjeb tal-bżonnijiet. Ħafna mix-xogħol meħtieġ hu dak ta' titjib fil-kwalita' tal-kontenut: stil, forma loġika magħquda, fonti ta' referenża u anqas kliem -- spiss falz -- ittaljaniżżat (fejn hemm kliem Malti li jolqot it-tifsir ħafna aħjar). Għall dan, m'hemx bżonn ta' drittijiet ta' amministratur. In-numru ta' kB mhix argument. Waqt illi apprezajt avviżi ġodda tibdil fl'avviżżi u titjib fil-paġni ta' l-għajnuna dan jista jsir wkoll mingħajr drittijiet ta' amministratur. Haġa li ma tantx ħadt gost biha kienet ċerta insistenenza mill-utent fuq il-pożizzjoni ta' amministratur. Ikolli ngħid illi din kienet aktar immexxija mis-sensazzjoni ta' "awtorità" madwar din il-pożizzjoni. Nifhem illi forma ta' rikonoxenza hija importanti iżda li tkun amministratur ma tfisser xejn. Ir-rispett jinkiseb mod ieħor. Chris, sa ċertu punt dan ir-rispett għalija ksibtu, fost utenti illi tgħoddhom fuq is-swaba t'id waħda !! :)) Jien qieghed n'opponi l'aktar għaliex abbażi ta' l'argumenti tiegħek ma narax bżonn amministrativ. Mindaqshekk ma nixtieqx illi din id-diskussjoni tingħalaq malajr u nispera illi utenti u amministraturi oħra jikkontribwixxu.Skond ir-regoli id-diskussjoni u il-kandidatura attwali tista tiġġedded għall-żmien qasir Joelemaltais 02:05, 30 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]
- Segwejt daqsxejn din il-viċenda bil-kwiet, imma la hawn il-votazzjoni, ta' min nesprimi l-opinjoni tiegħi jiena wkoll. Huma kif inhuma ċ-ċirkostanzi ikolli nopponi l-kandidatura u naqbel ma' ħafna punti li qajjem sieħbi Joelemaltais. Però, dan ma jfissirx li x-xogħol tal-kandidat mhux rikonoxxut; xejn affattu! Huwa minnu li l-kandidat ħadem tul dawn l-aħħar xhur fuq ħafna paġni tal-wiki. Imma ta' min wieħed jgħid li dan mhux fattur biżżejjed biex wieħed jiġi mlaħħaq amministratur. Kieku l-Wikis kollha kellhom jaħdmu b'dan il-kejl, kieku b'garanzija li dawn ikunu miżgħuda b'amministraturi u jinħoloq żbilanċ fil-komunità. Ħaġa oħra li xtaqt ngħid hija li l-komunità tagħna mhihiex tant kbira li tinħtieġ ħafna amministraturi. Il-vandaliżmu hija okkażjoni ta' darba kultant, u probabbli huwa hekk għax in-numru ta' utenti attivi huwa baxx. Ix-xogħol kollu li ppropona l-utent faċilment jista' jsir minn kulħadd, mingħajr l-istatus ta' amministratur. Wara kollox, m'humiex ħafna il-privileġġi li jgawdi amministratur fuq "utent normali" (u hekk għandu jkun!). Għalhekk iċ-ċertu insistenza li l-utent wera biex jilħaq amministratur kienet tistona daqsxejn. Biex nagħlaq, nixtieq ngħid lill-utent li x-xogħol li għamel s'issa huwa apprezzat u biex ma jieħux l-eżitu ta' dil-kandidatura b'mod personali. Li hu żgur huwa li miexi fit-triq it-tajba. Nixtieq ukoll inħeġġeġ lill-utenti l-oħra biex jivvutaw u jħallu l-kummenti tagħhom hawnhekk sabiex tkun tista' tiddieħed deċiżjoni. Grazzi! --Roderick Mallia 08:36, 30 Lulju 2008 (UTC)[wieġeb]