Aqbeż għall-kontentut

Vilel u Ġonna tal-Familja Medici

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-faċċata tal-Villa ta' Cafaggiolo

Il-Vilel u Ġonna tal-Familja Medici huma sensiela ta' kumplessi ta' binjiet rurali fir-reġjun tat-Toskana fl-Italja li kienu proprjetajiet ta' membri tal-familja Medici bejn is-seklu 15 u s-seklu 17. Il-vilel kellhom diversi funzjonijiet: kienu l-palazzi fil-kampanja tal-familja Medici, imqassmin fit-territorju kollu fejn kienu jmexxu, bħala turija tas-setgħa u tar-rikkezzi tagħhom. Kienu wkoll postijiet rikreattivi għad-divertiment u l-intratteniment tas-sidien tagħhom; u b'mod iktar prożajku, kienu ċ-ċentru ta' attivitajiet agrikoli fl-artijiet tal-madwar. Fl-2013, il-vilel u l-ġonna tal-familja Medici ġew miżjuda fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1][2]

Mappa tal-Vilel u l-Ġonna tal-Familja Medici

L-ewwel vilel tal-familja Medici kienu l-Villa del Trebbio u dik ta' Cafaggiolo. Dawn iż-żewġ vilel kienu djar iffortifikati b'saħħithom li nbnew fis-seklu 14 fir-reġjun ta' Mugello, minn fejn oriġinat il-familja Medici. Fis-seklu 15, Cosimo de' Medici bena vilel u ġonna ddisinjati minn Michelozzo f'Careggi u fi Fiesole, li xorta kienu binjiet iffortifikati sew, iżda kellhom ukoll spazji rikreattivi: btieħi, gallariji u ġonna. Lorenzo de' Medici qatta' perjodi twal fil-Villa ta' Careggi. Gradwalment, Firenze ġiet imdawra minn kollezzjoni ta' vilel tal-familja Medici, b'oħrajn f'partijiet iktar distanti tal-Gran Dukat tat-Toskana. Sal-aħħar tas-seklu 16, kien hemm mill-inqas 16-il villa ewlenija, b'mill-inqas 11 oħra ta' interess sekondarju (l-iktar agrikoli jew bi sjieda tal-familja Medici għal żmien qasir), flimkien ma' għadd ta' rziezet u loġoġ tal-kaċċa fit-Toskana kollha. Giusto Utens pitter sensiela ta' lunetti bil-vilel prinċipali tal-familja Medici fis-seklu 17, li issa jinsabu fil-Villa La Petraia.

L-aħħar vilel tal-familja Medici kienu l-Villa ta' Montevettolini u l-Villa ta' Artimino, li nxtraw fl-1595-1596 minn Ferdinandu I meta kien qed jkabbar il-Villa ta' Castello, il-Villa La Petraia u l-Villa dell'Ambrogiana.

Il-vilel li nbnew l-aħħar huma eżempji straordinarji tal-arkitettura Rinaxximentali u Barokka, u sikwit kienu akkumpanjati minn ġonna. Il-ġnien fil-Villa ta' Castello, magħmul għal Cosimo I de' Medici, il-Gran Duka tat-Toskana, kien l-ewwel wieħed fl-Italja li għamel Niccolò Tribolo, li iktar 'il quddiem iddisinja l-Ġonna ta' Boboli għar-residenza l-ġdida ta' Cosimo, Palazzo Pitti.

Kull membru sinifikanti tal-familja Medici kien sid ta' villa. Id-Duka kien jiċċaqlaq minn dar għall-oħra. Meta kien jirresjedi fiha, il-villa kienet issir mikrokożmu tal-qorti tal-familja Medici. Għall-kaċċa, seta' jżur il-Villa del Trebbio, il-Villa ta' Cafaggiolo jew il-Villa ta' Pratolino; jirresjedi fil-Villa dell'Ambrogiana fir-rebbiegħa; u jiċċaqlaq lejn il-Villa ta' Artimino fis-sajf biex igawdi l-istaġun f'pożizzjoni iktar olzata u friska.

Wara l-mewt ta' Gian Gastone de' Medici fl-1737, il-Gran Dukat tat-Toskana u l-assi tal-familja Medici, inkluż il-vilel tagħhom, ġew akkwistati minn Francis, id-Duka ta' Lorraine (li iktar 'il quddiem sar Imperatur Ruman Sagru). Francis żar it-Toskana darba biss fl-1739 u għas-sitta u għoxrin sena ta' wara l-vilel ġew ittraskurati. B'konsegwenza ta' dan, meta Leopoldu I wiret id-dukat fl-1765, bosta vilel u ġonna kienu mitluqin u żdingati. Il-kumplament baqgħu jintużaw mill-membri tal-familja tad-Duka ta' Lorraine sal-1860 meta t-Toskana ġiet assorbita fir-Renju l-ġdid tal-Italja. Il-familja Savoia għażlet li tbigħ il-vilel kollha tal-familja Medici ħlief tnejn (La Petraia u Poggio a Caiano), li baqgħu fil-pussess tagħhom sal-aħħar tal-monarkija fl-1946. Illum il-ġurnata, uħud mill-vilel u l-ġonna tal-familja Medici huma mużewijiet; oħrajn huma okkupati minn istituzzjonijiet, u ftit minnhom għandhom sjieda privata, u spiss jinkrew privatament jew jintużaw għal avvenimenti pubbliċi.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2006, il-gvern Taljan innomina l-vilel u l-ġonna tal-familja Medici bħala Sit Indikattiv ta' Wirt Dinji tal-UNESCO. Fis-37 laqgħa tal-Kumitat tal-Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2013 f'Phnom Penh, il-Kambodja, il-"Vilel u Ġonna tal-Familja Medici fit-Toskana" ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[1]

Vilel u ġonna elenkati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO

[immodifika | immodifika s-sors]
Ritratt Lunetta Isem Proprjetà Proprjetà tal-familja Medici minn sa Komun Provinċja Superfiċi taż-żona protetta (ettari) Superfiċ taż-żona ta' lqugħ (ettari) Koordinati
Villa ta' Cafaggiolo Privata (tintuża għall-avvenimenti) nofs is-seklu 14 1738 Barberino di Mugello FI 2.35 649.56 43°57′53″N 11°17′41″E / 43.964722°N 11.294722°E / 43.964722; 11.294722
Villa ta' Trebbio Privata (fruibile per eventi) nofs is-seklu 14 1738 Scarperia e San Piero FI 1.60 650.31 43°57′11″N 11°17′13″E / 43.953056°N 11.286944°E / 43.953056; 11.286944
Villa ta' Careggi Pubblika (tar-Reġjun tat-Toskana) 1417 1738 Firenze FI 3.6 55.71 43°48′33″N 11°14′58″E / 43.809167°N 11.249444°E / 43.809167; 11.249444
Villa ta' Fiesole (Belcanto) Privata 1450 1671 Fiesole FI 2.11 44.88 43°48′20″N 11°17′20″E / 43.805556°N 11.288889°E / 43.805556; 11.288889
Villa ta' Castello Pubblika (tospita l-Accademia della Crusca, awtorità statali) u l-ġnien pubbliku wkoll (mużew statali) 1480 1738 Firenze FI 8.33 289.31 43°49′10″N 11°13′41″E / 43.819444°N 11.228056°E / 43.819444; 11.228056
Villa ta' Poggio a Caiano (Ambra) Pubblika (mużew statali) 1470 1738 Poggio a Caiano PO 9.31 135.63 43°49′03″N 11°03′23″E / 43.8175°N 11.056389°E / 43.8175; 11.056389
Villa La Petraia Pubblika (mużew statali) 1544 1738 Firenze FI 21.31 276.33 43°49′08″N 11°14′12″E / 43.818889°N 11.236667°E / 43.818889; 11.236667
Palazzo Pitti u l-Ġnien ta' Boboli Pubblika (mużew statali) 1549-1550 1738 Firenze FI 40.00 132.00 43°45′44″N 11°14′51″E / 43.762222°N 11.2475°E / 43.762222; 11.2475
Villa ta' Cerreto Guidi Pubblika (museo statale) 1555 1738 Cerreto Guidi FI 0.76 4.12 43°45′31″N 10°52′45″E / 43.758611°N 10.879167°E / 43.758611; 10.879167
Palazzo di Seravezza Pubblika (mużew komunali) 1560 1738 Seravezza LU 1.01 50.14 43°59′38″N 10°13′55″E / 43.993889°N 10.231944°E / 43.993889; 10.231944
Ġnien ta' Pratolino

(il-villa nqerdet fl- 1820)

Pubblika (ġnien komunali) 1568 1738 Vaglia FI 26.53 210.35 43°51′28″N 11°18′15″E / 43.857778°N 11.304167°E / 43.857778; 11.304167
Villa La Màgia Pubblika (Komun ta' Quarrata) 1583 1738 Quarrata PT 2.10 103.65 43°51′06″N 10°58′22″E / 43.851667°N 10.972778°E / 43.851667; 10.972778
Villa ta' Artimino

(Ferdinanda jew tal-Mitt Ċmieni)

Privata (lukanda u ristorant) 1596 1738 Carmignano PO 1.04 701.66 43°46′55″N 11°02′39″E / 43.781944°N 11.044167°E / 43.781944; 11.044167
Villa ta' Poggio Imperiale Pubblika (Istitut statali

tas-Santissima Annunzjata)

1565 1738 Firenze FI 5.35 235.43 43°44′56″N 11°14′52″E / 43.748889°N 11.247778°E / 43.748889; 11.247778

Vilel u ġonna oħra tal-familja Medici

[immodifika | immodifika s-sors]
Ritratt Lunetta Isem Proprjetà Proprjetà tal-familja Medici minn sa Komun Provinċja Koordinati
Villa La Quiete Pubblika (ir-Reġjun tat-Toskana) 1453 1650 Firenze FI 43°48′49″N 11°14′31″E / 43.813611°N 11.241944°E / 43.813611; 11.241944
Villa ta' Collesalvetti Pubblika (Komun ta' Collesalvetti) 1464 (ante) 1738 Collesalvetti LI 43°35′19″N 10°28′35″E / 43.588661°N 10.476339°E / 43.588661; 10.476339
Villa ta' Mezzomonte Privata (tintuża għall-avvenimenti) 1480

u 1629

1482

u 1644

Impruneta FI 43°42′50″N 11°15′50″E / 43.713886°N 11.263908°E / 43.713886; 11.263908
Villa ta' Agnano Privata (tintuża għall-avvenimenti) 1486 1498 San Giuliano Terme PI 43°44′06″N 10°29′09″E / 43.735128°N 10.485861°E / 43.735128; 10.485861
Villa ta' Spedaletto Privata 1486 1492 Lajatico PI 43°27′05″N 10°46′46″E / 43.451483°N 10.779528°E / 43.451483; 10.779528
Villa ta' Camugliano[3] Privata għall-ħabta tal-1530 1615 Ponsacco PI 43°36′05″N 10°39′18″E / 43.601492°N 10.655033°E / 43.601492; 10.655033
Razzett ta' Stabbia tal-familja Medici Privata 1548 1738 Cerreto Guidi FI 43°47′19″N 10°49′50″E / 43.788553°N 10.830581°E / 43.788553; 10.830581
Villa della Topaia Privata 1550 circa 1738 Firenze FI 43°49′31″N 11°14′14″E / 43.825322°N 11.237092°E / 43.825322; 11.237092
Villa ta' Marignolle Privata 1560 1621 Firenze FI 43°45′11″N 11°13′02″E / 43.753169°N 11.217233°E / 43.753169; 11.217233
Villa ta' Arena Metato Privata 1563 circa 1738 San Giuliano Terme PI 43°46′19″N 10°22′32″E / 43.771847°N 10.375433°E / 43.771847; 10.375433
Villa ta' Lappeggi Privata 1569 1738 Bagno a Ripoli FI 43°42′51″N 11°18′35″E / 43.714167°N 11.309744°E / 43.714167; 11.309744
Villa L'Ambrogiana Pubblika 1574 1738 Montelupo Fiorentino FI 43°43′51″N 11°00′52″E / 43.730767°N 11.014464°E / 43.730767; 11.014464
Villa ta' Lilliano Privata 1584 1738 Bagno a Ripoli FI 43°43′01″N 11°18′47″E / 43.717025°N 11.313075°E / 43.717025; 11.313075
Villa ta' Coltano Pubblika (Komun ta' Pisa) 1586 1738 Pisa PI 43°38′22″N 10°23′39″E / 43.639478°N 10.3943°E / 43.639478; 10.3943
Villa ta' Montevettolini Privata għall-ħabta tal-1595 1738 Monsummano Terme PT 43°51′33″N 10°50′48″E / 43.859092°N 10.846581°E / 43.859092; 10.846581
Villa ta' Buti Privata (tintuża għall-avvenimenti) / / Buti PI 43°43′34″N 10°35′07″E / 43.726097°N 10.585214°E / 43.726097; 10.585214

Residenzi oħra

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-familja Medici fil-Gran Dukat kellhom bosta residenzi f'Firenze, f'Pisa, fi Siena u f'Livorno. 'Il barra mit-territorju Toskan kellhom is-sjieda wkoll ta' xi palazzi prestiġjużi f'Ruma, abitati l-iktar mill-kardinali tal-familja tagħhom. Barra minn hekk, kellhom bosta vilel ta' interess sekondarju, li mhumiex elenkati hawn taħt.

Ritratt Isem Proprjetà Mediceo dal sa Komun Provinċja Koordinati
Palazzo Medici Riccardi Belt Metropolitana ta' Firenze 1444 1659 Firenze FI 43°46′31″N 11°15′20″E / 43.775200°N 11.255429°E / 43.775200; 11.255429
Palazzo Vecchio Komun ta' Firenze 1540 1738 Firenze FI 43°46′10″N 11°15′22″E / 43.769315°N 11.256174°E / 43.769315; 11.256174
Kasinò ta' San Marco Statali

(sede futura tal-arkivji tal-Unjoni Ewropea)

1570 1738 Firenze FI 43°46′45″N 11°15′31″E / 43.779108°N 11.258658°E / 43.779108; 11.258658
Palazzo della Crocetta Statali (mużew) 1620 1738 Firenze FI 43°46′34″N 11°15′44″E / 43.776239°N 11.26226°E / 43.776239; 11.26226
Palazzo Medici ta' Pisa Statali (prefettura) 1446 1738 Pisa PI 43°42′53″N 10°24′24″E / 43.71465°N 10.406789°E / 43.71465; 10.406789
Palazzo Reale ta' Pisa Statali (mużew) 1583 1738 Pisa PI 43°42′59″N 10°23′48″E / 43.716347°N 10.396736°E / 43.716347; 10.396736
Palazzo Mediceo Statali

(għassa tal- Guardia di Finanza)

1543 1738 Livorno LI 43°33′07″N 10°18′16″E / 43.552016°N 10.304478°E / 43.552016; 10.304478
Palazzo Granducale Provinċja ta' Livorno 1605 1738 Livorno LI 43°42′59″N 10°23′48″E / 43.716347°N 10.396736°E / 43.716347; 10.396736
Palazzo Reale ta' Siena Provinċja ta' Siena 1590 1738 Siena SI 43°33′08″N 10°18′33″E / 43.55216°N 10.30916°E / 43.55216; 10.30916
Palazzo Firenze Statali (Società Dante Alighieri) 1561 1587 Ruma RM 41°54′09″N 12°28′33″E / 41.90257°N 12.475903°E / 41.90257; 12.475903
Palazzo Madama Statali (Senat tar-Repubblika) 1505 1537 Ruma RM 41°32′09″N 12°16′58″E / 41.535709°N 12.28274°E / 41.535709; 12.28274
Villa Madama Statali (Ministeru tal-Affarijiet Barranin) 1518 1537 Ruma RM 41°55′42″N 12°27′10″E / 41.928353°N 12.452782°E / 41.928353; 12.452782
Villa Medici Akkademja ta' Franza f'Ruma 1576 1738 Roma RM 41°54′30″N 12°28′57″E / 41.908333°N 12.4825°E / 41.908333; 12.4825

'Il barra mit-territorju nazzjonali tal-Italja, ta' min isemmi l-Palazz tal-Gran Duki tat-Toskana li jinsab fi Praga fuq in-naħa tal-Punent tal-pjazza msejħa Hradcanske Namesti, li nbena lejn l-aħħar tas-seklu 17 u li ġie attribwit lill-arkitett Franċiż Jean Baptiste Mathey.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Giardini di Toscana, prefazione a cura di Mariella Zoppi, Edifir, 2001
  • Alidori Laura, Le dimore dei Medici in Toscana, Edizioni Polistampa Firenze, 1995
  • Lapi Bini Isabella, Le ville medicee. Guida Completa, Giunti 2003
  • Mignani Daniela, Le Ville Medicee di Giusto Utens, Arnaud, 1993
  • Guido Rebecchini, Le ville dei Medici da Firenze a Roma, Istituto Poligrafico e Zecca dello Stato: Libreria dello Stato, 2008
  1. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Medici Villas and Gardens in Tuscany". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-27.
  2. ^ "Ville e Giardini Medicei - Regione Toscana". web.archive.org. 2017-12-29. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-12-29. Miġbur 2022-02-27.
  3. ^ "Palazzo di Camugliano | Camere Hotel in Dimora Storica Firenze". Il Palazzo del Marchese di Camugliano. Miġbur 2022-02-27.