Diskussjoni Wikipedija:Amministraturi/Kandidati/Chrisportelli

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search

Jekk jogħġbok komplu id-diskussjoni hawnhekk.

ChrisPortelli qajjem punt importanti fid-diskussjoni.

Tweġiba minn amministratur hija mistennija hawnhekk.

Grazzi --Gian 15:06, 30 Lulju 2008 (UTC)

Tajjeb li d-diskussjoni tibqa' ssir hemm jew? Chrisportelli 15:08, 30 Lulju 2008 (UTC)

Mhux sippost, jien għadni qiegħed nikkontempla dwar il-validità tal-voti ta' Joelemaltais u Roderick Mallia meta il-voti tagħhom ġew jumejn wara li t-TGA spiċċat.

Ir-Regoli huma ċari, ir-rikjesta kienet sospiża għall-azzjoni ta' buròkrat u ma kelliex tiġi modifikata għax kienet magħluqa. Madankollu buròkrat jista' jestendi l-perjodu tat-TGA oltrè ġimgħa jekk m'hemmx kunsens. Jidher ukoll li l-buròkrati maltin mhux talli ma tawx każ il-kliem miktub bl-aħmar imma ġew jaqgħu u jqumu minna. Roderick saħansitra kiteb hekk:

"Nixtieq ukoll inħeġġeġ lill-utenti l-oħra biex jivvutaw u jħallu l-kummenti tagħhom hawnhekk sabiex tkun tista' tiddieħed deċiżjoni. "

Aħna x'ħa nagħmlu se nerġu niftħu l-inkjesta mill-ġdid? Jekk iva, komplu id-diskussjoni fuq il-paġna prinċipali, Jekk le, kompluwa hawnhekk. f'idejkom.

--Gian 15:19, 30 Lulju 2008 (UTC)

Jien għalija xorta, imma naħseb li issa l-kandidatura ngħalqet. Chrisportelli 15:36, 30 Lulju 2008 (UTC)


Ħbieb, wara li bgħattu messaġġ lil Spacebirdy biex tavżawh li l-kandidatura għalqet, dan ikkuntattja lil amministraturi biex jieħdu ħsieb ir-rikjesta. Qed nikkowta: Hello, there is a request on meta for sysop status on mt.wiki, however since mt.wiki has 2 more or less active crats they should grant the status (or decline if they think so). U fil-fatt hekk għamilna wara li kkonsultajna miegħu. Dak l-ewwel punt. It-tieni punt huwa wieħed pjuttost demokratiku u mhux kwistjoni ta' naqa' u nqum kif poġġejtha int. Bir-rispett kollu, b'vot wieħed favur ħadd ma jista' jippretendi li jilħaq xi ħaġa. It-tieni nett, biex inkunu iktar ġusti qed nistiednu l-utenti oħra jivvutaw. Mhux sewwa li d-deċiżjonijiet jittieħdu minn daqshekk ftit nies. Kulħadd jaf li l-komunità hawnhekk mhux daqstant attiva, u għaldaqstant, naħseb irridu nadattaw daqsxejn għal dak li aħna u naġixxu skond ir-rispons li jkollna. U fuq kollox, id-dati tal-kummenti tagħna u t-tibdil li għamilna huma lloggjati u għaldaqstant kulħadd jaf x'ħin u meta għamilnihom. Trasparenti iktar minn hekk ma nistgħux inkunu. --Roderick Mallia 16:23, 30 Lulju 2008 (UTC)

Wara li tkellimna ma' Spacebirdy, qbilna li l-votazzjoni tiġi estiża sa nhar it-Tnejn 4 t'Awwissu --Roderick Mallia 16:45, 30 Lulju 2008 (UTC)

Il-Votazzjoni ġiet estiża sa l-4 ta' Awissu.

@Roderick - Nibda biex nirrispondi mit-tieni punt tiegħek, però l-ewwel nixtieq nikkwota minn hawn:

"Wikipedia is not an experiment in democracy or any other political system. Its primary method of determining consensus is through editing and discussion, not voting. Although editors occasionally use straw polls in an attempt to test for consensus, polls or surveys may actually impede rather than assist discussion. They should be used with caution, if at all, and will not be treated as binding."

Dan mhux proċess demokratiku, kieku kien hekk, biżżejjed iġġib 50%+1 biex isir amministratur. Hawnhekk naħdmu bil-kunċett ta' kunsens. Ta' l-inqas amministratur irrid ikollu popolarita ta' l-inqas ta' 80% tal-voti sabiex jiġi elett. Issa dan il-proċess isir ġewwa timeframe ġeneralment f'ġimgħa, sakemm buròkrata jiddiċiedi li jmur oltrè sabiex jara jekk m'hemmx kunsens aktar ċar, kif qiegħed jiġri f'dan il-każ.

Forsi l-impressjoni tiegħi, però ikollhok tabella fuq tgħid: "JEKK JOGĦĠBOK TAGĦMILX MODIFIKI F'DIN IL-PAĠNA" hija ċara u tonda, tagħmel il-modifiki mingħajr ma tneħħija hija pjuttost sitwazzjoni ta' niġi naqa' u nqum minna bir-rispett kollu. Jien ħallejtilkom l-istruzzjonijiet hawnhekk x'għandkom tagħmlu sabiex tkun aktar sempliċi għalikom, domt jiem biex nagħmel din is-sistemà u xtaqt li taħdem, kif qegħda taħdem fil-Wikipedija Ingliża. Bħalissa dan ix-xogħol ta' "archiving" u hekk.. qiegħed nagħmlu jien.. biex nurikom xi tridu tagħmlu. Issa intkom tridu tibdew tagħmluh dan ix-xogħol mhux jien.

Dwar it-tielet u l-aħħar punt tiegħek u nagħlaq bih, dwar li mhux sew li deċiżjonijiet jittieħdu minn ftit persuni.. ma naħsibx li dan huwa minnu. Sa fejn naf jien, "Silenzju tfisser Kunsens", hemm timeframe u trid tirrispondi f'dik it-timeframe, ma jistax ikun għax wieħed jiddiċiedi li jitħol wara xi xahrejn per eżempju u ma jaqbilx ma' deċiżjoni, aħna rridu inmorru lura fuq dik id-deċiżjoni.

Grazzi --Gian 07:46, 31 Lulju 2008 (UTC)

Naħseb ħadt il-punt tad-demokrazija b'mod wisq litterali. Naf biżżejjed x'mhix il-Wiki, tinkwietax. Jiena mhux qed infittex il-50% + 1 imma nixtieq li d-deċiżjonijiet jinqatgħu b'iktar minn vot jew tnejn. U 80% ta' xiex? Ta' l-utenti attivi? Ta' l-utenti kollha? Żomm biss f'moħħok li f'ħafna ċirkostanzi ma nistgħux nimxu bir-riegla, għax għandna ħafna fatturi kontrina. U dak huwa fatt magħruf u ma jista' jiċħdu ħadd. La l-komunità tikber sew u jkollna attivita diċenti, imbagħad iva, inkunu nistgħu nimplimentaw dawn ir-regoli u suġġerimenti ferm aħjar; m'hemm l-ebda dubju. Din tas-"silenzju jfisser kunsens" huwa punt dibattibbli ħafna. U jekk wara xahrejn dak il-proxxmu jressaq punti validi kontra d-deċiżjoni, jaf ikun hemm lok għar-reviżjoni. Bir-rispett kollu, fil-każ ta' l-istatus ta' Joe, int hekk qed tagħmel. Wara snin qed jidhirlek li dik kienet deċiżjoni li forsi ma kellhiex tittieħed. X'nagħmlu? Naqbdu u nibdlu d-deċiżjoni li kellna u nerġgħu ngħaddu mill-proċess sħiħ? Forsi - imma wara konsultazzjoni u jekk veru hemm ħtieġa. Fil-fatt ikkonsultajna u jidher li, u mhux l-opinjoni tagħna biss, din taf tkun ħaġa pjuttost inutli li terġa' ssir, għal ħafna raġunijiet. Jiġifieri iva, nikkunsidraw kollox jekk hemm bżonn anke snin wara. F'dak is-sens tidħol id-demokrazija: li kulħadd għandu leħen fil-Wikipedija u li kulħadd għandu jisma' 'l ħaddieħor.
Napprezza li ħadt l-inizjattiva u bdejt tieħu ħsieb dak ix-xogħol. Xi ħaġa sabiħa. Però li tuża x-xogħol tiegħek bħala arma biex toqgħod tmaqdar u thedded biss ("għax ma jsirx xogħol", "għax qed nagħmel kollox jien", eċċ) huwa tikka infantili. Hawnhekk la ħadd ma jieħu premji u wisq anqas unuri. Il-mentalità konfrontali li qed taħdem biha mhix sabiħa. Bil-ġlied, it-tmaqdir u s-suppervja ma jsir xejn u jalla taħseb daqsxejn fuq ħaġa bħal din. Insellimlek --Roderick Mallia 09:07, 31 Lulju 2008 (UTC)