Aqbeż għall-kontentut

Watford FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Watford F.C.)
Watford FC
Isem sħiħ Watford Football Club
Ismijiet oħra The Hornets, The Golden Boys, Yellow Army, The Horns
Fundazzjoni 1881
Grawnd Vicarage Road, Watford
Proprjetarju Giampaolo Pozzo (en) Translate
President Graham Taylor
Kowċ Malky Mackay
Kampjonat Championship
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Watford Football Club hu klabb tal-futbol professjonali Ingliż ibbażat fil-belt ta' Watford. Huma jilgħabu fiċ-Championship.

Il-klabb ġie fundat fl-1881, fejn lagħab għall-ewwel darba fil-grawnd Cassio Road, qabel ma ttrasferixxa f'Vicarage Road fl-1922, fejn baqgħu hemm sal-lum il-ġurnata[1] Il-klabb għandu l-laqam ta' The Hornets (Iż-Żnażan) minħabba l-uniformi safra u sewda. Watford għandhom rivalità twila mat-tim ta' Luton Town.

Il-klabb hu l-aktar magħruf għaż-żewġ perjodi meta kien taħt it-tmexxija tal-Ingliż Graham Taylor. L-ewwel wieħed kien bejn l-1977 u l-1987, meta l-klabb tela' għall-Ewwel Diviżjoni l-antika mir-Raba' Diviżjoni, fejn laħaq ukoll il-finali tal-FA Cup fl-1984 u kkompeta fit-Tazza UEFA. It-tieni perjodi kien mill-1997 sal-2001, meta Taylor wassal lill-klabb mit-Tieni Diviżjoni sal-Premiership. Matul dawn iż-żewġ eri l-klabb kien taħt il-proprjetà tal-president onorarju u l-kantant famuż Elton John.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]